32002D0471



Official Journal L 163 , 21/06/2002 P. 0021 - 0023


Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni

tal-20 Ġunju 2002

li temenda d-Deċiżjoni 95/538/KE li tistabbilixxi kondizzjonijiet speċjali li jirregolaw l-importazzjoni ta’ prodotti tas-sajd u ta’ l-akwakultura li joriginaw fil-Ġappun

(notifikata taht id-dokument numru K(2002) 2205)

(Test b’ rilevanza għaż-ŻEE)

(2002/471/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 91/493/KEE tat-22 ta’ Lulju 1991 li tistabbilixxi l-kondizzjonijiet sanitarji għall-produzzjoni u t-tqegħid fis-suq ta’ prodotti tas-sajd [1], kif emendata l-aħħar bid-Direttiva 97/79/KE [2], u b’mod partikolari l-Artikolu 11(5) tagħha,

Billi:

(1) l-Anness A tad-Deciżjoni 95/538/KE tas-6 ta’ Dicembru 1995 li stabilixxa kundizzjonijiet speċjali li jirregolaw l-importazzjoni ta’ prodotti tas-sajd u l- akwakultura li joriġinaw fil-Ġappun [3], kif emendata l-aħħar bid-Deċiżjoni 2001/253/KE [4], tistabbilixxi l-mudell ta’ ċertifikat sanitarju għall-prodotti tas-sajd u akwakultura li joriġinaw fil-Ġappun u maħsuba għall-esportazzjoni għall-Komunità Ewropea.

(2) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2002/470/KE li tistabilixxi kundizzjonijiet speċjali għall-importazzjoni ta’ molluski bivalvi, ekinodermi, tunikati u gastropodi marini mill-Ġappun [5], tawtorizza l-importazzjoni ta’ molluski bivalvi, ekinodermi tunikati u gastropodi tal-baħar friżati u proċessati mill-Ġappun. Huwa għalhekk meħtieġ li jkun modifikat iċ-ċertifikat sanitarju stabbililit fid-Deċiżjoni 95/538/KE biex jinkludi referenzi rilevanti għall-ħtiġijiet għal molluski bivalvi.

(3) Il-miżuri previsti f’ din id-Deċiżjoni jaqblu ma’ l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina ta’ Alimentari u s-Sanità ta’ l-Annimali,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Id-Deċiżjoni 95/538/KE hija modifikata kif gej:

L-Anness A għandu jigi sostitwit b’dan l-Anness.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tapplika mill-24 ta’ Ġunju 2002.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati membri

Magħmula Brussel, fl-20 ta’ Ġunju 2002.

Għall-Kummissjoni

David Byrne

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 268, ta’ l-24.9.1991, p. 15.

[2] ĠU L 24, tat-30.1.1998, p. 31.

[3] ĠU L 304, tas-16.12.1995, p. 52.

[4] ĠU L 91, tal-31.3.2001, p. 81.

[5] Ara l-pagna 19 ta’ dan il-Ġurnal Uffiċjali.

--------------------------------------------------

L-ANNESS

"

L-ANNESS A

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

"

--------------------------------------------------