32002D0542



Official Journal L 176 , 05/07/2002 P. 0043 - 0044


Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni

ta’ l-4 ta’ Lulju 2002

li temenda d-Deċiżjoni 96/482/KE dwar it-tul tal-perjodu ta’ iżolament għall-importazzjoni tat-tjur ħajjin u l-bajd li qegħdin ifaqqsu minn pajjiżi terzi u l-miżuri tas-saħħa ta’ l-annimali li għandhom ikunu applikati għal dik l-importazzjoni

(notifikat taħt id-dokument numru C(2002) 2492)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

(2002/542/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 90/359/KEE tal-15 ta’ Ottubru 1990 dwar is-saħħa ta’ l-annimali li jirregolaw in-negozjar fil-Komunità stess fi, u l-importazzjoni minn pajjiżi terzi, tat-tjur u l-bajd li qegħdin ifaqqsu [1], kif l-aħħar emendat permezz tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2001/867/KE [2], u b’mod partikolari l-Artikolu 26 tiegħu,

Billi:

(1) Skond id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 96/482/KE tat-12 ta’ Lulju l-1996 li tistabbilixxi l-kondizzjonijiet tas-saħħa ta’ l-annimali u ċ-ċertifikat veterinarji għall-importazzjoni tat-tjur u l-bajd li qegħdin ifaqqsu minbarra ratites u l-bajd tagħhom minn pajjiżi terzi inklużi l-miżuri tas-saħħa ta’ l-annimali li għandhom ikunu applikati wara dik l-importazzjoni [3], kif emendata l-aħħar permezz tad-Deċiżjoni 2002/183/KE [4] it-trobbija u l-produzzjoni tat-tjur għandhom ikunu iżolati wara l-importazzjoni taż-żamma tad-destinazzjoni għal mill-inqas sitt ġimgħat u eżaminati minn veterinarju awtorizzat.

(2) L-Istati Membri rrapportaw id-diffikultajiet għat-tul ta’ żmien tal-perjodu ta’ l-iżolament għat-tjur maħsub għall-ħażna mill-ġdid tat-tjur selvaġġ, minħabba l-aggressività miżjuda u l-kannibaliżmu li jwassal għat-telf miżjud.

(3) Huwa għalhekk opportun li jkun imqassar it-tul ta’ żmin tal-perjodu ta’ iżolament. Madankollu, l-ittestjar tassattiv għall-influwenza avjana u l-marda Newcastle għandhom ikunu magħmula sabiex jinżammu l-garanziji tas-saħħa ta’ l-annimali ekwivalenti.

(4) Id-Deċiżjoni 96/482/KE għandha għalhekk tkun emendata akkont.

(5) Il-miżuri pprovduti għalihom f’din id-Deċiżjoni huma konformi ma’ l-opinjoni tal-Kumitat Veterinarju Permanenti tal-Katina ta’ l-Ikel u s-Saħħa ta’ l-Annimali,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

L-Artikolu 1

Id-Deċiżjoni 96/482/KE hija emendata kif ġej:

1. Fl-Artikolu 3(1), il-paragrafu segwenti huwa miżjud:

"Bħala deroga mill-ewwel subparagrafu, il-perjodu ta’ sitt ġimgħat għaż-żamma tat-trobbija u l-produzzjoni ta’ tjur inkluż tjur maħsuba għall-ħażna ta’ tjur selvaġġ dwar iż-żamma tad-destinazzjoni jista’ jkun imnaqqas għal 21 jum sakemm l-ittestjar skond it-teħid tal-kampjuni u l-proċedura ta’ ttestjar deskritti fl-Anness III ġew magħmula b’riżultati favorevoli."

2. L-Anness III ġdid, li t-test tiegħu huwa stabbilit fl-Anness għal din id-Deċiżjoni, huwa miżjud.

L-Artikolu 2

L-ispejjeż kollha magħmula mill-applikazzjoni tad-Deċiżjoni preżenti għandhom ikunu mħallsa mill-importatur.

L-Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tgħodd mis-seba’ jum wara l-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

L-Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni hija ndirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussel, fl-4 ta’ Lulju 2002.

Għall-Kummissjoni

David Byrne

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 303, tal-31.10.1990, p. 6.

[2] ĠU L 323, tas-7.12.2001, p. 29.

[3] ĠU L 196, tas-7.8.1996, p. 13.

[4] ĠU L 61, tat-2.3.2002, p. 56.

--------------------------------------------------

L-ANNESS

"

L-ANNESS III

Proċeduri ta’ teħid ta’ kampjuni u ttestjar għal marda Newcastle u l-influwenza avian wara l-importazzjoni

Waqt il-perjodu muri fit-tieni subparagrafu ta’ l-Artikolu 3(1) il-veterinarju uffiċjali/awtorizzat għandu jieħu l-kampjuni għall-eżami viroloġika mit-tjur impurtati, li għandhom ikunu ttestjati kif ġej:

- Cloacal swabs għandhom ikunu meħuda mit-tjur kollha, jekk il-kunsinna hija inqas minn 60, jew minn 60 għasfur ta’ kunsinni ikbar, bejn is-seba’ u l-15-il jum mill-perjodu ta’ l-iżolament.

- L-ittestjar tal-kampjuni kollha għall-influwenza avian u l-marda Newcastle għandhom jinħarġu f’laboratorji uffiċjali magħżula mill-awtorità kompetenti, u permezz ta’ l-użu tal-proċeduri ta’ dijanjosi konformi mal-kundizzjonijiet ta’ l-Anness III tad-Direttiva tal-Kunsill 92/66/KEE u ta’ l-Anness III tad-Direttiva tal-kunsill 92/40/KEE.

- Il-ġbir flimkien tal-kampjuni, sa massimu ta’ ħames kampjuni ta’ tjur individwali f’ġabra waħda, huwa permess.

- L-iżolament tal-virus għandu jkun mibgħut bla telf ta’ żmien lil-laboratorju tar- Riferenza Nazzjonali.”

"

--------------------------------------------------