32002D0107



Official Journal L 040 , 12/02/2002 P. 0009 - 0010


Id-Deċiżjoni tal-Kunsill

tat-28 ta’ Jannar 2002

dwar il-konklużjoni ta’ Ftehim Interim dwar Kummerċ u materji relatati mal-Kummerċ bejn il-Komunità Ewropea, min-naħa l-waħda, u r-Repubblika tal-Kroazja, min-naħa l-oħra

(2002/107/KE)

IL-KUNSILL TA L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 133, flimkien ma’ l-Artikolu 300(2), l-ewwel subparagrafu, l-ewwel sentenza, u l-Artikolu 300(3), it-tieni subparagrafu, tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni [1],

Wara li kkunsidra l-kunsens tal-Parlament Ewropew [2],

Billi:

(1) Sakemm jidħol fis-seħħ il-Ftehim dwar Stabilizzazzjoni u Assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, min-naħa l-waħda, u r-Repubblika tal-Kroazja, min-naħa l-oħra, iffirmat fil-Lussemburgu fid-29 ta’ Ottubru 2001, huwa meħtieġ li jkun approvat il-Ftehim Interim dwar kummerċ u materji relatati mal-kummerċ bejn il-Komunità Ewropea, min-naħa l-waħda, u r-Repubblika tal-Kroazja, min-naħa l-oħra, inizjalat fi Brussel fl-10 ta’ Lulju 2001.

(2) In-nuqqas ta’ Ftehim dwar Trasport separat u pre-eżistenti bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika tal-Kroazja jirrikjedi l-inklużjoni ta’ disposizzjonijiet dwar trasport relevanti u relatati mal-kummerċ taħt il-Protokoll 6 tal-Ftehim ta’ Stabilizzazzjoni u Assoċjazzjoni.

(3) Fin-nuqqas ta’ strutturi kuntrattwali pre-eżistenti dan il-Ftehim jistabbilixxi Kumitat Interim għall-implimentazzjoni ta’ dan il-Ftehim.

(4) Id-disposizzjonijiet kummerċjali li qegħdin f’dan il-Ftehim huma ta’ natura eċezzjonali, relatati mal-politika implimentata fil-qafas tal-Proċess ta’ Stabilizzazzjoni u Assoċjazzjoni u m’għandhomx jikkostitwixxu, għall-Unjoni Ewropea, xi preċedent fil-politika kummerċjali tal-Komunità Ewropea fir-rigward ta’ pajjiżi terzi barra l-pajjiżi koperti mill-Proċess ta’ Stabilizzazzjoni u Assoċjazzjoni.

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu 1

1. Il-Ftehim Interim dwar Kummerċ u materji relatati mal-Kummerċ bejn il-Komunità Ewropea, min-naħa l-waħda, u r-Repubblika tal-Kroazja, min-naħa l-oħra, l-Annessi u l-Protokoll annessi miegħu u d-Dikjarazzjonijiet mehmuża ma’ l-Att Finali huma b’dan approvati f’isem il-Komunità.

2. It-testi li jirreferi għalihom il-paragrafu 1 huma mehmuża ma’ din id-Deċiżjoni [3].

Artikolu 2

1. Il-Kummissjoni, assistita mir-rappreżentanti ta’ l-Istati Membri, għandha tirrappreżenta lill-Komunità fil-Kumitat Interim stabbilit taħt l-Artikolu 38 ta’ dan il-Ftehim.

2. Il-posizzjoni li għandha tittieħed mill-Komunità ġewwa l-Kumitat Interim għandha tkun iddeterminata mill-Kunsill, fuq proposta mill-Kummissjoni, jew, meta xieraq, mill-Kummissjoni, kull wieħed/waħda skond id-disposizzjonijiet korrispondenti tat-Trattat.

Artikolu 3

Il-President tal-Kunsill huwa b’dan awtorizzat jaħtar il-persuna(i) mogħtija s-setgħa, f’isem il-Komunità, biex tiddepożitaw l-att ta’ notifika li jipprovdi għalih l-Artikolu 50 tal-Ftehim.

Magħmula fi Brussel, fit-28 ta’ Jannar 2002.

F’isem il-Kunsill

Il-President

J. Piqué i Camps

[1] ĠU C 362 E, 18.12.01, p. 1.

[2] Opinjoni mogħtija fl-14 ta’ Diċembru 2001 (għadha mhix ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali).

[3] ĠU L 330, 14.12.01, p. 3.

--------------------------------------------------