32002D0261



Official Journal L 091 , 06/04/2002 P. 0031 - 0051


Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni

tal-25 ta’ Marzu 2002

li temenda d-Deċiżjoni 93/198/KEE li tistabbilixxi mudell għall-kondizzjonijiet sanitarji ta’ l-annimali u għaċ-ċertifikazzjoni veterinarja għall-importazzjoni ta’ annimali domestiċi ovini u kaprini minn pajjiżi terzi u li temenda l-Anness E tad-Direttiva tal-Kunsill 91/68/KEE li tistabbilixxi l-kondizzjonijiet sanitarji ta’ l-annimali li jirregolaw il-kummerċ intra-Komunitarju f’annimali ovini u kaprini.

(notifikat taħt id-dokument numru Ċ(2002) 1178)

(Test b’ rilevanza għaż-ŻEE)

(2002/261/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 72/462/KEE [1] tat-12 ta’ Diċembru 1972 dwar problemi sanitarji u veterinarji fl-ispezzjonijiet fil-waqt ta’ l-importazzjoni ta’ annimali bovini, ovini u kaprini, u majjali, laħam frisk u prodotti tal-laħam minn pajjiżi terzi, kif l-aħħar emendata mir-Regolament (KE)1452/2001 [2] u partikolarment bl-Artikoli 8 u 11 tiegħu.

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 91/68/KEE, li tistabbilixxi l-kondizzjonijiet sanitarji għall-annimali li jirregolaw il-kummerċ intra-Komunitarju f’annimali ovini u kaprini [3], kif l-aħħar emendata mid-Direttiva tal-Kunsill 2001/10/KE [4] u partikolarment l-Artikolu 14 tagħha,

Billi:

(1) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 93/198/KEE [5], kif l-aħħar emendata mid-Deċiżjoni 97/231/KE [6], tistabbilixxi l-kondizzjonijiet sanitarji ta’ l-annimali u ċ-ċertifikazzjoni veterinarja għal importazzjonijiet ta’ annimali domestiċi ovini u kaprini.

(2) Ir-Regolament (KE) Nru 999/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Mejju li jistabilixxi regoli għall-prevenzjoni, il-kontroll u l-eradikazzjoni ta’ ċerti enċepalopatiji sponġiformi trasmessibbli [7], kif l-aħħar emendat mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1326/2001 [8], jirrikjedi li l-annimali ovini u kaprini għat-trobbija li għandhom jiġu importati minn pajjiż terz għandhom jissodisfaw kondizzjonijiet simili għal dawk rikjesti fil-Komunità.

(3) Għalhekk, il-kondizzjonijiet stabbiliti fiċ-ċertifikati sanitarji għall-kummerċ intra-Komunitarju u l-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi ta’ ngħaġ u mogħoż għat-trobbija għandhom jiġu emendati biex jirriflettu dawn ir-rekwiżiti Komunitarji ġodda.

(4) Huwa opportun li ċ-ċertifikati għall-importazzjoni tal-kategoriji kollha ta’ ngħaġ u mogħoż jiġu aġġornati u armonizzati mar-rekwiżiti stabbiliti għal speċi oħrajn.

(5) L-Annessi tad-Direttiva tal-Kunsill 91/68/KEE u d-Deċiżjoni 93/198/KEE għandhom jiġu emendati in konsegwenza.

(6) Il-miżuri previsti f’din id-Deċiżjoni jaqblu ma’ l-opinjoni tal-Kumitat Veterinarju Permanenti,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Anness I, il-Partijiet 1(a) u 1(b), u l-Anness II, il-Partijiet 1(a) u 1(b), tad-Deċiżjoni 93/198/KEE huma ssostitwiti bil-partijiet korrispondenti fl-Anness I ta’ din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Il-Mudell III fl-Anness E tad-Direttiva 91/68/KEE huwa ssostitwit bl-Anness II ta’ din id-Deċiżjoni.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ wara 30 jum mill-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha bħala d-destinarji tagħha l-Istati Membri.

Magħmula fi Brussel, fil-25 ta’ Marzu 2002.

Għall-Kummissjoni

David Byrne

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 302, tal-31.12.1972, p. 28.

[2] ĠU L 198, tal-21.7.2001, p. 11.

[3] ĠU L 46, tad-19.2.1991, p. 19.

[4] ĠU L 147, tal-31.5.2001, p. 41.

[5] ĠU L 86, tas-6.4.1993, p. 34.

[6] ĠU L 93, tat-8.4.1997, p. 22.

[7] ĠU L 147, tal-31.5.2001, p. 1.

[8] ĠU L 177, tad-29.6.2001, p. 60.

--------------------------------------------------

ANNESS I

"

L-Anness I

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

ANNESS II

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

"

--------------------------------------------------

ANNESS II

"

L-Anness

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

"

--------------------------------------------------