32002D0605



Official Journal L 195 , 24/07/2002 P. 0074 - 0080


Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni

tas-17 ta’ Lulju 2002

li tirrigwarda l-kwestjonarju li għandu x’jaqsam mad-Direttiva tal-Kunsill 96/82/KE dwar il-kontroll tar-riskji ta’ inċidenti maġġuri li jinvolvu s-sustanzi perikolużi

(innotifikata bin-numru tad-dokument C(2000) 2656)

(2002/605/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 96/82/KE tad-9 ta’ Diċembru 1996 dwar il-kontroll tar-riskji ta’ l-inċidenti maġġuri li jinvolvu s-sustanzi perikolużi [1], u b’mod partikolari l-Artikolu 19 tagħha,

Billi:

(1) L-Artikolu 19(4) tad-Direttiva 96/82/KE teħtieġ illi l-Istati Membri jirrapportaw dwar l-implimentazzjoni ta’ din id-Direttiva fuq il-bażi ta’ kull tliet snin.

(2) Dan ir-rapport irid jiġi stabbilit fuq il-bażi ta’ kwestjonarju jew deskrizzjoni fil-qosor abbozzati mill-Kummissjoni skond il-proċedura ddikjarata fl-Artikolu 6 tad-Direttiva 91/692/KEE tat-23 ta’ Diċembru 1991 dwar ir-rapporti ta’ standardizzazzjoni u razzjonalizzazzjoni rigward l-implimentazzjoni ta’ ċerti Direttivi li għandhom x’jaqsmu ma’ l-ambjent [2].

(3) Il-perjodu taż-żmien ta’ tliet snin ikopri s-snin mis-sena 2003 sas-sena 2005 inklussivi.

(4) Il-miżuri previsti f’din id-Deċiżjoni huma skond l-opinjoni mogħtija mill-Kumitat stabbilit skond l-Artikolu 6 tad-Direttiva 91/692/KEE,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

L-Artikolu 1

Il-kwestjonarju kif mehmuż ma’ l-Anness huwa hawhekk adottat.

L-Artikolu 2

L-Istati Membri għandhom ifasslu rapport li jkopri l-perjodu taż-żmien mis-sena 2002 sas-sena 2005 inklussivi skond il-kwestjonarju fl-Anness.

L-Artikolu 3

L-Istati Membri għandhom jipprovdu dan ir-rapport lill-Kummissjoni l-iktar tard sat-30 ta’ Settembru 2006.

L-Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussel, fis-17 ta’ Lulju 2002.

Għall-Kummissjoni

Margot Wallström

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 10, ta’ l-14.1.1997, p. 13.

[2] ĠU L 377, tal-31.12.1991, p. 48.

--------------------------------------------------

L-ANNESS

Il-kwestjonarju għar-rapport ta’ tliet snin riferit fl-Artikolu 19(4) tad-Direttiva 96/82/KE dwar il-kontroll tar-riskji ta’ inċidenti maġġuri li jinvolvu s-sustanzi perikolużi (is-Seveso II)

1. Tagħrif ġenerali

(a) Min huma l-awtoritajiet kompetenti prinċipali responsabbli mill-infurzar tad-Direttiva Seveso II u liema huma l-kompiti prinċipali tagħhom?

(b) Għal kull waħda mit-tliet snin koperti bil-perjodu taż-żmien tar-rappurtaġġ [1]:

(i) kemm-il stabbiliment kien bla ħsara għad-dispożizzjonijiet ta’ l-Artikolu 6 u mhux għad-dispożizzjoni li tittrasponi l-Artikolu 9? (stabbilimenti ta’ l-"indana ta’ taħt")

(ii) kemm-il stabbiliment kien bla ħsara għad-dispożizzjonijiet li jittrasponu l-Artikolu 9? (l-istabbilimenti ta’ l-"indana ta’ fuq")

(iii) kemm-il stabbiliment ma kienx kopert b’din id-Direttiva u daħal fil-kategorija ta’ l-"indana ta’ taħt", minħabba l-emendi għad-Direttiva jew l-iskema tal-klassifika tas-sustanzi perikolużi? (L-istabbilimenti li ma kinux koperti b’din id-Direttiva u li issa huma koperti bid-dispożizzjonijiet ta’ l-"indana ta’ taħt" għall-ewwel darba f’din is-sena korrenti, minħabba bidla leġislattiva)

(iii) kemm-il stabbiliment "mhux tas-Seveso" daħal fil-kategorija ta’ l-"indana ta’ fuq", minħabba l-emendi għad-Direttiva jew l-iskema tal-klassifika tas-sustanzi perikolużi? (L-istabbilimenti li ma kinux koperti bid-Direttiva u li issa huma koperti bid-dispożizzjonijiet ta’ l-indana ta’ fuq)

(iii) kemm-il stabbiliment "ta’ l-indana ta’ taħt tas-Seveso" daħlu fil-kategorija "ta’ l-indana ta’ fuq", minħabba l-emendi għad-Direttiva jew l-iskema tal-klassifika tas-sustanzi perikolużi? (L-istabbilimenti ta’ l-indana ta’ taħt li saru parti mill-istabbilimenti ta’ l-indana ta’ fuq)

(iii) kemm-il stabbiliment "ta’ l-indana ta’ taħt tas-Seveso" ma għadux iktar fl-iskop tad-Direttiva jew ta’ l-iskema tal-klassifika tas-sustanzi perikolużi? (L-istabbilmenti ta’ l-indana ta’ taħt li m’għadhomx iktar bla ħsara għad-dispożizzjonijiet tas-Seveso)

(iii) kemm-il stabbiliment "ta' l-indana ta’ fuq tas-Seveso" sar tal-kategorija ta’ l-"indana ta’" taħt, minħabba l-emendi għad-Direttiva jew l-iskema tal-klassifika tas-sustanzi perikolużi?

(iii) kemm-il stabbiliment "ta’ l-indana ta’ fuq tas-Seveso" m’għadux iktar fl-iskop tad-Direttiva, minħabba l-emendi għad-Direttiva jew l-iskema tal-klassifika tas-sustanzi perikolużi? (L-istabbilmenti ta’ l-indana ta’ fuq li m’għadhomx iktar bla ħsara għad-dispożizzjonijiet tas-Seveso)

2. Rapporti dwar is-sigurtà

(a) In-numru totali ta’ l-istabbilimenti li jdħlu fl-iskop ta’ l-Artikolu 9 li għadhom ma ssottomettew l-ebda rapport dwar is-sigurtà (mid-dħul fis-seħħ ta’ din id-Direttiva) fl-aħħar ta’ kull waħda mis-snin koperti bil-perjodu taż-żmien tar-rappurtaġġ?

(b) Fil-31 ta’ Diċembru 2005, kemm-il stabbiliment ta’ l-indana ta’ fuq kienu fl-istat li:

(i) ir-rapport tagħhom dwar is-sigurtà kien aġġornat għall-aħħar darba qabel l-1 ta’ Jannar 2003;

(ii) ir-rapport tagħhom dwar is-sigurtà kien aġġornat għall-aħħar darba matul is-sena 2003;

(iii) ir-rapport tagħhom dwar is-sigurtà kien aġġornat għall-aħħar darba matul is-sena 2004;

(iv) ir-rapport tagħhom dwar is-sigurtà kien aġġornat għall-aħħar darba matul is-sena 2005;

(v) id-data ta’ l-aħħar aġġornament mhix magħrufa.

(ċ) X’inhu l-perjodu medju taż-żmien bejn meta ġie rċevut rapport u l-komunikazzjoni tal-konklużjonijiet lill-operatur?

(d) It-tweġiba għal din il-mistoqsija mhix obbligatorja. Fil-kuntest tar-reċensjoni tar-rapport dwar is-sigurtà, kif meħtieġ skond l-Artikolu 9(5), l-operatur jista’ jeżamina mill-ġdid ir-rapport dwar is-sigurtà u wara jiddeċiedi li ma jerġax jirrevedih. F’dan il-każ fil-31 ta’ Diċembru 2005, kemm-il stabbiliment ta’ l-indana ta’ fuq kien fl-istat li:

(i) ir-rapport tiegħu dwar is-sigurtà kien rivedut għall-aħħar darba qabel l-1 ta’ Jannar 2003 u r-reviżjoni tiegħu ma wasslet għall-ebda bidla fir-rapport dwar is-sigurtà;

(ii) ir-rapport tiegħu dwar is-sigurtà kien rivedut għall-aħħar darba matul is-sena 2003 u r-reviżjoni tiegħu ma wasslet għall-ebda bidla fir-rapport dwar is-sigurtà;

(iii) ir-rapport tiegħu dwar is-sigurtà kien riverdut għall-aħħar darba matul is-sena 2004 u r-reviżjoni tiegħu ma wasslet għall-ebda bidla fir-rapport dwar is-sigurtà;

(iv) ir-rapport tiegħu dwar is-sigurtà kien rivedut għall-aħħar darba matul is-sena 2005 u r-reviżjoni tiegħu ma wasslet għall-ebda bidla fir-rapport dwar is-sigurtà;

(v) id-data ta’ l-aħħar reviżjoni mhix magħrufa.

3. Pjani ta’ emerġenza

1. Kemm-il stabbiliment ta’ l-indana ta’ fuq m’għandux pjan intern ta’ emerġenza kif meħtieġ skond [2] l-Artikolu 11(1)(a) tad-Direttiva?

2. Kemm-il stabbiliment ta’ l-indana ta’ fuq għandu pjan intern ta’ emerġenza, kif meħtieġ skond l-Artikolu 11(1)(a) tad-Direttiva?

3. Għal kemm-il stabbiliment ta’ l-indana ta’ fuq is-sitwazzjoni taħt stima tirrigwarda l-eżistenza ta’ plan intern ta’ emerġenza?

4. Kemm hemm stabbiliment ta’ l-indana ta’ fuq għandhom pjani esterni ta’ emewrġenza mhux imfassla mill-awtoritajiet innominati, kif riferit fl-Artikolu 11(1)(ċ) tad-Direttiva? (Għandha tiġi miżjuda deskrizzjoni fil-qosor jekk in-numru mhux żero.)

5. Agħti spjegazzjoni fil-qosor tal-manjiera kif jiġu ttestjati l-pjani esterni ta’ emerġenza (p.e. test parzjali, test intier li jinvolvi s-servizza ta’ l-emerġenza, desk top, eċċ) u speċifika l-kriterji użati sabiex jiġi kkunsidrat illi l-pjan estern ta’ emerġenza ġie ttestjat.

6. Għal kemm-il stabbiliment ta’ l-indana ta’ fuq kien ittestjat il-pjan estern ta’ emerġenza għall-aħħar darba fis-sena 2003?

7. Għal kemm-il stabbiliment ta’ l-indana ta’ fuq kien ittestjat il-pjan estern ta’ emerġenza għall-aħħar darba fis-sena 2004?

8. Għal kemm-il stabbiliment ta’ l-indana ta’ fuq kien ittestjat il-pjan estern ta’ emerġenza għall-aħħar darba fis-sena 2005?

9. (d) F’kemm każijiet iddeċidew l-awtoritajiet kompetenti, invista ta’ l-informazzjoni li tinsab fir-rapport dwar is-sigurtà, li l-ħtieġa li jiġi prodott pjan estern ta’ emerġenza m’għandhiex tapplika, kif kopert bl-Artikolu 11(6)? Ispjega u ġġustifika l-każijiet fil-qosor.

4. Effetti domino

(a) Ipprovdi tagħrif ġenerali ta’ sfond dwar il-metodoloġija sabiex jiġu identifikati l-istabbilimenti jew il-gruppi ta’ l-istabbilimenti riferiti fl-Artikolu 9(1).

(a) Kemm ġew identifikati stabbilimenti u gruppi ta’ stabbilimenti, meta l-probabbiltà u l-possibiltà jew il-konsegwenzi ta’ inċident maġġuri jistgħu jiżdiedu minħabba l-lokazzjoni u l-prossimità ta’ dawn l-istabbilimenti, kif imsemmi fl-Artikolu 8(1) tad-Direttiva dwar l-effett domino?

(ċ) X’inhu n-numeru medju ta’ l-istabbilimenti għal kull grupp? (mhux obbligatorju)

(d) X’inhu n-numru ta’ l-istabbilimenti ta’ l-iżgħar grupp? (il-grupp bl-iżgħar numru ta’ stabbilimenti) (mhux obbligatorju)

(e) X’inhu n-numru ta’ l-istabbilimenti ta’ l-ikbar grupp? (il-grupp bl-ikbar numru ta’ stabbilimenti) (mhux obbligatorju)

(f) X’inhija l-istrateġija segwita sabiex jiġi żgurat illi jiġi skambjat it-tagħrif xieraq fil-manjiera approprjata għall-istabbilmenti li x’aktarx jiġu affettwati bl-effett domino? Uri b’dijagrammi l-istrateġija ta’ eżempju konkret jew tnejn u enfasizza id-diffikultajiet iffaċċjati fil-prattika.

5. Pjanifikazzjoni ta’ l-użu ta’ l-art

Ipprovdi tagħrif ġenerali ta’ sfond dwar il-miżuri konreti sabiex jitwettqu l-miri ta’ l-Artikolu 12 b’mod ġenerali u, b’mod partikolari, sabiex jiġi żgurat il-kontroll ta’ l-iżviluppi l-ġodda madwar is-siti li jeżistu kif ukoll ta’ kif jiġu lokati s-siti l-ġodda.

6. Tagħrif dar il-miżuri dwar is-sigurtà

1. Kemm-il stabbiliment għarraf lill-pubbliku, għall-inqas darba matul il-perjodu taż-żmien bejn is-sena 2003 u l-2005, skond l-Artikolu 13?

2. Dwar kemm-il stabbiliment l-awtoritajiet kompetenti għamlu disponibbli lil Stati Membri oħra tagħrif biżżejjed sabiex jgħinuhom iħejju pjani ta’ emerġenza, kif meħtieġa fl-Artikolu 13(2)?

3. Dwar kemm-il stabbiliment l-awtoritajiet kompetenti rċevew tagħrif biżżejjed minn Stati Membri oħra sabiex jgħinuhom iħejju plani ta’ emerġenza, kif meħtieġ fl-Artikolu 13(2)?

4. F’kemm-il każ l-awtoritajiet kompetenti pprovdew tagħrif lil Stat Membru ieħor dwar l-istabbilimenti, qrib it-territorju ta’ Stat Membru ieħor, li mhux kapaċi joħolqu riskju ta’ inċident maġġuri lil hinn mill-konfini tiegħu, kif riferit fl-Artikolu 13(3)?

5. Iddeskrivi fil-qosor l-istrateġija sabiex tgħarraf lill-pubbliku. Min hu responsabbli li jgħarraf lill-pubbliku? Liema mezzi jintużaw sabiex jgħarrfu lill-pubbliku? Min iġorr l-ispiża ta’ dan it-tagħrif? Teżisti evalwazzjoni ta’ l-ispiża sabiex jiġi mgħarraf il-pubbliku? Dan it-tagħrif jiġi magħmul disponibbli minnufih lill-pubbliku u kif inhu mmonitorjat? Jiġu ċċekkjati l-kwalità u l-eżattezza ta’ l-istrateġija tat-tagħrif lill-pubbliku b’mod regolari u kif?

7. Projbizzjoni ta’ l-użu

1. X’inhuma l-istrumenti differenti ta’ sfurzar li jistgħu jintużaw fil-każ ta’ ksur tal-leġislazzjoni? (azzjonijiet amministrattivi legali, penali finanzjarji, il-projbizzjoni ta’ l-użu riferit fl-Artikolu 17 eċċ).

2. F’kemm-il każ ġie użat kull wieħed minn dawn l-istrumenti?

8. Spezzjoni

(a) Agħti veduta ġenerali ta’ l-istrateġija u l-mezzi ta’ l-ispezzjon, inklużi l-istima bejn wieħed u ieħor tas-siegħat totali għal kull persuna ta’ l-ispettorat, it-twettiq tal-ħtiġiet stabbiliti bid-direttiva, il-kompiti ta’ l-ispetturi u l-kwalifiki minimi tagħhom.

(b) Għal kull waħda mit-tliet snin koperti bil-perjodu taż-żmien tar-rappurtaġġ, kemm-il stabbiliment ta’ l-indana ta’ fuq ġie spezzjonat mill-inqas darba [3]?

(ċ) Għal kull waħda mit-tliet snin koperti bil-perjodu taż-żmien tar-rappurtaġġ, kemm-il stabbiliment ta’ l-indana ta’ taħt ġie spezzjonat għall-inqas darba?

(d) Kemm-il stabbiliment ta’ l-indana ta’ fuq ma ġiex spezzjonat għall-inqas darba matul it-tliet snin 2003, 2004 u 2005?

(e) Kemm-il stabbiliment ta’ l-indana ta’ taħt ma ġiex spezzjonat għall-inqas darba matul is-snin 2003, 2004 u 2005?

9. Il-portijiet u ż-żoni fejn jinżammu l-vetturi (mhux obbligatorju)

B’rigward mistħoqq għat-Trattat u skond il-leġislazzjoni rilevanti Komunitarja, l-Istati Membri jistgħu jżommu jew jadottaw il-miżuri approprjati għall-attivitajiet li għandhom x’jaqsmu mat-trasport fil-baċini, il-mollijiet u ż-żoni fejn jinżammu l-vetturi, li huma esklużi minn din id-Direttiva, sabiex jiġi żgurat livell dwar is-sigurtà ekwivalenti għal dak stabbilit bid-Direttiva. Din il-mistoqsija mhux obbligatorja timmira għalhekk sabiex tiskambja t-tagħrif dwar il-miżuri adottati u l-inċidenti maġġuri f’dan il-qasam.

(a) Agħti stampa ġenerali tal-miżuri "li jixbhu lis-Seveso" (il-pjani esterni ta’ emerġenza, il-pjanifikazzjoni ta’ l-użu ta’ l-art, it-tagħrif lill-pubbliku, eċċ.) li jistgħu jiġu applikati sa ċertu punt fil-portijiet u/jew iż-żoni fejn jinżammu l-vetturi.

(b) Kemm ġraw inċidenti maġġuri f’port skond il-kriterji tan-notifika ta’ l-inċidenti kif speċifikat fl-Anness VI mad-Direttiva?

(ċ) Kemm ġraw inċidenti maġġuri f’żona fejn jinżammu l-vetturi skond il-kriterji tan-notifika ta’ l-inċidenti kif speċifikat fl-Anness VI mad-Direttiva?

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

[1] Il-mistoqsijiet (i) sa (viii) li ġejjin huma rilevanti biss għall-Istati Membri li ma jkunux ittrasmettew it-tagħrif korrispondenti lill-Kumissjoni permezz tas-sistema SPIRS.

[2] Jista’ jiġi assunt illi stabbiliment għandu pjan intern ta’ emerġenza meta l-awtoritajiet kompetenti, fuq il-bażi ta’ eżami tar-rapport dwar is-sigurtà, ikollhom il-prova illi jeżisti pjan intern ta’ emerġenza. Għajr jekk elementi oħra jindikaw xorta oħra, irid jiġi assunt illi stabbiliment ma għandu l-ebda pjan intern ta’ emerġenza jekk ma jkunx intbagħat ir-rapport dwar is-sigurtà, jew jekk ir-rapport dwar is-sigurtà ġie eżaminat u ma jagħtix prova ta’ l-eżistenza ta’ pjan intern ta’ emerġenza. Fil-każijiet fejn ir-rapport dwar is-sigurtà jkun ġie rċevut iżda għadu mhux eżaminat, is-sitwazzjoni trid tiġi kkwalifikata bħala "taħt stima".

[3] Fil-mistoqsijiet 8(b), 8(ċ), 8(d) u 8(e), il-mod tal-kelma "spezzjonati" għandu x’jaqsam ma’ l-ispezzjonijiet li jkunu wasslu għat-tħejjija ta’ rapport kif mitlub fl-Artikolu 18(2)(b).

--------------------------------------------------