32002D0046



Official Journal L 021 , 24/01/2002 P. 0021 - 0022


Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni

tal-21 ta’ Jannar 2002

li temenda d-Deċiżjoni 92/452/KEE rigward il-listi ta’ timijiet li jiġbru embrijoni u timijiet li jipproduċu embrijoni approvati f’pajjiżi terzi għall-esportazzjoni ta’ embrijoni tal-bovini lejn il-Komunità

(innotifikata taħt in-numru tad-dokument C (2002) 84)

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

(2002/46/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li waqqaf il-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 89/556/KEE tal-25 ta’ Settembru 1989 fuq il-kundizzjonijiet tas-saħħa ta’ l-annimali li jikkontrollaw in-negozju intrakomunitarju u l-importazzjoni minn pajjiżi terzi ta’ embrijoni ta’ annimali domestiċi ta’ l-ispeċi tal-bovini [1], kif ġiet l-aħħar emendata bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 94/113/KE [2], u b’mod partikolari bl-Artiklu 8 tagħha,

Billi:

(1) Is-servizzi veterinarji kompetenti tal-Kanada u l-Istati Uniti ressqu ‘l quddiem talbiet għal żieda u emendi fil-lista, stabbilita bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 92/452/KEE [3], kif ġiet l-aħħar emendata bid-Deċiżjoni 2001/728/KE [4] ta’ timijiet approvati uffiċjalment fit-territorji tagħhom għall-esportazzjoni ta’ embrijoni ta’ annimali domestiċi ta’ l-ispeċi tal-bovini lejn il-Komunità.

(2) Is-servizzi veterinarji kompetenti tal-pajjiżi kkonċernati, u t-timijiet tal-ġbir ikkonċernati offrew lill-Kummissjoni garanziji rigward il-konformità mat-talbiet speċifikati fl-Artiklu 8 tad-Direttiva 89/556/KEE. Għaldaqstant dawn ġew approvati uffiċjalment għall-esportazzjoni lejn il-Komunità.

(3) Id-Deċiżjoni 92/452/KEE għandha għaldaqstant tiġi emendata kif mitlub miċ-ċirkostanzi.

(4) Il-miżuri pprovduti f’din id-Deċiżjoni jaqblu ma’ l-opinjoni tal-Kumitat Veterinarju Permanenti,

ADDOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

L-Artikolu 1

Fl-Anness tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 92/452/KEE:

1. Il-linji li ġejjin huma miżjuda mal-linji li jikkonċernaw lit-timijiet Kanadiżi:

CA | | E 022 | | 324 Notre Dame Notre-Dame du Bon-Conseil Quebec JOC 1AO | Dr René Bergeron |

CA | | E 1531 | | 39 Barker Lane Wicklow New Brunswick E7L 3S4 | Dr Conrad C. Anderson |

2. Il-linja li tikkonċerna lit-tim Kanadiż E 549 hija sostitwita b’li ġej:

CA | | E 549 | | Abbotsford Veterinary Clinic PO Box 524 Unit 200-33648 McDougall Avenue Abbotsford British Columbia V2S 5Z5 | Dr R. Vanderval Dr Martin Darrow |

3. Il-linja li tikkonċerna lit-tim ta’ l-Istati Uniti Nru. 96IA086 E 608 hija sostitwita b’ li ġej:

US | | 96IA086 E 608 | | Trans Ova Genetics Iowa Division2938380th StreetSioux Centre, IAMontana Division9033Walker RoadBelgarde, MT | Drs Chjarles S. Gue III (Chuck) Paul Vanroekel Daryl Funk Julie Koster |

l-Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussel, fil-21 ta’ Jannar 2002.

Għall-Kummissjoni

David Byrne

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 302, tad-19.10.1989, p. 1.

[2] ĠU L 53, ta’ l-24.2.1994, p. 53.

[3] ĠU L 250, tad-29.8.1992, p. 40.

[4] ĠU L 273, tas-16.10.2001, p. 24.

--------------------------------------------------