32002D0601



Official Journal L 195 , 24/07/2002 P. 0034 - 0037


Id-Deċiżjoni tal-Kunsill

tas-27 ta’ Ġunju ta’ l-2002

li temenda d-deċiżjoni 1999/311/KE li taddotta t-tielet fażi ta’ l-iskema ta’ koperazzjoni trans-Ewropea għal edukazzjoni ogħla (Tempus III) 2000 sa 2006)

(2002/601/KE)

IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkonsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 308 tiegħu,

Wara li kkonsidra l-proposta mill-Kummissjoni [1],

Wara li kkonsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew [2],

Wara li kkonsidrat l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali [3],

Wara li kkonsulta mal-Kumitat tar-Reġjuni,

billi:

(1) Fit-23 ta’ Lulju ta’ l-1996 il-Kunsill addotta Regolament (KE) Numru 1488/96 dwar miżuri finanzjarji u tekniċi li jakkumpanjaw (MEDA) ir-riforma ta’ strutturi ekonomiċi u soċjali fil-qafas tas-sħubija Ewro-Mediterranja [4].

(2) Ir-reġjun tal-Mediterran jikkostitwixxi żona ta’ prijorità għall-Komunità u l-iżvilupp politiku, ekonomiku u soċjali ta’ l-isħab tal-Mediterran huwa sfida ta’ daqs dejjem jikber;

(3) Huwa importanti li ssegwi u tintensifika l-koperazzjoni mnedija fi ħdan is-sħubija Ewro-Mediterranja li kienet ġiet stabbilita bid-dikjarazzjoni ta’ Barċellona fis-27 ta’ Novembru ta’ l-1995.

(4) Id-dikjarazzjoni ta’ Barċellona tagħraf li t-tradizzjonijiet ta’ kultura u ċivilta’ mifruxa fir-reġjun tal-Mediterran, id-djalogi bejn dawn il-kulturi u skambju f’livelli umani, xjentifiċi u teknoloġiċi huma fattur essenzali biex il-popli tal-Mediterran joqorbu iktar lejn xulxin, jippromwovu qbil bejniethom u jtejbu l-mod kif iħarsu lejn xulxin.

(5) Koperazzjoni Ewro-Mediterranja f’edukazzjoni ogħla hi strument indispensabbli biex jintlaħqu l-għanjiet ewlenin elenkati fid-dikjarazzjoni ta’ Barċellona, u b’mod partikolari biex ikunu żviluppati riżorsi umani, ikun promos ftehim bejn kulturi u jkunu mlaqqgħin il-popli tar-reġjun ewro-Mediterran, kif ukoll biex ikunu żviluppati u jiffjorixxusoċjetajiet ċivili ħielsa.

(6) Fid-29 ta’ April ta’ l-1999 il-Kunsill addotta Deċiżjoni 1999/311/KE li taddotta t-tielet fażi ta’ l-iskema ta’ koperazzjoni trans-Ewropea għal edukazzjoni ogħla (Tempus III) (2000 sa 2006) [5]

(7) Il-programm Tempus III wera li huwa għodda effettiva fl-edukazzjoni ogħla u fl-iżvilupp tagħha, inkluż l-iżvilupp ta’ riżorsi umani u snajja’ (occupational). Permezz ta’ universitajiet u l-uffiċjali tagħhom tista’ tagħmel ukoll kontribut effettiv għall-izvilupp ta’ l-amministrazzjoni pubblika u strutturi ta’ edukazzjoni fil-pajjiżi li huma eliġibbli.

(8) Bit-tkabbir ta’ l-iskop ġografiku tal-programm Tempus III lill-pajjiżi mhux membri tal-Mediterran u territorji li hemm riferenza għalihom fir-Regolament (KE) Numru 1488/96, ikun possibbli li jinbena fuq it-tajjeb ġa ppruvat tal-programm, jinkisbu ekonomiji fir-rigward ta’ daqs, u jiffavorixxu koperazzjoni reġjonali madwar ir-reġjun usa Ewro-Mediterran.

(9) Huwa xieraq li jkun estiż b’sitt xhur sa Diċembru ta’ l-2006 il-perjodu kopert minn Tempus III mingħajr ma jsir aġġustament għall-provdiment finanzjarju, ladarba dak il-perjodu jikkorispondi ma’ dak tal-perspettivi finanzjarji kif ukoll ma’ dak tal-programmi ewlenin ta’ taħriġ u edukazzjoni fil-Komunità.

(10) Il-miżuri meħtieġa għall-implimentazzjoni tal-programm Tempus III għandhom ikunu addottati bi qbil mad-deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE tat-28 ta’ Ġunju ta’ l-1999 li telenka l-proċeduri għall-eżerċizzju tas-setħat ta’ mplimentazzjoni mogħtija lill-Kummissjoni [6].

(11) Id-Deċiżjoni 1999/311/KE għandha għalhekk tkun emendata,

IDDEĊIEDA DAN LI ĠEJ:

Artikolu 1

DEĊIŻJONI Nru 1999/311/KE hi hawnhekk emendata kif ġej:

1. Flok l-Artikoli 1 u 2 se jidħol dan li ġej:

"Artikolu 1

Tul ta’ żmien ta’ Tempus III

It-tielet fażi ta’ l-iskema trans-Ewropea ta’ koperazzjoni għal edukazzjoni ogħla (li minn hawn ‘il quddiem tkun magħrufa bħala Tempus III) hija hawnhekk addottata għall-perjodu mill-ewwel ta’ Lulju ta’ l-2000 sal-31 ta’ Diċembru ta’ l-2006.

Artikolu 2

Pajjiżi eliġibbli

1. Tempus III tikkonċerna l-pajjiżi li jibbenefikaw that Regolament tal-Kunsill (KE) Numru 2666/2000 tal-5 ta’ Diċembru ta’ l-2000 dwar għajnuna għall-Albanija, Boznija u Herżegovina, il-Kroazja, ir-Repubblika Federali tal-Jugoslavja, u dik li qabel kienet ir-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja [7], u l-istati ġodda ndipendenti ta’ dik li qabel kienet l-Unjoni Sovjetika u l-Mongolja, li hemm riferenza għalihom fir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Numru 99/2000 tad-29 ta’ Diċembru ta’ l-1999 fir-rigward tal-provdiment ta’ għajnuna lill-Istati sħab fl-Ewropa ta’ Lvant u l-Asja ċentrali [8] u pajjiżi u territorji mhux membri tal-Mediterran elenkati f’Regolament tal-Kunsill (KE) numru 1488/96 tat-23 ta’ Lulju ta’ l-1996 dwar miżuri finanzjarji u tekniċi li jakkumpanjaw (MEDA) ir-riforma ta’ strutturi ekonomiċi u soċjali fil-qafas tas-shubija Ewro-Mediterranja [9]. Dawn il-pajjiżi u territorji minn hawn ‘il quddiem issir riferenza għalihom bhala "pajjiżi eliġibbli".

2. Fuq il-bażi ta’ evalwazzjoni tas-sitwazzjoni speċifika ta’ kull pajjiż, il-Kummissjoni, skond il-proċeduri li hemm riferenza għalihom fir-Regolamenti li hemm riferenza għalihom fil-paragrafu 1, għandha tiftiehem mal-pajjiżi eliġibbli konċernati dwar jekk għandhomx jieħdu sehem f’Tempus III, u n-natura u l-kondizzjonijiet tal-parteċipazzjoni tagħhom. Il-kondizzjonieiet ta’ l-Artikolu 10(1) għandhom japplikaw għal pajjiżi eligibbli li ma jieħdux sehem f’Tempus III"

2. L-Artikoli 5, 6 and 7għandhom jinbidlu b’dan li ġej:

"Artikolu 5

Għan

1. L-għan ta’ Tempus III hu li jippromwovi, fuq il-linji gwida u objettivi ġenerali tar-Regolamenti li hemm riferenza għalihom fl-Artikolu 2(1), u b’mod kumplimentari mal-programmi u approċċi settorjali li jirriżultaw minnhom, l-iżvilupp tas-sistemi ta’ edukazzjoni ogħla fil-pajjiżi eliġibbli permezz ta’ l-iktar koperazzjoni bilanċjata possibbli ma’ l-isħab mill-Istati Membri kollha.

2. B’mod iktar speċifiku, Tempus III għandu:

(a) jippromwovi qbil bejn l-avviċinament ta’ kulturi u jiżviluppa soċjetajiet ċivili ħielsa u li jiffjorixxu;

(b) jiffaċilita l-addattazzjoni u l-iżvilupp ta’ edukazzjoni ogħla biex iwieġeb aħjar għall-ħtiġiet soċjo-ekonomiċi u kulturali tal-pajjiżi eliġibbli billi jindirizza:

(i) materji marbutin ma’ l-iżvilupp u t-tfassil mill-ġdid ta’ kurrikuli f’oqsma ta’ prijorita’;

(ii) ir-riforma u l-iżvilupp ta’ strutturi u stabbilimenti ta’ edukazzjoni ogħla u t-tmexxija tagħhom;

(iii) l-iżvilupp ta’ taħriġ li jwassal għal tali kwalifiki li jkunu jistgħu jirmedjaw għan-nuqqas ta’ snajja’ ta’ livell għoli meħtieġa fil-kuntest ta’ riforma u żvilupp ekonomiċi, b’mod partikolari billi jitjiebu u jiżdiedu r-rabtiet ma’ l-industriia;

(iv) il-kontribut ta’ edukazzjoni ogħla u taħriġ liċ-ċittadinanza u t-tisħiħ tad-demokrazija.

3. Waqt li ssegwi l-għanjiet ta’ Tempus III, il-Kummissjoni għandha tosserva l-politika ġenerali tal-Komunità dwar opportunitajiet ugwali għall-irġiel u n-nisa. Il-Kummissjoni għandha tiżgura wkoll li ebda grupp ta’ ċittadini ma jkun eskluż jew żvantaggjat.

Artikolu 6

Djalogu mal-pajjiżi eliġibbli

Bi ftehim ma’ l-awtoritajiet kompetenti f’kull pajjiż, il-Kummissjoni għandha tiddefinixxi l-prijoritajiet u l-oġġettivi dettaljati għar-rwol ta’ Tempus III, fuq il-bażi tal-għan tal-programm u d-disposizzjonijiet ta’ l-anness, u partikolarment b’konformita’ ma’:

(a) l-għanjiet ġenerali tar-Regolamenti li hemm referenza għalihom fl-Artikolu 2(1);

(b) il-politika ekonomika, soċjali u ta’ edukazzjoni ta’ kull pajjiż eliġibbli;

(ċ) il-ħtieġa li jonħoloq bilanċ xieraq bejn l-oqsma ta’ prijorità magħżula u r-riżorsi allokati lil Tempus III.

Artikolu 7

Kumitat

1. Il-Kummissjoni għandha timplementa Tempus III skond id-disposizzjonijiet ta’ l-Anness, fuq il-bażi ta’ linji ta’ gwida dettaljati li għandhom ikunu addottati kull sena, u wara l-prijoritajiet u oġġettivi dettaljati li jkun intlaħaq qbil dwarhom ma’ l-awtoritajiet kompetenti f’kull pajjiż eliġibbli, kif provdut fl-Artikolu 6.

2. Il-Kumitat li hemm riferenza għalih fil-paragrafi 4 u 5 għandu, b’mod partikolari, jgħin lill-Kummissjoni fl-implimentazzjoni ta’ l-iskema wara li jikkonsidra l-għan kif imfisser fl-Artikolu 5, u għandu jikkordina x-xogħol tiegħu ma’ dak ta’ kumitati oħra ta’ programmi stabbiliti fil-qasam ta’ l-edukazzjoni (Socrates) u taħriġ (Leonardo).

3. Il-miżuri meħtieġa għall-implimentazzjoni ta’ din id-Deċiżjoni relatati għall-materji tas-suġġett li hemm riferenza għalihom iktar ‘l isfel għandhom ikunu addottati skond il-proċedura kif murija fil-paragrafu 4:

(a) il-linji ta’ gwida ġenerali li jirregolaw Tempus III;

(b) il-proċeduri ta’ għażla u linji ta’ gwida ġenerali għall-assistenza finanzjarja tal-Komunità (ammonti, tul ta’ zmien u benefiċjarji)

(ċ) mistoqsijiet relatati mal-bilanċ sħiħ ta’ Tempus III, inkuz l-iskomposizzjoni bejn il-ħidmiet varji

(d) il-prijoritajiet u oġġettivi dettaljati li jkun miftiehem dwarhom ma’ l-awtoritajiet kompetenti f’kull pajjiż eliġibbli;

(e) L-arranġamenti għas-sorveljanza u l-evalwazzjoni ta’ Tempus III.

4. Il-Kummissjoni għandha tkun megħjuna minn kumitat.

Fejn issir riferenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikoli 4 sa 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE.

Il-perjodu taż-żmien preskritt fl-Artikolu 4(3) tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandu jkun stabbilit ta’ xahar.

Il-Kumitat għandu jaddotta r-regoli tiegħu ta’ proċedura.

5. Minbarra dan, il-Kummissjoni tkun tista’ tikkonsulta mal-Kumitat fuq kwalunkwe materja oħra li tikkonċerna l-implimentazzjoni ta’ Tempus III, inkluż ir-rapport annwali.

F’dan il-każ, l-Artikoli 3 and 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandhom jgħoddu;"

3. L-Artikoli 9 and 10 għandhom jinbidlu b’dan li ġej:

"Artikolu 9

Rabtiet ma’ azzjonijiet oħra tal-Komunità’

Skond il-proċedura li hemm riferenza għaliha fl-Artikolu 7(4) ta’ din id-Deċiżjoni, u jekk applikabbli, il-proċedura li hemm referenza għaliha fl-Artikolu 10 tar-Regolament (KE) Numru 2666/2000, fl-Artikolu 13 tar-Regolament (KE, Euratom) numru 99/2000, u fl-Artikolu 11 tar-Regolament (KE) Numru 1488/96, fil-parametri stabbiliti mid-deċiżjonijiet annwali dwar il-budgets, il-Kummissjoni għandha tiżgura konsistenza u fejn meħtieġ, komplementarità bejn Tempus III u azzjonijiet oħra tal-Komunità meħuda kemm fil-Komunità u bħala parti minn assistenza provduta lil pajjiżi eliġibbli, partikolarment fir-rigward ta’ l-attivitajiet tal-Fondazzjoni Ewropea dwar Taħriġ.

Artikolu 10

Ko-ordinazzjoni ma’ ħidma meħuda f’pajjiżi terzi

1. Il-Kummissjoni għandha torganizza ko-ordinazzjoni xierqa ma’ ħidmiet f’pajjiżi terzi [10].

2. Din il-parteċipazzjoni tista’ tieħu diversi forom, inklużi waħda jew iktar minn dawn li ġejjin:

(a) parteċipazzjoni fi proġetti ta’ Tempus III fuq bażi ta’ ko-finanzjament;

(b) użu ta’ l-opportunitajiet provduti taħt Tempus III biex jinkanalaw ħidmiet ta’ bdil li qed jirċievu għoti ta’ flus bilaterali

(c) ko-ordinazzjoni bejn Tempus III u inizjattivi nazzjonali li għandhom l-istess għanijiet imam li qed jirċievu għoti ta’ flus u qed jitmexxew separatament

(d) skambju reċiproku ta’ nformazzjoni fuq l-inizjattivi relevanti kollha f’dan il-qasam.";

4. Fl-Artikolu 12,it-tieni paragrafu għandu jinbidel b’dan li ġej:

"It shall submit by 30 June 2004 an interim report on the findings of the evaluation, together with any proposals for extending or adjusting Tempus III for the period commencing on 1 January 2007;"

5. Fl-Anness, it-test taħt l-intestatura "Għotjiet ta’ flus individwali" għandhom jinbidlu bit-test li hemm fl-Anness ta’ din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għanda tidħol fis-seħħ fil-jum ta’ l-addozzjoni tagħha.

Din id-Deċizjoni għandha tiġi pubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Magħmul fil-Lussemburgu, fis-27 ta’ Ġunju 2002.

F’isem il-Kunsill

Il-President

M. Arias Cañete

[1] ĠU C 151 E, 25.06.2002, p. 118.

[2] Opinjoni mogħtija fl-14 ta’ Mejju ta’ l-2002 (u s’issa mhix publikata fil-Ġurnal Uffiċjali).

[3] ĠU C 149, 21.06.2002, p. 36.

[4] ĠU L 189, 30.07.1996, p. 1. Ir-Regolament kif l-aħħar emendat mir-Regolament (KE) Nru 2698/2000 (ĠU L 311, tat-12.12.2000, p. 1).

[5] ĠU L 120, tat-8.5.1999, p. 30. Id-Deċiżjoni kif l-aħħar emendata mir-Regolament (KE) No 2666/2000 (ĠU L 306, tas-7.12.2000, p.1).

[6] ĠU L 184, 17.07.1999, p. 23.

[7] ĠU L 306, 07.12.2000, p. 1. Ir-Regolament kif l-aħħar emendat mir-Regolament (KE) Nru 2415/2001 (ĠU L 327, 12.12.2001, p. 3).

[8] ĠU L 12, 18.01.00, p. 1.

[9] ĠU L 189, 30.07.1996, p. 1. Ir-Regolament kif l-aħħar emendat mir-Regolament (KE) Nru 2698/2000 (ĠU L 311, tat-12.12.2000, p. 1).

[10] Dawn il-pajjiżi huma membri tal-Grupp ta’ l-24, għajr l-Istati Membru tal-Komunità, ir-Repubblika ta’ Ċipru u ta’ Malta u l-pajjiżi assoċati ta’ l-Ewropa ċentrali u tal-Lvant, u l-parteċipazzjoni tirrigwarda proġetti mal-pajjiżi li mhumiex assoċjati mill-Ewropa ċentrali u tal-Lvant li huma eleġibbli taħt il-programme Phare u kull pajjiz ieħor li l-Kummissjoni tiddeċiedi li tista’ tipparteċipa

--------------------------------------------------

ANNESS

"Għotjiet ta’ flus individwali

Minbarra l-JEPs u l-miżuri strutturali u/jew kumplimentari, il-Komunità se tappoġġa wkoll id-disposizzjonijiet ta’ għotjiet individwali lil għalliema, riċerkaturi, trainers, amministraturi universitarji, uffiċjali għolja ministerjali, dawk li jippjanaw fl-edukazzjoni u esperti oħra fit-taħriġ minn pajjiżi eliġibbli jew mill-Komunità, għal żjajjar biex jippromwovu l-kwalità, żvilupp u ristrutturar ta’ edukazzjoni ogħla u taħriġ fil-pajjiżi eliġibbli.

Dawn iż-żjajjar jistgħu fost oħrajn ikopru l-lokalitajiet li ġejjin:

- l-iżvilupp ta’ korsijiet u materjal għal taħriġ,

- l-iżvilupp ta’ personal, partikolarment f’perjodi ta’ taħriġ ta’ aġġornament u appuntament ta’ personal fi ħdan kumpanniji,

- xogħlijiet ta’ tagħlim, riċerka u taħriġ,

- attivitajiet li jappoġġjaw l-iżvilupp ta’ edukazzjoni ogħla,

- parteċipazzjoni fl-attivitajiet ta’ assoċjazzjonijiet Ewropej, partikolarment assoċjazzjonijiet universitarji."

--------------------------------------------------