32002D0019



Official Journal L 010 , 12/01/2002 P. 0073 - 0074


Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni

tal-11 ta' Jannar 2002

li tniżżel kondizzjonijiet speċjali għall-imporatazzjoni tal-molluski bivalvi, ekinodermi, tunikat u gasteropodi tal-baħar li joriġinaw mill-Urugwaj.

(notifikata bid-dokument numru K (2001) 4982)

(Test b'relevanza għaż-ŻEE)

(2002/19/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 91/492/KEE tal-15 ta' Lulju 1991, li tispeċifika l-kondizzjonijiet għall-ħarsien tas-saħħa tul il-produzzjoni tal-molluski bivalvi u meta dawn jitqegħdu fis-suq [1], kif l-aħħar emendata mid-Direttiva tal-Kunsill 97/79/KE [2], u b'mod partikolari l-Artikolu 9(3)(b) tagħha,

Billi:

(1) Espert tal-Kummissjoni għamel żjara ta' spezzjoni fl-Urugway sabiex jivverifika l-kondizzjonijiet li fihom jiġu prodotti, maħżuna u mibgħuta lill-Komunità prodotti baħar.

(2) Id-dispożizzjonijiet tal-liġi tal-Urugwaj jaħtru lid-"Dirección Nacional de Recursos Acuáticos (Dinara) tal-Ministerio de Ganadería, Agrikoltura y Pesca" responsabbli għall-ispezzjoni tas-saħħa tal-molluski bivalvi, ekinodermi, tunikat u gasteropodi tal-baħar u għall-moniteraġġ ta' l-iġene u l-kondizzjonijiet sanitarji tal-prodotti. L-istess leġislazzjoni tagħti s-saħħa lil Dinara sabiex tawtorizza jew tipprojbixxi l-ikkultivar tal-molluski bivalvi, ekinodermi, tunikat u gasteropodi tal-baħar minn ċertu zoni.

(3) Dinara u l-laboratorji li għandha huma kapaċi li jivverifikaw b' mod effettiv l-applikazzjoni tal-liġi fl-Urugwaj.

(4) L-awtoritajiet komptenti ta' l-Urugway huma kommessi li jikkomunikaw b' mod regolari u fl-iqsar żmien possibbli mal-Kummissjoni data dwar l-presenza ta' plankton tossikanti f'żoni ta' kultivazzjoni.

(5) (6) L-Urugwaj hija eliġibbli sabiex tkun inkluża fil-lista tat-tielet pajjiżi li huma konformi mal-kondizzjonijiet ekwivalenti msemmija fl-Artikolu 9 [3](a) tad-Direttiva 91/492/KEE.

(6) (7) L-Urugwaj jixtieq li jesporta għall-Komunità molluski bivalvi, ekinodermi, tunikat u gasteropodi tal-baħar iffriżat jew ipproċċessat li jkun ġie sterlizzat jew trattat bis-sħanat skond l-ħtiġiet tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 93/25/KEE(3), kif emendata mid-DeċIżjoni 97/275/KE [4].

(7) Għall-dan l-iskop, ż-żoni ta' produzzjoni fejn molluski bivalvi, ekinodermi, tunikat u gasteropodi tal-baħar jistgħu jiġu ikkoltivati u esportati lejn l-Komunità għandu jkun msemmi.

(8) Il-kondizzjonijiet speċjali ta' l-importazzjoni għandhom japplikaw mingħajr preġudizzju għal deċiżjonijiet meħuda skond id-Direttiva tal-Kunsill 91/67/KEE tat-28 ta' Jannar 1991 rigward l-kondizzjonijiet tas-saħħa ta' l-annimali li jirregolaw t-tqegħid fis-suq ta' annimali u prodotti ta' l-akwakultura [5], kif l-aħħar emendata mid-Direttiva 98/45/KE [6].

(9) Il-miżuri provduti minn din id-Direttiva huma konformi ma' l-opinjoni tal-Kumitat Veterinarju Permanenti.

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Id-"Dirección Nacional de Recursos Acuáticos (Dinara) del Ministerio de Ganadería, Agrikoltura y Pesca" għandu jkun l-awtorità kompetenti fl-Urugway sabiex jivverikifa u jiċċertifika li molluski bivalvi, ekinodermi, tunikat u gasteropodi tal-baħar huma konformi mal-kriterji tad-Direttiva 91/492/KEE.

Artikolu 2

Molluski bivalvi, ekinodermi, tunikat u gasteropodi tal-baħar li joriġina mill-Urugway u intenzjonat għall-konsum mill-bniedem għandu joriġina minn żoni ta' produzzjoni awtorizzati li huma msemmija fl-Anness mad-Deċiżjoni.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni hija ndirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussel, 11 ta' Jannar 2002.

Għall-Kummissjoni

David Byrne

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 268, 24.09.91, p. 1.

[2] ĠU L 24, 30.01.98, p. 31.

[3] ĠU L 16, 25.01.93, p. 22.

[4] ĠU L 108, 25.04.97, p. 52.

[5] ĠU L 46, 19.02.91, p. 1.

[6] ĠU L 189, 03.07.98, p. 12.

--------------------------------------------------

ANNESS

ŻONI TA' PRODUZZJONI LI HUMA KONFORMI MAD-DISPOSIZZJONIJIET TAD-DIRETTIVA 91/492/KEE

Kodiċi | Identifikazzjoni | Klassifikazzjoni |

A | 35° 05' D – 55° 12' P | a |

35° 11' D – 55 ° 14' P |

35° 05' D – 55° 00' P |

35° 03' D – 55° 00' P |

35° 03' D – 54° 21' P |

35° 11' D – 54° 21' P |

B | 34° 59' D – 54° 30' P | a |

34° 46' D – 54° 00' P |

35° 59' D – 54° 00' P |

C | 34° 45' D – 53° 46' P | a |

34° 52' D – 53° 38' P |

34° 05' D – 52° 51' P |

34° 10' D – 52° 44' P |

--------------------------------------------------