32002D0353



Official Journal L 123 , 09/05/2002 P. 0049 - 0049


Id-Deċiżjoni tal-Kunsill

tal-25 ta' April 2002

dwar id-deklassifikazzjoni ta' Parti II tal-Manwal Komuni adottat mill-Kumitat Eżekuttiv stabbilit mill-Konvenzjoni li timplimenta l-Ftehim ta' Schengen ta' l-14 ta' Ġunju 1985

(2002/353/KE)

IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t- Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 207 tiegħu,

Billi:

(1) Bid-Deċiżjoni tiegħu ta' l-14 ta' Diċembru 1993 (SCH/Com-ex (93) 22 rev) u tat-23 ta' Ġunju 1998 (SCH/Com-ex (98) 17), il-Kumitat Eżekuttiv stabbilit mill-Konvenzjoni li timplimenta l-Ftehim ta' Schengen ta' l-14 ta' Ġunju 1985, li ġie mibdul mill-Kunsill skond l-Artikolu 2 tal-Protokoll ta' Schengen, ikklassifika bħala "Kunfidenzjali" id-disposizzjonijiet tal-Manwal Komuni, li versjoni ġdida tiegħu ġie adottat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Eżekuttiv fit-28 ta' April 1999 (SCH/Com-ex (99) 13) [1].

(2) Il-Manwal Komuni u d-deċiżjonijiet tal-Kumitat Eżekuttiv dwar il-klassifika tiegħu jiffurmaw parti mix-Schengen acquis kif definit mill-Kunsill fid-Deċiżjoni tiegħu 1999/435/KE [2].

(3) Parti I u diversi Annessi tal-Manwal Komuni ġew deklassifikati skond id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2000/751/KE [3].

(4) Parti I tal-Manwal Komuni għandu jiġi deklassifikat ukoll.

(5) Huwa xieraq li jitħassru d-deċiżjonijiet tal-Kumitat Eżekuttiv (SCH/Com-ex (93) 22 rev) u (SCH/Com-ex (98) 17) safejn u sakemm għandhom x'jaqsmu ma' l-Istruzzjonijiet Konsulari Komuni u l-Manwal Komuni, sabiex aktar deċiżjonijiet dwar il-klassifika tagħhom jistgħu jitqiesu bi qbil mar-regoli dwar il-klassifika ta' dokumenti dikjarati fid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2001/264/KE tad-19 ta' Marzu 2001 li tadotta r-regolamenti ta' sigurtà tal-Kunsill [4].

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

1. Il-Parti II tal-Manwal Komuni għandu jiġi deklassifikat.

2. L-Annessi 14b, 6b u 6ċ tal-Manwal Komuni, li għandhom x'jaqsmu ma' l-Annessi 5, 9 u 10 ta' l-Istruzzjonijiet Konsulari Komuni, għandhom jibqgħu klassifikati bħala kunfidenzjali.

Artikolu 2

Il-Parti II tal-Manwal għandha tiġi ppubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Artikolu 3

1. Id-deċiżjonijiet tal-Kumitat Eżekuttiv ta' Schengen ta' l-14 ta' Diċembru 1993 (SCH/Com-ex (93) 22 rev) u tat-23 ta' Ġunju 1998 (SCH/Com-ex (98) 17) għandhom jitħassru safejn u sakemm għandhom x'jaqsmu ma' l-Istruzzjonijiet Konsulari Komuni u l-Manwal Komuni.

2. Aktar deċiżjonijiet dwar il-klassifika ta' l-Istruzzjonijiet Konsulari Komuni u l-Manwal Komuni għandhom jittieħdu bi qbil mad-disposizzjonijiet tad-Deċiżjonjiet 2001/264/KE.

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum ta' wara l-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Magħmula fil-Lussemburgu, fil-25 ta' April 2002.

Għall-Kunsill

Il-President

M. Rajoy Brey

[1] Il-Manwal Komuni kif emendat l-aħħar bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2002/352/KE (paġna 47 ta' dan il-Ġurnal Uffiċjali).

[2] ĠU L 176, ta' l-10.7.1999, p. 1.

[3] ĠU L 303, tat-2.12.2000, p. 29.

[4] ĠU L 101, tal-11.4.2001, p. 1.

--------------------------------------------------