32002D0112



Official Journal L 041 , 13/02/2002 P. 0044 - 0044


Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni

tal-11 ta’ Frar 2002

li temenda d-Direttiva 92/34/KEE biex testendi d-deroga dwar il-kondizzjonijiet ta’ l-importazzjoni ta’ materjal tat-tnissil tal-pjanti tal-frott u pjanti tal-frott maħsuba għall-produzzjoni tal-frott minn pajjiżi terzi

(innotifikata taħt in-numru tad-dokument Ċ(2002) 428)

(Test b’ relevanza għaż-ŻEE)

(2002/112/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 92/34/KEE tat-28 ta’ April 1992 dwar il-marketing ta’ materjal tat-tnissil tal-pjanti tal-frott u pjanti tal-frott, maħsuba għall-produzzjoni tal-frott [1], kif l-aħħar emendata mid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 1999/30/KE [2], u b’ mod partikolari l-Artikolu 16(2), it-tieni subparagrafu, tagħha,

Billi:

(1) Il-Kummissjoni hija obbligata skond l-Artikolu 16(1) tad-Direttiva 92/34/KEE tiddeċidi jekk materjal għat-tnissil tal-pjanti tal-frott u pjanti tal-frott prodotti f’ pajjiż terz u li joffru l-istess garanziji dwar l-obbligu tal-fornitur, l-identità, il-karatteristiċi, is-saħħa tal-pjanti, il-mezz tat-tkabbir, l-imballaġġ, l-arranġamenti għall-ispezzjoni, l-immarkar u l-issiġillar, huma ekwivalenti fl-aspetti kollha għall-materjal tat-tnissil tal-pjanti tal-frott u pjanti tal-frott pro-dotti fil-Komunità u jikkonformaw mal-ħtiġijiet u l-kondizzjonijiet ta’ dik id-Direttiva.

(2) Madankollu, l-informazzjoni disponibbli illum fuq il-kondizzjonijiet li japplikaw f’pajjiżi terzi għadha mhijiex suffiċjenti biex tħalli lill-Kummissjoni tadotta l-ebda deċiżjoni dwar xi pajjiż terz f’ dan l-istadju.

(3) Sabiex ma tħallix drawwiet kummerċjali jiġu dirottati, l-Istati Membri li jimportaw materjal għat-tnissil tal-pjanti tal-frott u pjanti tal-frott minn pajjiżi terzi għandhom jitħallew ikomplu japplikaw kondizzjonijiet ekwivalenti għal dawk applikabbli għal prodotti simili tal-Komunità skond l-Artikolu 16(2) tad-Direttiva 92/34/KEE.

(4) Il-perjodu ta’ kemm iddum tapplika d-deroga maħsuba fl-Artikolu 16(2), l-ewwel sub-paragrafu, tad-Direttiva 92/34/KEE, li kienet estiża sal-31 ta’ Diċembru 2001 bid-Deċiż-joni 1999/30/KE, għandha b’ hekk tiġi estiċża.

(5) Il-miżuri maħsuba f’din id-Deċiżjoni huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar Materjal tat-Tnissil tal-Pjanti tal-Frott u ta’ Tipi u Speċji tal-Pjanti tal-Frott

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

L-Artikolu 1

Fl-ewwel subparagrafu ta’ l-Artikolu 16(2) tad-Direttiva 92/34/KEE, id-data "il-31 ta’ Diċembru 2001" hija sostitwita minn "il-31 ta’ Diċembru 2004".

L-Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussel, fil-11 ta’ Frar 2002.

Għall-Kummissjoni

David Byrne

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 157, ta’ l-10.6.1992, p. 10.

[2] ĠU L 8, ta’ l-14.1.1999, p. 30.

--------------------------------------------------