Official Journal L 155 , 14/06/2002 P. 0060 - 0061
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-13 ta’ Ġunju 2002 li temenda d-Deċiżjoni 92/452/KEE li tistabbilixxi lista ta’ timijiet li jiġbru embrijoni approvati, f’pajjiżi terzi, għal esportazzjon ta’ embrijoni ta’ annimali ta’ l-ifrat lejn il-Komunità, rigward l-Ungerija (notifikata bid-dokument numru C(2002) 2117) (Test b’relevanza għaż-ŻEE) (2002/456/KE) IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ, Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 89/556/KEE tal-25 ta’ Settembru 1989 dwar kondizzjonijiet tas-saħħa ta’ l-annimali li jirregolaw il-kummerċ ta’ ġol-Komunità u l-importazzjoni minn pajjiżi terzi ta’ embrijoni ta’ annimali domestiċi ta’ l-ispeċi bovina [1], kif l-aħħar emendata bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 94/113/KE [2], u b’mod partikolari l-Artikolu 8 tagħha, Billi: (1) Is-servizzi veterinarji kompetenti ta’ l-Ungerija ressqu talba għal żieda mal-lista stabbilita bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 92/452/KEE [3], kif l-aħħar emendata bid-Deċiżjoni 2002/252/KE [4], ta’ tim uffiċjalment approvat fit-territorju tagħhom għall-esportazzjoni ta’ embrijoni ta’ annimali domestiċi ta’ l-ispeċi bovina lejn il-Komunità. (2) Garanziji rigward konformita' mal-ħtiġijiet speċifikati fl-Artikolu 8 tad-Direttiva 89/556/KE ingħataw lill-Kummissjoni mis-servizzi veterinarji kompetenti ta’ l-Ungerija. It-tim ta’ ġbir konċernat ġie uffiċjalment approvat fl-Ungerija għall-esportazzjoni lejn il-Komunità. (3) Id-Deċiżjoni 92/452/KEE għandha għalhekk tiġi modifikata skond dan. (4) Il-miżuri previsti minn din id-Deċiżjoni huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina ta’ l-Ikel u s-Saħħa ta’ l-Annimali, ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI: Artikolu 1 Fl-Anness tad-Deċiżjoni 92/452/KEE, linja ġdida tiżdied għall-Ungerija: "HU | HUNGRÍAUNGARNUNGARNOYITAPIAHUNGARYHONGRIEUNGHERIAHONGARIJEHUNGRIAUNKARIUNGERN | HU-001E | | EMBRIÓ KFT Bagoly Dűlő 1/3 H-7635 Pécs | Dr Kispál Zoltán Dr Majoros Tibor" | Artikolu 2 Din id-Deċiżjoni għandha tapplika mill-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej. Artikolu 3 Din id-Deċiżjoni hi ndirizzata lill-Istati Membri. Magħmula fi Brussel, fit-13 ta’ Ġunju 2002. Għall-Kummissjoni David Byrne Membru tal-Kummissjoni [1] ĠU L 302,tad- 19.10.1989, p. 1. [2] ĠU L 53, ta’ l-24.2.1994, p. 23. [3] ĠU L 250, tad-29.8.1992, p. 40. [4] ĠU L 86, tat-3.4.2002, p. 42. --------------------------------------------------