Official Journal L 075 , 16/03/2002 P. 0001 - 0006
Id-Deċiżjoni Nru 466/2002/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta’ l-1 ta’ Marzu 2002 li tistabbilixxi programm ta’ azzjoni Komunitarja li jippromwovi l-organizzazzjonijiet mhux governattivi primarjament attivi fil-qasam tal-protezzjoni ambjentali IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA, Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 175(1) tiegħu, Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni [1], Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kunsill Ekonomiku u Soċjali [2], Wara li kkonsultaw lill-Kumitat tar-Reġjuni, Huma u jaġixxu b’mod konformi mal-proċedura stabbilita fl-Artikolu 251 tat-Trattat [3], Billi: (1) It-Trattat jipprovdi l-iżvilupp u l-implimentazzjoni ta’ politika Komunitarja dwar l-ambjent u jiddikjara l-miri u l-prinċipji li jiggwidaw din il-politika. (2) Il-Programm ta’ Azzjoni introdott bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 97/872/KE tas-16 ta’ Diċembru 1997 dwar programm Komunitarju ta’ azzjoni li jippromwovi l-organizzazzjonijiet m`humiex governativi primarjament attivi fil-qasam tal-protezzjoni ambjentali [4] jintemm fil-31 ta’ Diċembru 2001. Il-Programm ġie valutat mill-Kummissjoni u mill-benefiċċjarji preżenti u ta’ qabel, u żvela appoġġ qawwi għat-tiġdid jew ir-reviżjoni tiegħu. (3) Is-Sitt Programm ta’ Azzjoni Ambjentali jagħraf il-ħtieġa li jingħata l-poter liċ-ċittadini, u l-miżuri proposti jinkludu djalogu estensiv u fuq firxa wiesgħa ma’ dawk li għandhom interessi fl-istruttura tal-politika ambjentali. Sabiex isir possibbli għall-organizzazzjonijiet m’humiex governattivi (minn issa’ l quddiem imsejħa "NGOs") li jieħdu sehem fid-djalogu, is-Sitt Programm ta’ Azzjoni Ambjentali jipprevedi l-ħtieġa ta’ l-appoġġ xieraq, inkluż il-finanzjament Komunitarju, għall-NGOs. (4) L-NGOs attivi fil-qasam tal-protezzjoni ta’ l-ambjent diġà wrew li jistgħu jikkontribwixxu għall-politika Komunitarja dwar l-ambjent, kif stabbilit fl-Artikolu 174 tat-Trattat, bl-involviment attiv f’miżuri konkreti ta’ protezzjoni ambjentali u f’attivitajiet sabiex iżidu l-għarfien ġenerali tal-ħtieġa tal-protezzjoni ta’ l-ambjent bil-ħsieb ta’ l-iżvilupp sostenibbli. L-NGOs fil-qasam tal-protezzjoni ta’ l-annimali, sakemm dawn l-attivitajiet iservu għalbiex jinkisbu l-miri tal-protezzjoni ambjentali, jistgħu jieħdu sehem ukoll f’dan il-Programm. (5) L-NGOs huma essenzjali sabiex jikkordinaw u jgħaddu lill-Kummissjoni t-tagħrif u l-fehmiet dwar il-prospettivi ġodda emerġenti, bħalma huma l-protezzjoni tan-natura u l-problemi ambjentali li jaqsmu l-fruntieri, li ma jistgħux, jew li m`humiex, tratati fis-sħiħ fil-livell ta’ l-Istat Membru jew f’livell subordinat. L-NGOs jifhmu sewwa t-tħassib tal-pubbliku dwar l-ambjent u għalhekk jistgħu jippromwovu dawn il-fehmiet u jgħadduhom lura lejn il-Kummissjoni. (6) L-NGOs ambjentali jieħdu sehem fil-gruppi ta’ l-esperti, fil-kumitati ta’ tħejjija u ta’ implimentazzjoni ta’ l-istituzzjonijiet Komunitarji, u jippovdu inputs importanti għall-politiċi, il-programmi u l-inizjattivi Komunitarji u l-bilanċ meħtieġ fejn għandhom x’jaqsmu l-interessi ta’ l-atturi l-oħra fl-ambjent, inklużi l-industrija/kummerċ, il-għaqdiet tal-ħaddiema u l-gruppi tal-konsumaturi. (7) Għandhom jitmexxew ’il quddiem l-NGOs bil-kapaċità li jistimulaw l-iskambju tal-perspettivi, il-problemi u s-soluzzjonijiet possibbli sabiex jimplimentaw attivitajiet rilevanti li jkollhom x’jaqsmu mal-problemi ambjentali b’dimensjoni Komunitarja, li jinvolvu lil dawk li għandhom interessi fil-livell nzzjonali, reġjonali u lokali. Għal dan il-fini jridu jiġu mirati lejhom dawk l-NGOs u n-networks ta’ l-NGOs attivi fil-livell Ewropew. (8) L-espansjoni ġeografika tal-Programm hija meħtieġa sabiex tinkludi l-NGOs tal-Pajjiżi Kandidati fid-dawl ta’ l-importanza tagħhom li jiksbu l-aċċettazzjoni pubblika għall-"acquis" ambjentali u jsaħħu l-implimentazzjoni tiegħu. (9) Fid-dawl ta’ l-esperjenza miksuba fl-ewwel tliet snin ta’ l-implimentazzjoni ta’ din id-Deċiżjoni, għandha tiġi midħula għaliha stima tat-tħaddim tal-programm sabiex tiġi deċiża t-tkomplija tiegħu. (10) L-approprjazzjoniet annwali għandhom jiġu deċiżi mil-awtorita ta’ l-estimi finanzjarji fil-proċedura ta’ l-estimi finanzjarji. (11) Din id-Deċiżjoni tistabbilixxi, għat-tul kollu taż-żmien ta’ l-attivitajiet, qafas finanzjarju li jikkostitwixxi l-punt ewlieni ta’ referenza, fit-tifsira tal-punt 33 tal-Ftehim Inter-istituzzjonali tas-6 ta’ Mejju 1999 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina fl-estimi finanzjarji u t-titjib fil-proċedura ta’ l-estimi finanzjarji [5], għall-awtorità ta’ l-estimi finanzjarji matul il-proċedura ta’ kull sena dwar l-estimi finanzjarji, IDDEĊIDEW DAN LI ĠEJ: Artikolu 1 1. Huwa hawnhekk stabbilit Programm Komunitarju ta’ azzjoni li jippromwovi l-organizzazzjonijiet m`humiex governattivi (NGOs) primarjament fil-qasam tal-protezzjoni ambjentali. 2. Il-mira ġenerali ta’ dan il-Programm għandha tkun li tippromwovi l-NGOs li huma attivi primarjament fil-qasam tal-protezzjoni u t-titjib ambjentali fil-livell Ewropew. Dawn l-attivitajiet għandhom jinvolvu l-kontribuzzjoni, jew il-kapaċità li jikkontribwixxu, għall-iżvilupp u l-implimenatzzjoni tal-politika Komunitarja ambjentali u l-leġislazzjoni fir-reġjuni differenti ta’ l-Ewropa. 3. Il-programm għandu jippromwovi wkoll l-involviment b’mod sistematiku ta’ l-NGOs fl-istadji kollha tal-proċess tat-tfassil tal-politika Komunitarja ambjentali, billi jiżgura r-rappreżentanza rilevanti fil-laqgħat ta’ konsultazzjoni ma’ dawk li għandhom interessi u fis-smigħ pubbliku. Il-Programm għandu jikkontribwixxi wkoll għat-tisħiħ ta’ l-assoċjazzjonijiet żgħar reġjonali jew lokali li jaħdmu għalbiex japplikaw l-acquis communautaire fejn għandhom x’jaqsmu l-ambjent u l-iżvilupp sostenibbli fiż-żona lokali tagħhom, Artikolu 2 Sabiex tikkwalifika għal għotja, NGO għandu jkollu l-karatteristiċi li ġejjin u jikkonforma ma’ l-Anness: (a) trid tkun persuna legali indipendenti u li ma tagħmilx qligħ attiva primarjment fil-qasam tal-protezzjoni u titjib ambjentali b’mira ambjentali mmirata lejn il-ġid pubbliku u bil-ħsieb ta’ l-iżvilupp sostenibbli; (b) trid tkun attiva fuq livell Ewropew, jew waħedha jew fil-għamla ta’ numru ta’ assoċjazzjonijiet kordinati bi struttura (il-bażi ta’ l-imsieħba) u attivitajiet li jkopru mill-inqas tliet pajjiżi Ewropej. Madankollu tiġi aċċettata l-kopertura ta’ żewġ pajjiżi Ewropej, sakemm il-mira ewlenija ta’ l-attivitajiet tkun li tappoġġja l-iżvilupp u l-implimentazzjoni tal-politika Komunitarja ambjentali, kif dettaljat fl-Artikolu1(2) u (3); (ċ) l-attivitajiet tagħha jridu jilħqu, b’mod partikolari, il-prinċipji li huma fil-bażi tas-Sitt Programm ta’ Azzjoni u jkunu f’linja maż-żoni identifikati fl-Artikolu 5; (d) trid tkun ilha li ġiet kostitwita legalment għal iktar minn sentejn u kellha l-prospetti tal-kontijiet tagħha għas-sentejn ta’ qabel iċċertifikati minn awdutur irreġistrat. Fil-każi ta’ ċirkostanzi eċċezzjonali, il-Kummissjoni tista’ tikkonċedi deroga minn dawn iż-żewġ ħtiġiet, sakemm li jsir dan ma jikkompromettix il-protezzjoni ta’ l-interessi Komunitarji tal-finanzjament. Artikolu 3 Il-programm għandu jkun miftuħ għall-parteċipazzjoni ta’ l-NGOs Ewropej stabbiliti fi: (a) jew l-Istati Membri; (b) il-Pajjiżi Assoċjati [6] skond il-kondizzjonijiet stabbiliti fil-Ftehim Ewropej rispettivi, fil-protokolli miżjuda magħhom u fid-deċiżjonijiet tal-Kunsilli ta’ Assoċjazzjoni rispettivi; (ċ) Ċipru, Malta jew it-Turkija skond il-kondizzjonijiet u l-proċeduri li jridu jiġu miftiehma ma’ dawn il-pajjiżi (d) jew il-pajjiżi Balkani li jiffurmaw parti mill-proċess ta’ Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni tal-pajjiżi ta’ l-Ewropa tax-Xlokk [7] skond il-kondizzjonijiet u l-proċeduri li jridu jiġu miftiehma ma’ dawn il-pajjiżi. Artikolu 4 1. Il-Kummissjoni għandha tippubblika Sejħa għal Proposti fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej sat-30 ta’ Settembru ta’ kull sena, għall-għotjiet fis-sena kalendarja li tkun tmiss. B’żieda ma’ dan, il-Kummissjoni għandha tuża mezzi xierqa oħra disponibbli biex tagħmel il-programm magħruf lil benefiċċjarji potenzjali, inkluża l-medja elettronika. 2. Is-Sejħa għall-Proposti għandha tinkludi pakkett ta’ tagħrif u tiddikjara l-kriterji ta’ l-eliġibbiltà, l-għażla u l-għotja (inklużi dettalji dwar is-sistema proposta tal-għoti tal-peżati) u l-proċedura ta’ l-applikazzjoni, l-istima u l-approvazzjoni. 3. Wara li tistma l-proposti, il-Kummissjoni għandha tiddċiedi liema organizzazjonijiet iridu jirċievu l-finanzjament fis-sena ta’ wara, sal-31 ta’ Diċembru ta’ kull sena, għajr għal dawmien fl-adozzjoni ta’ l-estimi finanzjarji tal-Komunità. Id-deċiżjoni għandha toħloq ftehim bejn il-Kummissjoni u l-benefiċċjarju, li jiffissa l-ammont massimu tal-għotja, il-metodi tal-ħlas, il-miżuri tal-kontroll u l-monitoraġġ u l-miri li jridu jinkisbu mill-għotja. Il-ħlasijiet għandhom isiru minnufih. Artikolu 5 1. Mogħtija l-importanza ta’ l-iżvilupp sostenibbli u s-saħħa u l-kwalità tal-ħajja taċ-ċittadini Ewropej, l-appoġġ minn dan il-programm għandu jiġi mmirat b’mod partikolari lejn iż-żoni tal-prijorità mis-Sitt Programm ta’ Azzjoni Ambjentali, irraggruppati taħt erba’ intestaturi kif ġej: (a) il-limitazzjoni tal-bidla fil-klima; (b) in-natura u l-bijo-diversità – il-protezzjoni ta’ riżors waħdieni; (ċ) is-saħħa u l-ambjent; (d) li tiġi żgurata l-ġestjoni sostenibbli tar-riżorsi naturali u l-iskart. Is-Sitt Programm ta’ Azzjoni Ambjentali jrid ikun bla ħsara għal rivista fir-raba’ sena tal-ħidma u jiġi rivedut u aġġornat, kif meħtieġ, sabiex iqis l-iżviluppi ġodda u t-tagħrif ġdid. B’żieda maż-żoni msemmija hawn fuq, l-edukazzjoni ambjentali u l-implimentazzjoni u l-infurzar tal-leġislazzjoni Komunitarja ambjentali għandhom ukoll ikunu prijoritajiet. 2. Il-proċess tal-għażla u tal-għotja għandu jitwettaq f’erba’ azzjonijiet wara xulxin, kif dettaljati f’A ta’ l-Anness. Artikolu 6 1. Għotja ma għandhiex taqbeż is-70 % tal-medja ta’ l-ispejjeż eliġibbli ta’ l-applikant, ivverifikati kull sena, matul is-sentejn ta’ qabel, fil-każ ta’ l-NGOs ibbażati fil-Komunità, jew ta’ 80 % ta’ l-ispejjeż eliġibbli ta’ l-applikant għas-sena korrenti. L-ammont għandu jiġi stabbilit kull sena skond sistema fissa tal-peżazzjoni, li tqis il-valuri tal-punti miġbura li jirriżultaw mill-istima riferita fl-Artikolu 5(2) u deskritta f’A ta’ l-Anness u l-prinċipji deskritti fil-qosor f’Ċ ta’ l-Anness. 2. Benefiċċjarju taħt dan il-Program għandu jkun ħieles li juża l-għotja sabiex tkopri l-ispejjeż tagħha kif jidhirlu xieraq, matul is-sena tal-għotja. Għandhom ikunu meqjusa eliġibbli l-ispejjeż kollha miġbura mill-benefiċċjarju matul is-sena tal-għotja, għajr għal dawk speċifikati fit-taqsima 2 ta’ D ta’ l-Anness. Il-benefiċċjarji jistgħu wkoll jiżburżaw fondi lill-imsieħba jew lill-organizzazzjonijiet tal-membri skond id-dettalji speċifikati fil-programm tax-xogħol approvat. 3. L-ammont tal-għotja għandu jsir finali biss ġaladarba l-prospett finanzjarju verifikat ikun ġie aċċettat mill-Kummissjoni, fejn jiġi żgurat illi l-fondi Komunitarji jkunu ġew użati skond id-disposizzjonijiet rilevanti tar-Regolament Finanzjarju tal-21 ta’ Diċembru 1977 li japplika għall-estimi finanzjarji ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej [8]. Il-ħlas finali għandu jiġi mnaqqas kif xieraq jekk it-total tal-għotjiet Komunitarji, minn dan il-programm jew minn programmi oħra, jaqbeż it-80 % ta’ l-ispejjeż eliġibbli verifikati tal-benefiċċjarju għal din is-sena. 4. Barra minhekk, jekk il-prospett finanzjarju verifikat tas-sena tal-għotja juri illi d-dħul totali tal-benefiċċjarju, għajr id-dħul immarkat b’mod regolari għall-ispejjeż mhux eliġibbli, jaqbeż l-ispejjeż eliġibbli, il-ħlas finali għandu jiġi mnaqqas jew, jekk meħtieġ, l-ammont iż-żejjed għandu jiġi rkuprat kif xieraq. Skond l-Artikolu 256 tat-Trattat, l-ordnijiet għall-irkupru għandhom ikunu jistgħu jiġu infurzati. 5. Sabiex tiġi żgurata l-effiċjenza tal-għotja lill-NGOs ambjentali, il-Kummissjoni għandha tieħu l-miżuri meħtieġa biex tivverifika illi organizzazzjoni magħżula tissokta tissodisfa l-ħtiġiet matul is-sena talli tkun ġiet konċessa l-għotja. B’mod partikolari, għandhom jitqiegħdu f’posthom skema sistematika sabiex timmonitorja t-twettiq tax-xogħol tal-benefiċċjarji matul is-sena tal-għotja, kif ukoll valutazzjoni ex-post tat-twettiq tax-xogħol. 6. Il-Kummissjoni għandha tipprovdi lill-applikanti mingħajr suċċess bir-raġunijiet għan-nuqqas ta’ l-NGO li tissodisfa l-ħtiġiet, filwaqt li tagħti spjeġa suffiċjenti sabiex tgħinhom jidentifikaw ir-riformi metieġa qabel ma jagħmlu applikazzjoni ġdida. Artikolu 7 1. Dan il-Programm għandu jibda fl-1 ta’ Jannar 2002 u jintemm fil-31 ta’ Diċembru 2006. 2. Il-qafas finanzjarju sabiex jiġi implimentat dan il-programm għall-perjodu taż-żmien mis-sena 2002 sas-sena 2006 huwa ta’ EUR 32 miljun. 3. L-approprjazzjonijiet annwali għandhom jiġu awtorizzati mill-awtorità ta’ l-estimi finanzjarji (il-bilanċ) fil-limiti tal-perspettiva finanzjarja. Artikolu 8 1. Sabiex jitħarsu l-interessi finanzjarji Komunitarji kontra l-frodi u irregolaritajiet oħra, il-Kummissjoni tista’ twettaq kontrolli u spezzjoniiet fuq il-post taħt dan il-Programm skond ir-Regolament tal-Kunsill (Euratom, KE) Nru 2185/96 [9]. Jekk xieraq, l-Uffiċċju Ewropew ta’ Kontra l-Frodi (OLAF) għandu jwettaq l-investigazzjonijiet, li għandhom ikunu regolati bir-Regolament (KE) Nru 1073/1999 tal-Parlament Ewropew u talkunsill [10]. 2. Il-benefiċċjarju ta’ għotja għandu jżomm disponibbli għall-Kummissjoni d-dokumenti kollha ta’ appoġġ, inkluż il-prospett finanzjarju verifikat, li jirrigwarda n-nefqa matul i-sena tal-għotja għall-perjodu taż-żmien li jiġi wara l-aħħar ħlas. Il-benefiċċjarju ta’ għotja għandu jkun responsabbli li jara illi, meta approprjat, id-dokumenti ta’ appoġġ li jkunu f’idejn l-imsieħba jew il-membri jkunu disponsibbli għall-Kummisjoni. Artikolu 9 1. In-nuqqas li jiġu sodisfatti r-riżultati mistennija, kif miġbura mix-xhieda ta’ rapporti obbligatorji, jista’ jwassal għan-nuqqas ta’ l-eliġibbiltà għall-fondi għas-sena ta’ wara taħt dan il-Programm. Nuqqas imtenni f’sentejn wara xulxin għandu jirriżulta fin-nuqqas ta’ l-eliġibbiltà għal-bqija tas-snin tal-programm. 2. Jekk NGO issir bla ħsara għal ordni Komunitarja ta’ rkupru minħabba irregolaritajiet intenzjonati, irregolaritajiet ikkawżati b’negliġenza jew bi frodi, għandha tkun eskluża awtomatikament mill-fondi għall-bqija tas-snin tal-Programm. 3. Jekk il-Kummssjoni tiskopri irregolaritajiet, ġestjoni ħażina jew frodi fejn għandha x’taqsam għotja, jew permezz tal-verifiki jew permezz ta’ kontrolli fuq il-post, il-benefiċċjarju għandu jkun bla ħsara għal waħda jew numru tal-miżuri amministrattivi u l-penali li ġejjin skond il-proporzjon tal-gravità tal-każ (u bid-dritt ta’ appell kontra d-deċiżjoni): (a) l-annullament ta’ l-għotja; (b) il-ħlas ta’ multa sa 50 % ta’ l-ammont ta’ l-ordni għall-irkupru; (ċ) li jitħalla barra mill-opportunità ta’ fondi oħra Komunitarji, għall-bqija tas-snin tal-Programm; (d) li jitħalla barra mill-opportunità ta’ fondi oħra Komunitarji, għall-bqija tas-snin tal-Programm; Artikolu 10 Għandha tiġi pubblika kull sena fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej lista tal-benefiċċjarji li jridu jiġu finanzjati minn dan il-Programm, flimkien ma’ l-ammont allokat. Artikolu 11 Il-Kummissjoni għandha tipprovdi rapport lill-Istati Membri u lill-Parlament Ewropew sat-30 ta’ April ta’ kull sena dwar il-proċess ta’ l-allokazzjoni tal-għotjiet għas-sena korrenti, u r-riżultati mill-għotjiet tas-sena ta’ qabel. Ir-rapport għandu jinkudi spjegazzjoni dwar kif il-Kummissjoni tkun għażlet il-benefiċċjarji għas-sena korrenti. Il-Kummissjoni għandha ssejjaħ laqgħa ta’ dawk li għandhom interessi sabiex jiddiskutu dan ir-rapport sat-30 ta’ Ġunju ta’ kull sena. L-aktar tard sal-31 ta’ Diċembru tas-sena 2004, il-Kummissjoni għandha tissottometti rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar il-kisba tal-miri ta’ dan il-Programm matul l-ewwel tliet snin u għandha, jekk xieraq, tagħmel proposti għal kull aġġustament li jrid isir bil-ħsieb tat-tkomplija jew le tal-Programm. Dan ir-Rapport għandu jkun imsejjes fuq ir-rapporti li jirrigwardaw il-qadi tax-xogħol tal-benefiċċjarji u jistma, b’mod partikolari, l-effiċjenza tagħhom li jikkontribwixxu għall-miri dikjarati fl-Artikolu 1 u fl-Anness. Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill, skond it-Trattat, għandhom jiddeċiedu dwar it-tkomplija tal-programm mill-1 ta’ Jannar 2007. Qabel ma tressaq il-proposti għan dan il-fini, il-Kummissjoni għandha tmexxi valutazzjoni esterna tar-riżultati miksuba bil-Programm. Artikolu 12 Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum wara l-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej. Magħmula fi Brussel, fl-1 ta’ Marzu 2002. Għall-Parlament Ewropew Il-President P. Cox Għall-Kunsill Il-President R. De Miguel [1] ĠU Ċ 270 E, tal- 25.9.2001, p. 125. [2] Opinjoni mogħtija fit-18 ta’ Ottubru 2001 (għadha mhix ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali) [3] Opinjoni tal-Parlament Ewropew tat-23 ta’ Ottubru 2001 (għadha mhix ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali), Posizzjoni Komuni tal-Kunsill tas-6 ta’ Diċembru 2001 (għadha mhix ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali) u d-Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tas-16 ta’ Jannar 2002 (għadha mhix ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali). [4] ĠU L 354, tat-30.12.1997, p. 25. [5] ĠU Ċ 172, tat- 18.6.1999, p. 1. [6] Il-Bulgarija, ir-Repubblika Ċeka, l-Estonja, l-Ungerija, l-Latvija, l-Lituwanja, il-Polonja, r-Repubblika Slovakka u s-Slovenja. [7] Dik li qabel kienet ir-Repupplika Jugoslava tal-Maċedonja, l-Albanija, r-Repubblika Federali tal-Jugoslavja, l-Bosnija-Erżegovina u l-Kroazja. [8] ĠU L 356, tal-31.12.1997, p. 1. Regolament kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 762/2001 (ĠU L 111, tal-20.4.2001, p. 1). [9] ĠU L 292, tal-15.11.1996, p. 2. [10] ĠU L 136, tal-31.12.1999, p. 1. -------------------------------------------------- ANNESS A. L-ERBA’ STADJI GĦALL-PROĊESS TAL-GĦAŻLA U L-GĦOTJA 1. L-eliminazzjoni ta’ l-applikazzjonijiet li ma jikkonformawx mal-ħtiġiet tekniċi/amministattivi għalbiex jissottomettu talba għall-fondi taħt dan il-Programm. B’mod partikolari, l-applikazzjonijiet m`humiex kompluti jew iddettaljati biżżejjed, jew l-applikazzjonijiet li ma jkunux ġew mimlija skond l-istuzzjonijiet mogħtija fuq il-formola ta’ l-applikazzjoni jew li jkunu ġew sottomessi wara li jintemm iż-żmien ippubbliċizzat, għandhom ikunu ineliġibbli taħt dan il-Programm. 2. L-eliminazzjoni ta’ l-applikazzjonijiet li ma jħarsux il-kriterji ta’ l-eliġibbiltà kif deskritti fil-qosor f’Artikoli 2 u 3. 3. Stima komparattiva tal-bqija ta’ l-applikazzjonijiet eliġibbli valutati kontra l-kriterji li ġejjin, li huma speċifikati aktar fit-tul fil-B: (a) safejn u sakemm l-applikazzjoni u, b’mod iktar speċifiku, il-programm propost tax-xogħol jissodisfa l-miri tal-Propgramm kif deskritti fl-Artikolu 1 u l-prijoritajiet tal-programm kif deskritti fl-Artikolu 5; (b) il-ġestjoni u l-kwalità tal-prodott; (ċ) safejn iwassal, l-effiċjenza. Iridu jiġu assenjati valuri komparattivi dwar il-punti miġbura lil kull applikant miżmum. 4. Li jiġi fissat is-sett ta’ l-applikazzjonijiet, li jrid jidħol għall-proċedura tal-għotja billi jinżammu biss dawk li jkunu rċevew il-valuri tal-ġabra tal-punti l-aktar għolja mill-għetiebi definiti mill-Kummissjoni. B. IL-KARATTERISTIĊI LI FUQHOM JIĠU STMATI L-APPLIKANTI Wara li jkunu għaddew b’suċċess iż-żewġ azzjonijiet wara xulxin tal-għażla meqjusa f’A, l-applikanti għandhom jiġu meqjusa skond il-kriterji li ġejjin: 1. Safejn u sakemm l-applikazzjoni tissodisfa l-miri tal-Programm. Il-karatteristiċi ta’ l-applikant, inkluż il-pogramm tax-xogħol propost minnu, li jrid jiġi valutat, għandhom jinkludu: (a) Ir-rilevanza tal-politika (fejn għandhom x’jaqsmu s-Sitt Programm ta’ Azzjoni Ambjentali, mod ġdid ta’ Gvern Ewropew, l-Iżvilupp Sostenibbli, il-Tkabbir, il-proċess ta’ l-Istabbilizzazzjoni u l-Assoċjazzjoni għall-pajjiżi tax-Xlokk ta’ l-Ewropa, l-iżvilupp tas-Sħubija, ta’ l-Integrazzjoni u tat-tqegħid fil-kurrent ewlieni tas-Sessi fiż-Żona Ewro-Mediterranja). (b) Ir-rilevanza u l-impatt potenzjali ta’ l-involviment fil-formazzjoni tal-politika ambjentali u l-implimetazzjoni tagħha. (ċ) Il-kapaċità tar-rappreżantanza rigward it-tlissin tat-tħassib tal-pubbliku minn reġjuni differenti ta’ l-Ewropa u rigward u s-sosteniment ta’ dawn l-ideat u proposti għas-soluzzjoni tal-problemi ambjentali. (d) Ir-rilevanza ta’ l-attivitajiet fil-ħolqien ta’ konoxxenza ambjentali u tat-titjib tat-tagħrif, kemm fil-politika ambjentali ġenerali u kemm fejn għandha x’taqsam il-Komunità. (e) Il-kapaċità għal: l-iżvilupp ta’ network bejn l-organizzazzjonijiet fl-Istati Membri u fil-pajjiżi kandidati; l-inkoraġġiment tal-koperzzjoni ma’ l-organizzazzjonijiet fis-settur pubbliku u dak privat; u l-attrazzjoni ta’ finanzjament, f’parti, minn sorsi barranija. Għal kull waħda mill-karatteristiċi msemmija hawn fuq, għandha tingħata konsiderazzjoni lis-saħħa ta’ l-applikant rigward it-twettiq tar-rwoli ta’ l-NGOs assoċjati indikati fl-eżempji mogħtija f’D. 2. Il-ġestjoni u l-kwalità tal-prodott Il-karatteristiċi li jridu jiġu stmati għandhom jinkludu: (a) L-istruttura organizzattiva, l-adegwatezza fil-għażla tal-personal u l-ġestjoni tar-riżorsi umani. (b) Il-proċess tal-formazzjoni tad-deċiżjonijiet, ir-relazzjoni mal-membri, inklużi l-arranġamenti sabiex jiġi żgurat l-involviment tal-membri fl-iżvilupp tal-politika u d-dikjarazzjonijiet dwar il-politika. (ċ) L-avviċinament strateġiku, l-orjentament lejn dak li jrid jitwettaq u l-prattiċi tal-pjanifikazzjoni. (d) L-amministrazzjoni, il-kontroll ta’ l-estimi finanzjarji u l-ġestjoni finanzjarja. (e) Il-prattiċi tar-rappurtaġġ (interni u esterni). (f) L-istima tiegħu nnifisu u l-kontroll għall-kwalità, il-għoti lura tat-tagħrif dwar l-esperjenza (it-tagħlim). (ġ) Il-kompetenza teknika/xjentifika. 3. It-twassil ’il barra, l-effikaċja, l-effiċjenza Il-karatteristiċi li jridu jiġu stmati għandhom jinkludu: (a) Il-viżibbiltà ġenerali ta’ l-organizzazzjoni u l-attivitajiet tagħha. (b) Ir-relazzjonijiet esterni u l-effikaċja (ma’ atturi oħra fil-qasam ta’ l-ambjent, bħalma huma l-awtoritajiet lokali u reġjonali, n-negozju u l-industrija, l-gruppi tal-konsumaturi, l-għaqdiet tal-ħaddiema, NGOs oħra u l-pubbliku ġenerali.) Ċ. KIF JIĠU STABBILITI L-GĦOTJIET Il-għotja tiġi kalkulata fuq l-ispejjeż totali eliġibbli mbassra mill-applikant għas-sena tal-għotja, billi jitqiesu b’mod espliċitu l-ispejjeż medji verifikai tiegħu fuq is-sentejn ta’ qabel, skond il-prinċipji li ġejjin: 1. Meta l-parametri l-oħra kollha jkunu ugwali, l-ammont tal-għotja għall-NGOs b’volumi akbar ta’ attivitajiet rilevanti (kif imkejla bil-valur medju ta’ l-ispejjeż annwali tagħhom ivverifikati fuq is-sentejn ta’ qabel u l-ispejjeż totali eliġibbli mbassra għas-sena tal-għotja) ikunu normalment ogħla mill-ammonti tal-għotjiet lill-NGOs b’volumi iżgħar ta’ attivitajiet rilevanti. Madankollu, id-distribuzzjoni trid issir fuq bażi non-lineari u b’hekk il-benefiċċjarji b’volumi iżgħar ta’ attivitajiet rilevanti jridu jirċievu rata ta’ appoġġ relattivament ogħla. 2. Meta l-parametri l-oħra kollha jkunu ugwali, il-punti miġbura ta’ l-istima komparattiva-ment ogħla jridu jirċievu ammonti akbar mill-applikanti li jġibu inqas punti miġbura. 3. Meta NGO tkun talbet ammont speċifiku, l-għotja konċessa ma għandha taqbeż dan l-ammont taħt l-ebda ċirkostanza. D. L-ISPEJJEŻ ELIĠIBBLI 1. Għandhom jiġu meqjusa l-ispejjeż kollha magħmula mill-benefiċċjarju matul is-sena ta’ l-għotja, għajr għal dawk speċifikati fit-taqsima 2. L-ispejjeż eliġibbli jistgħu jinkludu x’uħud mill-eżempji illustrattivi ta’ l-attivitajiet li ġejjin: (a) il-kordinament u l-proċess lejn it-tagħrif u l-fehmiet tal-Kummissjoni, imsejsa fuq it-tħassib u l-opinjonijiet tal-pubbliku ġenerali, dwar perspettivi ġodda u dawk li jkunu qegħdin jitwieldu, li ma jistgħux ikunu, jew li ma jkunux qegħdin jiġu trattati għal kollox fil-livell ta’ l-Istat Membru jew dak xieraq; (b) ix-xogħol tat-tħejjija u tar-riċerka meħtieġa għall-parteċipazzjoni fi gruppi ta’ esperti, fix-xogħol ta’ tħejjija u ta’ implimentazzjoni tal-kumitati ta’ l-istituzzjonijiet Komunitarji, li jipprovdu inputs importanti għall-politiċi, il-programmi u l-inizjattivi Komunitarji u l-bilanċ meħtieġ fejn għandhom x’jaqsmu l-interessi ta’ l-atturi l-oħra fl-ambjent, inklużi l-industrija/n-negozji, l-għaqdiet tal-ħaddiema u l-gruppi tal-konsumaturi. (ċ) l-istimulazzjoni fil-bdil tal-fehmiet, il-problemi u s-soluzzjonijiet possibbli, li jkollhom x’jaqsmu mal-problemi ambjentali b’dimensjoni Komunitarja, li jinvolvu lil dawk li għandhom interessi fil-livelli nazzjonali, reġjonali u lokali. Dan jista’ jinkludi wkoll it-trasferiment tal-għerf u li tiġi żgurata s-sinerġija permezz tan-networking; (d) it-tkabbir tal-konoxxenza u t-titjib tal-għerf li jirrigwardaw kemm l-aspetti ġenerali ta’ l-ambjent u kemm il-politika ambjetali Komunitarja; (e) il-kapaċità li jiġu mibnija, b’mod partikolari sabiex jinfurzaw l-involviment ta’ l-NGOs iż-żgħar, NGOs ġodda u networks ġodda ta’ l-NGOs fil-pajjiżi kandidati u fl-Istati Balkani fil-livell Ewropew. 2. Iridu jitqiesu eliġibbli l-ħlasijiet magħmulha mill-benefiċċjarji u mill-kuntratti mogħtija lil partijiet terzi, li jikkomprendu elementi mill-kategoriji ta’ hawn taħt: (a) id-divertiment, l-ospitalità, l-ispejjeż mhux meħtieġa jew ikkunsidrati b’mod ħażin; (b) l-ispejjeż li jidhru biċ-ċar li jaqgħu ’il barra mill-programm tax-xogħol miftiehem tal-benefiċċarju għas-sena tal-għotja; (ċ) ir-rimborżi mill-ġdid tad-djun, ta’ l-imgħax dovut, ta’ l-iżbilanċ imgħoddi għas-sena ta’ wara; (d) l-ispejjeż li għandhom x’jaqsmu mal-kapital użat, l-investimenti jew ir-riservi mwarrba għalbiex isaħħu l-beni tal-benefiċċjarju; (e) il-kontribuzzjonijiet in natura; (f) l-ispejjeż privati; (ġ) attivitajiet kriminali/illegali. --------------------------------------------------