32002D0280



Official Journal L 099 , 16/04/2002 P. 0022 - 0022


Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni

tal-15 ta’ April 2002

li timmodifika d-Deċiżjoni 98/320/KE rigward l-organizzazjoni ta’ esperiment temporanju ta’ teħid ta’ kampjuni u provi ta’ żrieragħ skond id-Direttivi 66/400/KEE, 66/401/KEE, 66/402/KEE u et 69/208/KEE tal-Kunsill

(innotifikata taħt in-numru C(2002) 1404)

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

(2002/280/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabilixxi l-Komunità Ewropea,

wara li kkunsidrat id-direttiva 66/400/KEE tal-Kunsill ta’ l-14 ta’ Ġunju 1966 rigward il-kummerċjalizzazjoni ta’ żrieragħ tal-pitravi [1], mibdula fl-aħħar mid-Direttiva 98/96/KE [2], u b’mod partikolari l-artikolu 13 bis tagħha,

wara li ġiet studjata d-direttiva 66/401/KEE tal-Kunsill ta’ l-14 ta’ Ġunju 1966 rigward il-kummerċjalizzazjoni ta’ żrieragħ tal-furrajna [3], mibdula fl-aħħar mid-direttiva 2001/64/KE [4], u b’mod partikolari l-artikolu 13 a tagħha,

wara li kkunsidrat id-direttiva 66/402/KEE tal-Kunsill ta’ l-14 ta’ Ġunju 1966 rigward il-kummerċjalizzazjoni ta’ żrieragħ ta’ ċereali [5] mibdula fl-aħħar mid-Direttiva 2001/64/KE, u b’mod partikolari l-artikolu 13 a tagħha,

wara li kkunsidrat id-Direttiva 69/208/KEE tal-Kunsill tat-30 ta’ Ġunju 1969 rigward il-kummerċjalizzazzjoni ta’ żrieragħ ta’ pjanti ta’ żejt u fibri [6] mibdula fl-aħħar mid-Direttiva 98/96/KE, u b’mod partikolari l-artikolu 12 a tagħha,

Billi:

(1) Fil-qafas tad-Deċiżjoni 98/320/KE tal-Kummissjoni [7], kienet ġiet prevista l-organizzazzjoni ta’ speriment temporanju fuq livell komunitarju sabiex jiġi ppruvat li t-teħid ta’ kampjuni u l-provi taż-żrieragħ taħt kontroll uffiċjali jistgħu jieħdu post il-proċeduri ta’ ċertifikazzjoni uffiċjali ta’ żrieragħ mitluba mid-Direttivi 66/400/KEE, 66/401/KEE, 66/402/KEE u 69/208/KEE, mingħajr ma titbaxxa b’mod konsiderevoli l-kwalità taż-żrieragħ.

(2) Il-Kummissjoni tkompli tiġbor informazzjoni sabiex taġġorna u tlesti l-informazzjoni diġà mogħtija mill-Istati Membri li qed jipparteċipaw fl-esperiment rigward ir-riżultati ta’ din il-parteċipazzjoni. Hi tkompli tiġbor ukoll informazzjoni li tikkonċerna l-kampjuni mogħtija mill-Istati Membri u fuqhom ikunu saru testijiet komunitarji ta’ komparazzjoni.

(3) Il-prattiċi internazzjonali li jintużaw, inklużi dawk adottati mill-Organizazzjoni ta’ Kooperazzjoni u Żvilupp Ekonomiku (OKŻE) u mill-Assoċjazzjoni Internazzjonali ta’ Sperimentazzjoni taż-Żrieragħ (AISŻ) għandhom jawtorizzaw l-esperimenti temporanji ta’ teħid ta’ kampjuni u ta’ provi taż-żrieragħ.

(4) Bħala konsegwenza, l-isperiment temporanju għandu jitawwal u d-Deċiżjoni 98/320/KE għandha tiġi mmodifikata.

(5) Il-miżuri previsti f’din id-Deċiżjoni huma konformi ma’ l-opinjoni tal-Kumitat permanenti ta’ Żrieragħ u Pjanti Agrikoli, Ortikultura u Forestrija,

WAQQAF DIN ID-DEĊIŻJONI:

L-Artikolu 1

Fl-artikolu 4 tad-Deċiżjoni 98/320/KE, id-data tat-"30 ta’ Ġunju 2002" hi mibdula mad-data tal-"31 ta’ Lulju 2004".

L-Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni hi indirizzata lill-Istati Membri kollha.

Magħmula fi Brussel, nhar il-15 ta’ April 2002

Ġħall-Kummissjoni

David Byrne

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU C 125 tal-11.7.1966, p. 2290/66.

[2] ĠU L 25 ta’ l-1.2.1999, p. 27.

[3] ĠU C 125 tal-11.7.1966, p. 2298/66.

[4] ĠU L 234 ta’ l-1.9.2001, p. 60.

[5] ĠU C 125 tal-11.7.1966, p. 2309/66.

[6] ĠU L 169 ta’ l-10.7.1969, p. 3.

[7] ĠU L 140 tat-12.5.1998, p. 14.

--------------------------------------------------