32002D0079



Official Journal L 034 , 05/02/2002 P. 0021 - 0025


Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni

ta' l-ta' 4 Frar 2002

li timponi kondizzjonijiet speċjali fuq importazzjonijiet ta' karawett u ċerti prodotti dderivati mill-karawett li joriġinaw fi, jew ikunu kkunisjati miċ-Ċina

(innotifikata bid-dokument numru K(2002) 385)

(Test b'relevanza għaż-Żona EE)

(2002/79/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 93/43/KEE ta' l-14 ta' Ġunju 1993 dwar l-iġjene ta' oġġetti ta' l-ikel [1] u b'mod partikolari l-Artikolu 10(1) tiegħu,

Billi:

(1) Karawett li joriġina fi, jew ikun ikkunsinnat miċ-Ċina instab li kien, f'ħafna każijiet, ikkontaminat b'livelli eċċessivi ta' aflatoxin B1 u aflatoxin totali.

(2) Il-Kumitat Xjentifiku għall-Ikel innota li aflatoxin B1, ukoll f'livelli estremament baxxi, jikkaġuna l-kanċer tal-fwied u barramindan huwa ġenotossiku.

(3) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 194/97 tal-31 ta' Jannar 1997 li jistabbilixxi ċerti livelli massimi għal ċerti sustanzi li jikkontaminaw f'oġġetti ta' l-ikel [2], kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 1566/1999 [3], jistabbilixxi livelli massimi għal ċerti sustanzi li jikkontminaw u b'mod partikolari aflatoxins f'oġġetti ta' l-ikel. Dawn il-limiti nqabżu konsiderevolment f'kampjuni ta' karawett li joriġina fi, jew ikun ikkunsinnat miċ-Ċina.

(4) Dan jikkostitwixxi theddida serja għas-saħħa pubblika ġewwa l-Komunità u għalhekk huwa urġenti li jkunu adottati miżuri protettivi fil-livell Komunitarju.

(5) Twettqet missjoni mill-Uffiċċju ta' l-Ikel u Veterinarju tal-Kummissjoni Ewropea (FVO) fiċ-Ċina mit-8 sal-21 ta' Mejju 2001 biex tagħmel stima tas-sistema ta' kontroll fil-post biex jimpedixxu l-kontaminazzjoni minn aflatoxin fil-karawett maħsub għall-esportazzjoni lejn il-Komunità Ewropea. Il-missjoni kixfet, inter alia, li l-kontroll fuq aflatoxins fil-karawett huwa minimu fil-produzzjoni jew ipproċessar ġenerali. Defiċjenzi (Nuqqasijiet) fil-ħidma tal-laboratorju kienu wkoll osservati. Huwa għalhekk xieraq li karawett jew prodotti dderivati mill-karawett li joriġinaw fi, jew ikunu kkunsinnat miċ-Ċina ikunu suġġettati għal kondizzjonijiet speċjali biex jipprovdu livell għoli ta' protezzjoni għas-saħħa pubblika.

(6) Huwa meħtieġ li karawett u prodotti dderivati mill-karawett ikunu prodotti, magħżula, miġrura (imqandlin), ipproċessati, ippakkjati u trasportati billi jsegwu prattiċi iġjeniċi tajba. Huwa meħtieġ li jkunu stabbiliti l-livelli ta' aflatoxin B1 u aflatoxin totali f'kampjuni meħuda minn kunsinni immedjatament qabel iħallu ċ-Ċina.

(7) L-awtoritajiet Ċiniżi għandhom jipprovdi xiehda dokumentarja biex takkompanja kull kunsinna ta' karawett li toriġina fi, jew tkun ikkunsinnata miċ-Ċina, konnessa mal-kondizzjonijiet ta' produzzjoni, għażla, ġarr (tqandil), ipproċessar, ippakkjar u trasport, kif ukoll ir-riżultati ta' l-analiżi fil-laboratorju tal-kunsinna għall-livelli ta' aflatoxin B1 u aflatoxin totali.

(8) Mir-riżultati tal-missjoni imsemmija hawn iktar ‘il fuq, jista' jkun konkluż li l-awtoritajiet Ċiniżi ma jistgħux jiżguraw bħalissa riżultati analitiċi ta' min jogħod fuqhom jew jiggarantixxu l-integrita tal-lott rigward iċ-ċertifikazzjoni. Għalhekk, il-kredibilita ta' kull ċertifikat maħruġ għal karawett li joriġina fiċ-Ċina tqajjem dubji serji rigward kemm jista' jkun fdat.

(9) Huwa għalhekk meħtieġ biex tkun issalvagwardjata s-saħħa pubblika l-lottijiet kollha tal-karawett li joriġina fi, jew ikun ikkunsinnat miċ-Ċina, importati fil-Komunità Ewropea, ikunu ssuġġettati għal teħid ta' kampjuni u analiżi għal-livell ta' aflatoxin tagħhom mill-awtorita kompetenti ta' l-Stat Membru importatur qabel ir-rilaxx għas-suq. Filwaqt li huwa magħruf li din il-miżura jkollha effett serju fuq ir-riżorsi ta' kontroll ta' l-Istati Membri, ir-riżultati ta' din il-miżura għandhom ikunu stmati wara perjodu qasir ta' żmien u l-miżuri emendati jekk xieraq.

(10) Il-Kumitat Permanenti għal Oġġetti ta' Ikel kienn ikkonsultat fit-2 ta' April 2001 u fid-19 ta' Lulju 2001,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

1. Stati Membri jistgħu ma jimportawx prodotti li jaqgħu f'xi waħda mill-kategoriji li ġejjin li joriġinaw fi, jew ikunu kkunsinnati miċ-Ċina, li huma maħsuba għall-konsum uman jew biex ikunu użati bħala ingredjenti f'oġġetti ta' l-ikel, ħlief jekk il-kunsinna tkun akkompanjata bir-riżultati tat-teħid ta' kampjuni u anliżi uffiċjali, u biċ-ċertifikat tas-saħħa fl-Anness I mimli, iffirmat u vverifikat minn rappreżentant ta' l-Amministrazzjoni Statali għal spezzjoni ta' Dħul-Exit u Kwarantina tar-Repubblika Popolari taċ-Ċina:

- karawett li jaqa' fil-kodiċi tan-NK 12021090 or 12022000,

- karawett li jaqa' fil-kodiċi tan-NK 20081194 (f'pakki immedjati ta' kontenut nett li jeċċedi l-1 kg) jew 20081198 (f'pakki immedjati ta' kontenut nett li ma jeċċedix il-1 kg),

- karawett inkaljat li jaqa' fil-kodiċijiet tan-NK 20081192 (f'pakki immedjati ta' kontenut nett li jeċċedi l-1 kg) jew 20081196 (f'pakki immedjati ta' kontenut nett li ma jeċċedix il-1 kg).

2. Kunsinni jistgħu biss ikunu importati fil-Komunità minn wieħed mill-punti ta' dħul elenkati fl-Anness II.

3. Kull kunsinna għandha tkun identifikata b'kodiċi, li jkun jikkorrispondi mal-kodiċi fuq iċ-ċertifikat tas-saħħa u fuq ir-rapport li jakkompanjaha li jkun fih ir-riżultat tat-teħid ta' kampjuni u analiżi uffiċjali li jirreferi għalihom il-paragraph 1.

4. L-awtoritajiet kompetenti f'kull wieħed mill-Istati Membri għandhom jiżguraw li karawett importat li joriġina fi, jew ikun ikkunsinnat miċ-Ċina jkun suġġett għal kontrolli dokumentarji biex ikun żgurat li r-rekwiżit għaċ-ċertifikat tas-saħħa u riżultati tat-teħid ta' kampjuni li jirreferi għalihom il-paragrafu 1 ikun osservat.

5. Stati Membri għandhom iwettqu teħid ta' kampjuni u analiżi ta' kull kunsinna ta' karawett li toriġina fi, jew tkun ikkunsinnata miċ-Ċina għal aflatoxin B1 u aflatoxin totali qabel ir-rilaxx għas-suq mill-port tad-dħul lejn il-Komunità, u għandhom jgħarrfu lill-Kummissjoni bir-riżultati.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tkun riveduta qabel l-1 ta' Mejju 2002 l-iktar tard, biex tagħmel stima jekk il-kondizzjonijiet speċjali li jirreferi għalihom l-Artikolu 1 jipprodux livell ta' protezzjoni biżżejjed ta' saħħa pubblika fil-Komunità. Ir-reviżjoni għandha wkoll tagħmel stima jekk ikunx meħtieġ jissoktaw it-teħid ta' kampjuni u analiżi ta' kull kunsinna mill-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istat Membru importatur.

Artikolu 3

Stati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jikkonformaw ruħhom ma' din id-Deċiżjoni. Għandhom jgħarrfu bihom lill-Kummissjoni.

Artikolu 4

Dan id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussel, fl-4 ta' Frar 2002.

Għall-Kummissjoni

David Byrne

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 175, 19.07.1993, p. 1.

[2] ĠU L 31, 01.02.1997, p. 48.

[3] ĠU L 184, 17.07.1999, p. 17.

--------------------------------------------------

ANNESS I

+++++ TIFF +++++

--------------------------------------------------

ANNESS II

Lista ta' punti ta' dħul li minnhom karawett u prodotti dderivati mill-karawett li joriġina fi, jew ikun ikkunsinnat miċ-Ċina jistgħu jkunu importati lejn il-Komunità Ewropea

Stat Membru | Punt ta' dħul |

Belgique-il-Belġju | Anvers-Antwerpen |

Danimarka | Il-portijiet, l-ajruporti u stazzjonijiet fil-konfini kollha |

Il-Ġermanja | HZA Lörrach-ZA Weil am Rhein-Autobahn, HZA Stuttgart-ZA Flughafen, HZA München-Flughafen, HZA Hof-ZA Schirnding, HZA Weiden-ZA Furth im Wald-Schafberg, HZA Weiden-ZA Waidhaus-Autobahn, Bezirksamt Reinickendorf von Berlin, Abteilung Finanzen, Wirtschaft und Kultur, Veterinär-und Lebensmittelaufsichtsamt, Grenzkontroll-stelle, HZA Frankfurt (Oder)-ZA Autobahn, HZA Cottbus-ZA Forst-Autobahn, HZA Bremen-ZA Neustädter Hafen, HZA Bremerhafen-ZA li jkunu jinsabu fi itemm, HZA Bremer-haven-ZA Rotersand, HZA Hamburg-Freihafen-Abfertigungsstelle, HZA Hamburg-Frei-hafen-ZA Ericus-Abfertigungsstelle Südbahnhof, HZA Hamburg-Freihafen-ZA Köhlfleet-damm, HZA Hamburg-St/Annen-ZA Altona, HZA Hamburg-Waltershof-Abfertigungs-stelle, HZA Hamburg-Waltershof-ZA Flughafen, HZA Frankfurt-am-Main-Flughafen, HZA Braunschweig-Abfertigungsstelle, HZA Hannover-Abfertigungsstelle, HZA Lüneburg-ZA Stade, Stadtverwaltung Dresden, Lebensmittelüberwachungs-und Veterinäramt, Grenzkontrollstelle Dresden-Friedrichstadt (für Bahntransport), Landratsamt Weisseritz-kreis, Lebensmittelsüberwachungs-und Veterinäramt, Grenzkontrollstelle (für Straßentran-sport), Landratsamt Niederschlesischer Oberlausitzkreis, Lebensmittelüberwachungs-und Veterinäramt, Grenzkontrollstelle Ludwigsdorf (für Straßentransport), HZA Itzehoe-ZA Pinneberg, HZA Trier-ZA Idar-Oberstein, HZA Oldenburg-ZA Wilhelmshaven |

Ελλάς | Athina, Pireas, Elefsis, Aerodromio ton Athinon, Thessaloniki, Volos, Patra, Iraklion tis Kritis, Aerodromio tis Kritis, Euzoni, Idomeni, Ormenio, Kipi, Kakavia, Niki, Promahonas, Pithio, Igoumenitsa, Kristalopigi |

Spanja | Algeciras (puerto), Alicante (aeropuerto, puerto), Almería (aeropuerto y puerto), Barcelona (aeropuerto, puerto), Bilbao (aeropuerto, puerto), Cádiz (puerto), Cartagena (puerto), Gijón (puerto), Huelva (puerto), A Coruña-Santiago de Compostela (aeropuerto, puerto), Las Palmas de Gran Canaria (aeropuerto, puerto), Madrid-Barajas (aeropuerto), Málaga (aero-puerto, puerto), Palma de Mallorca (aeropuerto), Pasajes-Irún (aeropuerto, puerto), Santa Cruz de Tenerife (aeropuerto, puerto), Santander (aeropuerto), Sevilla (aeropuerto, puerto), Tarragona (puerto), Valencia (aeropuerto, puerto), Vigo-Villagarcía (aeropuerto), Marín (puerto), Vitoria (aeropuerto), Zaragoza (aeropuerto) |

Franza | Marseille (Bouches-du-Rhône) Le Havre (Seine-Maritime) |

L-Irlanda | Il-portijiet, ajruport u stazzjonijiet tal-konfini kollha |

Italia | Ufficio Sanità Marittima ed Aerea di Ancona Ufficio Sanità Marittima ed Aerea di Bari Ufficio Sanità Marittima ed Aerea di Genova Ufficio Sanità Marittima di Livorno Ufficio Sanità Marittima ed Aerea di Napoli Ufficio Sanità Marittima di Ravenna Ufficio Sanità Marittima di Salerno Ufficio Sanità Marittima ed Aerea di Trieste Dogana di Fernetti-Interporto Monrupino (Trieste) |

Il-Lussemburgu | Centre douanier, Croix de Gasperich, il-Lussemburgu |

L-Olanda | Rotterdam |

L-Awstrija | HZA Graz, Nickelsdorf, Spielfeld, HZA Wien |

Il-Portugall | Lisbona |

Suomi—il-Finlandja | Helsinki |

Sverige | Göteborg |

Ir-Renju Unit | Belfast, Channel Tunnel Terminal, Dover, Felixstowe, Ajruport ta' Gatwick, Goole Grange-mouth, Harwich, Ajruport ta' Heathrow, Heysham, Hull, Immingham, Ipswich, King's Lynn, Leith, Liverpool, London (including Tilbury, Thamesport and Sheerness), Ajruport ta' Manchester, Port ta' Kontenituri Manchester, Manchester (inkluż Ellesmere Port), Medway, Middlesborough, Newhaven, Poole, Shoreham, Southampton, Ajruport ta' Stansted. |

--------------------------------------------------