32002D0354



Official Journal L 123 , 09/05/2002 P. 0050 - 0052


Id-Deċiżjoni tal-Kunsill

tal-25 ta' April 2002

dwar l-adattament ta' Parti III ta' u l-ħolqien ta' l-Anness 16 ma', l-Istruzzjonijiet Konsulari Komuni

(2002/354/KE)

IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 789/2001 ta' l-24 ta' April 2001 li jirriserva lill-Kunsill poteri ta' implimentazzjoni rigward ċerti disposizzjonijiet dettaljati u proċeduri prattiċi biex jiġu eżaminati applikazzjonijiet tal-viża [1],

Wara li kkunsidra l-inizjattiva tar-Renju tal-Belġju,

Billi:

(1) Armonizzazzjoni ta' politika tal-viża tinvolvi partikolarment li l-Acquis ta' Schengen għandu jippreskrivi r-regoli li għandhom x'jaqsmu mal-proċeduri u l-kondizzjonijiet għall-ħruġ ta' viżi. Jidher loġiku li l-formola ta' l-applikazzjoni tal-viża, li tiftaħ il-proċedura għall-maniġjar ta' applikazzjonijiet ta' viża u anke sservi bħala l-medju biex jiġu verifikati kondizzjonijiet għal maniġġ bħal dan, għandu jieħu l-forma ta' dokument uniformi użat mis-servizzi konsulari kollha ta' l-Istati Membri.

(2) Bi qbil ma' l-Artikoli 1 u 2 tal-Protokoll dwar il-pożizzjoni tad-Danimarka annessat mat-Trattat ta' l-Unjoni Ewropea u t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, id-Danimarka mhijiex tipparteċipa fl-adozzjoni ta' din id-Deċiżjoni, u għalhekk mhijiex marbuta biha jew suġġetta għall-applikazzjoni tagħha. Meta jitqies li din id-Deċiżjoni timmira biex jibqa' jinbena il-Acquis ta' Schengen skond id-disposizzjonjiet tat-Titolu IV tat-Tielet Parti tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, id-Danimarka, bi qbil ma' l-Artikolu 5 tal-Protokoll msemmi, se tiddeċiedi f'perjodu ta' sitt xhur wara li l-Kunsill adotta din id-Deċiżjoni jekk hux se tbiddilha fil-liġi nazzjonali tagħha.

(3) Rigward ir-Repubblika ta' l-Irlanda u r-Renju tan-Norveġja, din id-Deċiżjoni tikkostitwixxi żvilupp tad-disposizzjonijiet tal-Acquis ta' Schengen li jidħlu taħt l-erja riferita fl-Artikolu 1, punt B, tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/437/KE tas-17 ta' Mejju 1999 dwar ċerti arranġamenti biex jiġi applikat il-Ftehim konkluż mill-Kunsill ta' l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika ta' l-Islanda u r-Renju tan-Norveġja li għandu x'jaqsam ma' l-assoċjazzjoni ta' dawk iż-żewġ Stati bl-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp tal-Acquis ta' Schengen [2].

(4) Bi qbil ma' l-Artikoli 1 u 2 tal-Protokoll dwar il-pożizzjoni tar-Renju Unit u ta' l-Irlanda anness mat-Trattat ta' l-Unjoni Ewropea u t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, l-Irlanda u r-Renju Unit mhumiex qed jipparteċipaw fl-adozzjoni ta' din id-Deċiżjoni, u għalhekk mhumiex marbuta biha jew suġġetta għall-applikazzjoni tagħha,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Is-sentenza li ġejja għandha tiżdied wara l-ewwel sentenza tat-Taqsima 1 ta' Parti III ta' l-Istruzzjonijiet Konsulari Komuni (CCI):

"Applikazzjonijiet għal viża uniformi jridu jsiru permezz tal-formola armonizzata li kampjun tagħha hija mogħtija fl-Anness 16."

Artikolu 2

Il-kampjun tal-formola ta' applikazzjoni għall-viża uniformi armonizzata anness ma' din id-Deċiżjoni għandu jsir l-Anness 16 mal-CCI.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tapplika mill-1 ta' Jannar 2003.

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri bi qbil mat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea.

Magħmula fil-Lussemburgu, fil-25 ta' April 2002.

Għall-Kunsill

Il-President

M. Rajoy Brey

[1] ĠU L 116, tas-26.4.2001, p. 2.

[2] ĠU L 176, ta' l-10.7.1999, p. 31.

--------------------------------------------------

ANNESS

"

ANNESS 16

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

"

--------------------------------------------------