32002D0482



Official Journal L 166 , 25/06/2002 P. 0023 - 0024


Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni

tal-21 ta’ Ġunju 2002

li temenda d-Deċiżjoni 93/52/KEE li tirreġistra l-konformità ta’ ċerti Stati Membri jew reġjuni mal-ħtiġijiet dwar il-bruċellosi (B. melitensis) u li takkordalhom l-istatus ta’ Stat Membru jew reġjun uffiċjalment ħieles mill-marda

(notifikata bid-dokument numru C (2002) 2213)

(Test b’ rilevanza għaż-ŻEE)

(2002/482/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 91/68/KEE tat-28 ta’ Jannar, 1991, dwar il-kondizzjonijiet ta’ saħħa ta’ l-annimali li jirregolaw il-kummerċ ta’ annimali ovini u kaprini fil-Komunità [1], kif l-aħħar emendata bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2002/261/KE [2], u b’mod partikolari l-Anness A, Kapitolu 1.II tagħha,

Billi:

(1) Fil-provinċja Taljana ta’ Bolzano, il-bruċellosi ila marda notifikabbli mill-inqas għal dawn l-aħħar ħames snin u mill-inqas 99,8 % ta’ l-azjendi ta’ ovini u kaprini huma uffiċjalment azjendi ħielsa mill-bruċellosi.

(2) Il-provinċja ta’ Bolzano trid, barra minn hekk, li tikkonforma ma’ l-Anness A Kapitolu 1. II (2) tad-Direttiva 91/68/KEE.

(3) Il-provinċja ta’ Bolzano għandha għalhekk tkun irrikonoxxuta bħala uffiċjalment ħielsa mill-bruċellosi (B. melitensis).

(4) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 93/52/KEE [3], kif l-aħħar emendata bid-Deċiżjoni 2001/292/KE [4], għandha għalhekk tkun emendata bl-istess mod.

(5) Il-miżuri msemmija f’din id-Deċiżjoni huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina ta’ Ikel u Saħħa ta’ l-Annimali,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness II tad-Deċiżjoni 93/52/KEE huwa sostitwit bit-test fl-Anness għal din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni hija ndirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussel, 21 ta’Ġunju 2002.

Għall-Kummissjoni

David Byrne

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 46, tad-19.2.1991, p. 19.

[2] ĠU L 91, tas-6.4.2002, p. 31.

[3] ĠU L 13, tal-21.1.1993, p. 14.

[4] ĠU L 100, tal-11.4.2001, p. 28.

--------------------------------------------------

L-ANNESS

"

L-ANNESS II

Fi Franza:

Ain, Aisne, Allier, Ardèche, Ardennes, Aube, Aveyron, Cantal, Charente, Charente-Maritime, Cher, Corrèze, Côte-d’Or, Côtes-d’Armor, Creuse, Deux-Sèvres, Dordogne, Doubs, Essonne, Eure, Eure-et-Loire, Finistère, Gers, Gironde, Hauts-de-Seine, Haute-Loire, Haute-Vienne, Ille-et-Vilaine, Indre, Indre-et-Loire, Jura, Loir-et-Cher, Loire, Loire-Atlantique, Loiret, Lot-et-Garonne, Lot, Lozère, Maine-et-Loire, Manche, Marne, Mayenne, Morbihan, Nièvre, Nord, Oise, Orne, Pas-de-Calais, Puy-de-Dôme, Rhône, Haute-Saône, Saône-et-Loire, Sarthe, Seine-Maritime, Seine-Saint-Denis, Territoire de Belfort, Val-de-Marne, Val-d’Oise, Vendée, Vienne, Yonne, Yvelines, Ville de Paris, Vosges.

Fl-Italja:

Bolzano.

Fi Spanja:

Santa Cruz de Tenerife, Las Palmas.”

"

--------------------------------------------------