32001Y0106(01)



Official Journal C 003 , 06/01/2001 P. 0002 - 0030


Avviż tar-regolamenti tal-kummissjoni

Dwar kemm għandu japplika l-Artikolu 81 tat-Trattat tal-KE għal ftehim ta’ koperazzjoni orizzontali

(2001/K 188/03)

(Test b’relevanza għall-FEE)

1. INTRODUZZJONI

1.1. Skop

1. Dawn ir-regoli jippreskrivu l-prinċipji għall-kunsiderazzjoni ta’ ftehim ta’ koperazzjoni orizzontali taħt l-Artikolu 81 tat-Trattat. Koperazzjoni hija ta’ "natura orizzontali" jekk ftehim jekk prattika miftiehma isir bejn kumpanniji li joperaw fl-istess livell(i) fis-suq. F’ħafna każi, koperazzjoni orizzontali twassal għal koperazzjoni bejn kompetituri. Tkopri per eżempju oqsma bħal riċerka u żvilupp (R & Ż), produzzjoni, xiri u kummerċjalizzazzjoni.

2. Koperazzjoni orizzontali tista’ twassal għal problemi ta’ kompetizzjoni. Dan huwa per eżempju l-każ jekk il-partijiet ta’ koperazzjoni jiftehmu li jiffissaw il-prezzijiet jew il-provvisti, li jaqsmu s-suq, jew jekk il-koperazzjoni tippermetti l-partijiet li jżommu, jiksbu jew iżidu l-poter tas-suq u b’hekk toħloq effetti negattivi fis-suq rigward prezzijiet, provvisti, innovazzjoni jew il-varjetà u l-kwalità tal-prodotti.

3. Min-naħa l-oħra, koperazzjoni orizzontali tista’ twassal għal benefiċċji ekonomiċi sostanzjali. Il-kumpanniji għandhom bżonn jirrispondu għall-pressjoni dejjem tikber ta’ kompetizzjoni u suq li qed jinbidel immexxi mill-globalizzazzjoni, l-veloċità tal-progress teknoloġiku u n-natura ġeneralment aktar dinamika tas-swieq. Koperazzjoni tista’ tkun mezz biex taqsam ir-riskju, tiffranka l-ispejjeż, tgħaqqad it-tagħrif u tvara innovazzjoni iktar malajr. Partikolarment għall-impriżi żgħar u ta’ daqs medju koperazzjoni hija mezz importanti biex jaddattaw għal suq li qed jinbidel.

4. Il-Kummissjoni, waqt li tirrikonoxxi l-benefiċċji ekonomiċi li jistgħu jkunu ġenerati bil-koperazzjoni, trid tiżgura li tinżamm il-kompetizzjoni effettiva. L-Artikolu 81 tipprovdi struttura tal-liġijiet għal stima bilanċjata li jikkunsidraw kemm l-effetti kontra l-kompetizzjoni kif ukoll il-benefiċċji ekonomiċi.

5. Fil-passat, iż-żewġ avviżi tal-Kummissjoni u ż-żewġ regolamenti ta’ l-eżenzjoni ta’ grupp ipprovdew gwida għall-istima tal-kooperazzjoni orizzontali taħt l-Artikolu 81. Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 417/85 [1], kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 2236/97 [2] u r-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 418/85 [3], kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 2236/97, ipprovdew għall-eżenzjoni ta’ ċerti forom ta’ ftehim ta’ speċjalizzazzjoni u ftehim ta’ riċerka u żvilupp (R & Ż) rispettivament. Dawn iż-żewġ Regolamenti issa tbiddlu bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2658/2000 tad-29 ta’ Novembru 2000 dwar l-applikazzjoni ta’ l-Artikolu 81(3) tat-Trattat għall-kategoriji tal-ftehim ta’ speċjalizzazzjoni [4] ("ir-Regolament ta’ l-Ispeċjalizzazzjoni ta’ l-eżenzjoni tal-blokk") u r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2659/2000 tad-29 ta’ Novembru 2000 dwar l-applikazzjoni ta’ l-Artikolu 81(3) tat-Trattat għall-kategoriji tal-ftehim tar-riċerka u l-iżvilupp [5] ("ir-Regolament tar-R & Ż ta’ l-eżenzjoni tal-blokk"). Iż-żewġ avviżi provdew gwida rigward ċerti tipi ta’ ftehim ta’ koperazzjoni li jaqgħu barra l-Artikolu 81 [6] u l-istima ta’ kooperazzjoni f’joint ventures [7].

6. Is-swieq li jinbidlu ġeneraw varjetà u użu dejjem jikber ta’ koperazzjoni orizzontali. Gwida iktar kompleta u aġġornata hija meħtieġa biex titjieb il-kjarezza u t-trasparenza dwar kemm għandu japplika l-Artikolu 81 f’dan il-qasam. Fl-istima aktar enfasi għandha ssir fuq il-kriterji ekonomiċi biex aktar tirrifletti l-iżviluppi riċenti fil-prattika ta’ l-infurzar u l-każijiet tal-liġi tal-Qorti tal-Ġustizzja u l-Qorti ta’ l-Ewwel Istanza tal-Komunitajiet Ewropej.

7. L-iskop ta’ dawn ir-regoli huwa biex ikun ipprovdut qasam analitiku għall-aktar tipi komuni ta’ koperazzjoni orizzontali. Dan il-qafas huwa primarjament ibbażat fuq il-kriterji li jgħinu janalizzaw il-kuntest ekonomiku ta’ ftehim ta’ koperazzjoni. Il-kriterji ekonomiċi bħal-poter tas-suq tal-partijiet u fatturi oħra rigward l-istruttura tas-suq, jiffurmaw element ewlieni ta’ l-istima ta’ l-impatt tas-suq li x’aktarx ikun ikkawżat minn koperazzjoni u għalhekk għall-istima taħt l-Artikolu 81. Minħabba l-varjetà enormi fit-tipi u l-forom ta’ koperazzjoni orizzontali u ċ-ċirkostanzi tas-suq li fihom joperaw, hija impossibbli li tipprovdi tweġibiet speċifiċi għal kull xenarju possibbli. Il-qafas analitiku preżenti bażat fuq il-kriterji ekonomiċi madankollu jgħin lill-kumpanniji fl-istima tal-kompatibilità ta’ ftehim individwali ta’ koperazzjoni ma’ l-Artikolu 81.

8. Ir-regoli mhux biss ibiddlu l-Avviżi riferuti fil-paragrafu 5, imma wkoll ikopru medda aktar wisgħa ta’ l-aktar tipi komuni ta’ ftehim orizzontali. Huma jikkumplimentaw ir-Regolament tar-R & Ż ta’ l-eżenzjoni tal-blokk u r-Regolament ta’ l-Ispeċjalizzazzjoni ta’ l-eżenzjoni tal-blokk.

1.2. Skop tar-regoli

9. Dawn ir-regoli jkopru ftehim jew prattiċi miftiehma (minn issa ‘l quddiem riferuti bħala "ftehim") li jsiru bejn żewġ kumpanniji jew iktar li joperaw fl-istess livell(i) fis-suq, p.e. fl-istess livell ta’ produzzjoni jew distribuzzjoni. F’dan il-kuntest il-mira hija koperazzjoni bejn kompetituri. Il-kelma "kompetituri" kif użata f’dawn ir-regoli tinkludi kemm attwali [8] kif ukoll potenzali [9].

10. Ir-regoli preżenti, iżda, ma jindirizzawx il-ftehim orizzontali kollha. Huma konċernati biss b’dawk it-tipi ta’ koperazzjoni li jiġġeneraw b’potenzal qligħ minn effiċjenza, jiġifieri ftehim fuq R & Ż, produzzjoni, xiri, kummerċjalizzazzjoni, standardizzazzjoni, u ftehim ambjentali. Tipi oħra ta’ ftehim orizzontali bejn il-kompetituri, per eżempju dwar l-iskambju ta’ l-informazzjoni jew fuq żammiet minuri ta’ ishma, għandhom ikunu indirizzati separatament.

11. Ftehim li jsiru bejn kumpanniji li joperaw fuq livell differenti tal-linja ta’ produzzjoni jew ta’ distribuzzjoni, jiġifieri ftehim vertikali, huma bħala prinċipju esklusi minn dawn ir-regoli u huma trattati fir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2790/1999 [10] (ir-"Regolament ta’ l-Eżenzjoni tal-Blokk tat-Trażżin Vertikali") u r-regoli ta trażżin vertikali [11]. Iżda, sakemm il-ftehim vertikali, eż. ftehim ta’ distribuzzjoni, huma konklużi bejn il-kompetituri, l-effetti tal-ftehim fuq is-suq u l-possibiltà ta’ problemi ta’ kompetizzjoni jistgħu jkunu simili għall-ftehim orizzontali. Għalhekk, dawn il-ftehim għandhom ikunu eżaminati skond il-prinċipji deskritti fir-regoli preżenti. Dan ma jeskludix l-applikazzjoni addizzjonali tar-Regoli fuq it-Trażżin Vertikali għal dawn il-ftehim biex ikunu eżaminat it-trażżin vertikali nkluż fit-tali ftehim [12].

12. Il-ftehim jistgħu jgħaqqdu stadji differenti ta’ koperazzjoni, per eżempju R & Ż u l-produzzjoni tar-riżultati tagħhom. Sakemm ma jaqgħux taħt ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 4064/89 tal-21 ta’ Diċembru 1989 dwar il-kontroll tal-konċentrazzjonijiet bejn l-impriżi [13], kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 1310/97 [14] ("ir-Regolament ta’ l-Għaqda"), dawn il-ftehim huma koperti minn dwn ir-regolamenti. Iċ-ċentru ta’ gravità tal-koperazzjoni jiddetermina liema sezzjoni tar-regolamenti preżenti jgħoddu għall-ftehim in- kwistjoni. Biex ikun ddeterminat iċ-ċentru ta’ gravità, jittieħdu in-konsiderazzjoni żewġ fatturi: l-ewwelnett, il-punt tal-bidu tal-koperazzjoni, u, it-tieni, il-livell ta’ integrazzjoni tal-funzjonijiet differenti li qed jingħaqdu. Koperazzjoni li tinvolvi kemm l-għaqda ta’ R & Ż u kemm l-għaqda tal-produzzjoni tar-riżultati b’hekk tkun normalment koperta fis-sezzjoni dwar "Il-Ftehim fuq ir-Riċerka u l-Iżvilupp", peress li l-għaqda tal-produzzjoni sseħħ biss jekk ir-R & Ż tkun suċċess. Dan ifisser li r-riżultati ta’ l-għaqda tar-R & Ż huma deċiżivi għall-produzzjoni. Il-ftehim tar-R & Ż jista’ b’hekk jitqies bħala l-bidu tal-koperazzjoni. Din l-istima tinbidel jekk il-ftehim antiċipa integrazzjoni sħiħa fil-qasam tal-produzzjoni u integrazzjoni parzjali biss ta’ xi attivitajiet ta’ R & Ż. F’dan il-każ, l-effetti possibbli anti-kompetittivi u l-benefiċċji ekonomiċi tal-koperazzjoni l-aktar jirrelataw mal-għaqda tal-produzzjoni, u l-ftehim għalhekk ikun eżaminat skond il-prinċipji preżentati fis-sezzjoni dwar i"l-Ftehim tal-Produzzjoni" Arranġamenti aktar komplessi bħal alleanzi strateġiċi li jgħaqqdu numru ta’ oqsma differenti u strumenti ta’ koperazzjoni f’modi li jvarjaw m`humiex koperti mir-regoli. L-istima ta’ kull qasam individwali ta’ koperazzjoni ġewwa alleanza tista’ ssir bl-għajnuna tal-kapitolu li għandu x’jaqsam tar-regoli. Iżda, l-arranġamenti komplessi jridu

wkoll ikunu analizzati fl-intier tagħhom. Minħabba l-varjetà ta’ oqsma li alleanza tista’ tgħaqqad, huwa impossibbli li jingħataw regoli ġenerali fuq it-tali stima ta’ kollox. Alleanzi jew forom oħra ta’ koperazzjoni li primarjament jiddikjaraw l-intenzjonijiet huma impossibbli li jkunu stmati taħt ir-regoli ta’ koperazzjoni sakemm ma jkollhomx skop preċiż.

13. Il-kriterji stipulati f’dan ir-regolamenti jgħoddu għall-koperazzjoni li tikkonċerna kemm prodotti u servizzi, flimkien riferuti bħala "prodotti". Iżda, ir-regolamenti ma jgħoddux sakemm jgħoddu r-regoli speċifiċi għas-settur, kif inhu l-każ għall-agrikoltura, it-trasport jew l-assigurazzjoni [15]. L-operazzjonijiet li jiġu taħt ir-Regolament tas-Sħubija l-anqas m’huma suġġetti għar-regolamenti preżenti.

14. L-Artikolu 81 jgħodd biss għal dawk il-ftehim ta’ koperazzjoni orizzontali li jistgħu jaffettwaw il-kummerċ bejn l-Istati Membri. Dawn ir-regoli m`għandhomx x’jaqsmu ma’ l-analiżi tal-kapaċita’ ta’ ftehim partikolari li jaffettwa l-kummerċ. Il-prinċipji li ġejjin fuq kemm jgħodd l-Artikolu 81 huma għalhekk ibbażati fuq is-supposizzjoni li l-kummerċ bejn l-Istati Membri huwa affettwat. Fil-prattika, iżda, dan il-punt għandu bżonn ikun eżaminat fuq bażi ta’ każ b’każ.

15. L-Artikolu 81 ma jgħoddx għall-ftehim li huma ta’ importanza minuri għax m`humiex kapaċi li tant jirrestrinġu l-kompetizzjoni b’oġġett jew effett. Dawn ir-regoli huma mingħajr preġudizzju għall-applikazzjoni ta’ l-avviż de minimis preżenti jew xi avviż tal-futur [16].

16. L-istima taħt l-Artikolu 81 kif deskritt f’dawn ir-regoli hija mingħjr preġudizzju għall-applikazzjoni possibbli parallella ta’ l-Artikolu 82 tat-Trattat għall-ftehim ta’ koperazzjoni oriżżontali. Barra minn hekk, dawn ir-regoli huma mingħajr preġudizzju għall-intepretazzjoni li tista’ tingħata mill-Qorti ta’ l-Ewwel Istanza u l-Qorti tal-Ġustizzja tal-Komunitajiet Ewropej rigward l-applikazzjoni ta’ l-Artikolu 82 għall-ftehim ta’ koperazzjoni oriżżontali.

1.3. Prinċipji bażiċi għall-istima taħt l-Artikolu 81

1.3.1. Artikolu 81(1)

17. Artikolu 81(1) jgħodd għall-ftehim ta’ koperazzjoni oriżżontali li għandhom bħala l-oġġett jew l-effett tagħhom il-prevenzjoni, r-restrizzjoni jew id-distorzjoni tal-kompetizzjoni (minn issa ‘l quddiem riferuti bħala "restrizzjonijiet tal-kompetizzjoni").

18. F’xi każijiet in-natura tal-koperazzjoni tindika mill-bidu kemm jgħodd l-Artikolu 81(1). Dan huwa l-każ għall-ftehim li għandhom bħala skop tagħhom restrizzjoni tal-kompetizzjoni permezz ta’ fissar tal-prezz, limitazzjoni fil-provvisti jew taqsim tas-suq jew tal-klijenti. Dawn il-ftehim huma presunti li għandhom effetti negattivi fuq is-suq. Għalhekk m’hemmx bżonn li jkunu eżaminati il-veri effetti tagħhom fuq il-kompetizzjoni u fuq is-suq sabiex ikun stabbilit li jaqgħu taħt l-Artikolu 81(1).

19 Ħafna ftehim ta’ koperazzjoni oriżżontali, pero, m’għandhomx bħala l-iskop tagħhom restrizzjoni ta’ kompetizzjoni. Għalhekk, analiżi ta’ l-effetti tal-ftehim huwa meħtieġ. Għal din l-analiżi mhux biżżejjed li l-ftehim jillimita l-kompetizzjoni bejn il-partijiet. Għandu wkoll x’aktarx jaffettwa l-kompetizzjoni fis-suq sat-tali punt li effetti negattivi fuq is-suq rigward il-prezzijiet, il-provvista jew il-varjetà jew il-kwalità tal-prodotti jew servizzi huma mistennija.

20. Jekk il-ftehim hux kapaċi jikkawża t-tali effetti negattivi fuq is-suq jew le jiddependi fuq il-kuntest ekonomiku li jikkunsidra kemm in-natura tal-ftehim u s-saħħa kombinata tas-suq tal-partijiet li tiddetermina - flimkien ma’ fatturi strutturali oħra - l-kapaċita’ tal-kooperazzjoni li taffettwa l-kompetizzjoni kollha sat-tali punt sinifikanti.

In-natura tal-ftehim

21. In-natura ta’ ftehim jirrigwarda fatturi bħall-qasam u l-iskop tal-koperazzjoni, ir-relazzjoni kompetittiva bejn il-partijiet u l-punt sakemm jgħaqqdu l-attivitajiet tagħhom. Dawn il-fatturi jindikaw kemm hija possibbli li l-partijiet jikkordinaw l-imġieba tagħhom fis-suq.

22. Ċerti tipi ta’ ftehim, per eżempju l-biċċa l-kbira tal-ftehim ta’ R & Ż jew koperazzjoni biex ikunu ffissati livelli jew biex jittejbu l-kondizzjonijiet ambjentali, huma inqas possibbli li jinkludu restrizzjonijiet dwar prezzijiet u provvisti. Jekk dawn it-tipi ta’ ftehim ikollhom xi effetti negattivi dawn x’aktarx ikunu fuq l-innovazzjoni jew il-varjetà tal-prodotti. Jistgħu wkoll joħolqu problemi ta’ għeluq qabel il-waqt.

23. Tipi oħra ta’ koperazzjoni bħal ftehim fuq produzzjoni jew xiri tipikament jikkawżaw ċertu livell ta’ spejjeż (totali) komuni. Jekk dan il-livell huwa sinifikanti, l-partijiet jistgħu jikkordinaw iktar faċilment il-prezzijiet tas-suq u l-provvisti. Livell sinifikanti komuni fl-ispejjeż jista’ biss jinkiseb taħt ċerti kondizzjonijiet: L-ewwelnett, il-qasam ta’ koperazzjoni, eż. produzzjoni u xiri, trid tagħmel proporzjon kbir ta’ l-ispejjeż totali f’ċerta suq. It-tieni nett, il-partijiet għandhom bżonn jgħaqqdu l-attivitajiet tagħhom fil-qasam ta’ koperazzjoni sa punt sinifikanti. Dan huwa, per eżempju, il-każ, fejn huma flimkien jimmanifatturaw jew jixtru prodott intermedjarju importanti jew proporzjon kbir mill-provvista totali tagħhom ta’ prodott finali.

Ftehim li ma jaqgħux taħt l-Artikolu 81(1)

24. Xi kategoriji ta’ ftehim ma jaqgħux taħt l-Artikolu 81(1) minħabba n-natura tagħhom stess. Din hija normalment veru għall-koperazzjoni li ma tfissirx kordinazzjoni ta’ l-imġieba kompetittiva tal-partijiet fis-suq bħal

- koperazzjoni bejn dawk li m`humiex kompetituri,

- koperazzjoni bejn kumpanniji li qed jikkompetu li weħidhom ma jistgħux iwettqu l-proġett jew l-attività koperta mill-koperazzjoni,

- koperazzjoni li tikkonċerna attività li ma tinfluwenzax il-parametri rilevanti tal-kompetizzjoni.

Dawn il-kategoriji ta’ koperazzjoni jistgħu biss jidħlu taħt l-Artikolu 81(1) jekk jinvolvu kumpaniji li għandhom setgħa sinifikanti tas-suq [17] u x’aktarx jikkawżaw problemi ta’ għeluq kmieni rigward partijiet terzi.

Ftehim li kważi dejjem jaqgħu taħt l-Artikolu 81(1)

25. Kategorija oħra ta’ ftehim tista’ tkun stmata mill-bidu li normalment taqa’ taħt l-Artikolu 81(1). Dan jikkonċerna ftehim ta’ koperazzjoni li għandhom bħala l-iskop tagħhom ir-restrizzjoni tal-kompetizzjoni permezz ta’ fissar tal-prezz, limitazzjoni fil-provvisti jew taqsim tas-suq jew tal-klijenti. Dawn ir-restrizzjonijiet huma kunsidrati li jagħmlu l-iktar ħsara, għax direttament ifixxklu r-riżultat tal-proċess kompetittiv. L-iffissar tal-prezzijiet u l-limitazzjonijiet fuq il-provvisti direttament iwasslu biex il-klijenti jħallsu prezzijiet iktar għoljin jew ma jirċevux il-kwantitajiet mixtieqa. It-taqsim tas-swieq jew tal-klijenti jnaqqas l-għażla disponibbli għall-klijenti u għalhekk iwassal ukoll għall-prezzijiet ogħla jew provvista mnaqqsa. Għalhekk wieħed jista’ jippresumi li dawn ir-restrizzjonijiet għandhom effetti negattivi fuq is-suq. Huma għalhekk kważi dejjem projbiti [18].

Ftehim li jistgħu jaqgħu taħt l-Artikolu 81(1)

26. Ftehim li ma jaqgħux taħt il-kategoriji fuq imsemmija jeħtieġu iktar analiżi sabiex ikun deċiż jekk jaqgħux taħt l-Artikolu 81(I) jew le. L-analiżi jrid jinkludi kriterji relatati mas-suq bħall-pożizzjoni tas-suq tal-partijiet u fatturi strutturali oħra.

Setgħa fis-suq u struttura tas-suq

27. Il-bidu ta’ l-analiżi hija l-pożizzjoni tal-partijiet fis-swieq affettwati mill-koperazzjoni. Dan jiddetermina jekk x’aktarx iżommux, jiksbu jew iżidu s-setgħa tas-suq jew le mill-kooperazzjoni, jiġifieri jkunu jistgħu jikkawżaw effetti negattivi fis-suq rigward prezzijiet, provvista, innovazzjoni jew il-varjetà jew il-kwalità tal-prodotti u tas-servizzi. Biex issir din l-analiżi s-suq(swieq) rilevanti għandhom ikunu definiti bl-użu tal-metodu ta’ l-avviż tad-definizzjoni tas-suq tal-Kummissjoni [19]. Fejn tipi speċifiċi ta’ swieq huma konċernati ma’ bħal swieq tax-xiri jew tat-teknoloġija, dawn ir-regoli jipprovdu aktar gwida.

28. Jekk il-partijiet flimkien għandhom parti magħquda baxxa tas-suq [20], effett ta’ restrizzjoni mill-koperazzjoni ma tantx hija probabbli u aktar analiżi m`huwiex normalment meħtieġ. Jekk wieħed minn biss żewġ partijiet għandu biss parti insinifikanti mis-suq u m’għandux riżorsi importanti, anki parti magħquda għolja tas-suq normalment ma titqiesx li qed tindika effett ta’ restrizzjoni tal-kompetizzjoni fis-suq [21]. Minħabba l-varjetà tat-tipi ta’ koperazzjoni u l-effetti differenti li jistgħu joħolqu f’sitwzzjonijiet differenti tas-suq, huwa impossibbli li tagħti livell ġenerali ta’ parti mis-suq li fuqu setgħa biżżejjed tas-suq biex tikkawża effetti ta’ restrizzjoni jista’ jitqies.

29. Minbarra l-pożizzjoni tas-suq tal-partijiet u minbarra l-partijiet tas-suq, il-konċentrazzjoni tas-suq, jiġifieri l-pożizzjoni u n-numru ta’ kompetituri, jista’ jkun li għandha tkun ikkunsidrata bħala fattur addizzjonali biex tistma l-impatt tal-kooperazzjoni fuq il-kompetizzjoni tas-suq. Bħala indikatur, l-Indiċi Herfindahl-Hirshman ("HHI"), li jgħodd il-kaxxi tal-partijiet individwali tas-suq tal-kompetituri kollha [22], jista’ jintuża: B’HHI taħt l-1000 il-konċentrazzjoni tas-suq tista’ tkun ikkaratterizzata bħala baxxa, bejn 1000 u 1800 bħala moderata u l fuq minn 1800 bħala għolja. Indikatur possibbli ieħor ikun il-proporzjon tal-konċentrazzjoni tal-kumpannija li qed tmexxi, li tiġbor il-partijiet individwali tas-suq tal-kompetituri ewlenin [23].

30. Skond il-pożizzjoni fis-suq tal-partijiet u l-konċentrazzjoni fis-suq, fatturi oħra bħall-istabbilità tal-partijiet tas-suq matul iż-żmien, żamma fid-dħul u l-possibiltà tad-dħul fis-suq, is-setgħa li jopponu ta’ xerrejja/dawk li jipprovdu jew in-natura tal-prodotti (eż. omonġenjetà, maturità) għandhom ikunu kunsidrati wkoll. Fejn impatt fuq il-kompetizzjoni fl-innovazzjoni huwa possibbli u ma jistax ikun stmat biżżejjed fuq il-bażi tas-swieq eżistenti, fatturi speċifiċi biex janalizzaw dawn l-impatti jistgħu jittieħdu in-kunsiderazzjoni (ara l-Kapitolu 2, ftehim tar-R & Ż).

1.3.2. Artikolu 81 (3)

31. Il-ftehim li jaqgħu taħt l-Artikolu 81(1) jistgħu jkunu eżentati sakemm il-kondizzjonijiet ta’ l-Artikolu 81(3) jitħarsu. Dan ikun il-każ jekk il-ftehim

- jikkontribwixxi biex itejjeb il-produzzjoni jew id-distribuzzjoni tal-prodotti jew biex jistimola l-progress tekniku jew ekonomiku

- iħalli lill-konsumaturi parti ġusta tal-benefiċċju li jirriżulta

u ma

- jimponix restrizzjonijiet li huma indispensabbli biex jintlaħqu l-għanijiet imniżżla hawn fuq

- jippermettix il-possibbiltà li jelimina l-kompetizzjoni rigward parti sostanzjali tal-prodotti in-kwistjoni.

Benefiċċji ekonomiċi

32. L-ewwel kondizzjoni teħtieġ li l-ftehim jikkontribwixxi biex itejjeb il-produzzjoni jew id-distribuzzjoni tal-prodotti jew biex jistimula l-progress tekniku jew ekonomiku. Peress li dawn il-benefiċċji jirrigwardaw effiċjenzi statiċi jew dinamiċi, jistgħu jkunu riferuti bħala "benefiċċji ekonomiċi". Benefiċċji ekonomiċi jistgħu jkunu aktar importanti mill-effetti ta’ restrizzjoni fuq: kompetizzjoni. Per eżempju, koperazzjoni tista’ tippermetti kumpanniji joffru prodotti jew servizzi bi prezzijiet iktar baxxi, kwalità aħjar jew li joħorġu innovazzjoni aktar malajr. Ħafna mill-effiċjenzi joħorġu mill-unjoni u l-integrazzjoni tas-snajja jew ir-riżorsi differenti. Il-partijiet iridu juru li l-effiċjenzi x’aktarx huma kawżati mill-koperazzjoni u ma jistgħux jinkisbu b’mezzi inqas ristrettivi (ara wkoll iktar ‘l isfel). Pretenzjonijiet ta’ effiċjenza jridu jkunu sostanzjati. Spekulazzjonijiet jew dikjarazzjonijiet ġenerali fuq l-iffrankar ta’ nfieq mhumiex biżżejjed.

33. Il-Kummissjoni ma tikkunsidrax l-iffrankar fl-infieq li jinħoloq minn tnaqqis fil-provvista, taqsim tas-suq, jew mill-ezerċizzju biss tas-setgħa tas-suq.

Parti ġusta għall-konsumaturi

34. Il-benefiċċji ekonomiċi jridu jiffavorixxu mhux biss il-partijiet tal-ftehim, imma wkoll lill-konsumaturi. Ġeneralment, it-trasmissjoni tal-benefiċċji lill-konsumaturi tiddependi fuq l-intensità tal-kompetizzjoni ġewwa s-suq rilevanti. Pressjoni kompetittiva normalment tiżgura li l-iffrankar fl-infieq tiġi minn prezzijiet aktar baxxi jew li l-kumpanniji ikollhom inċentiv biex iġibu prodotti ġodda fis-suq malajr kemm jista’ jkun. Għalhekk, jekk kompetizzjoni biżżejjed li effettivament trażżan il-partijiet tal-ftehim tinżamm fis-suq, il-proċess kompetittiv normalment jiżgura li l-konsumaturi jirċievu parti ġusta mill-benefiċċji ekonomiċi.

Indispensabbiltà

35. Ir-restrizzjoni fuq il-kompetizzjoni trid tkun meħtieġa biex jinkisbu l-benefiċċji ekonomiċi. Jekk hemm mezzi anqas restrittivi biex jinkisbu benefiċċji simili, l-effiċjenzi mitluba ma jistgħux jintużaw biex jiġġustifikaw ir-restrizzjonijiet fuq il-kompetizzjoni. Jekk ir-restrizzjonijiet individwali humiex meħtieġa jew le jiddependi miċ-ċirkostanzi tas-suq u fuq it-tul ta’ żmien tal-ftehim. Per eżempju, ftehim esklussivi jista’ ma jħallux li parti li qed tipparteċipa li tirkeb b’xejn u għalhekk jistgħu jkunu aċċettabbli. Taħt ċerti ċirkostanzi jistgħu, pero, ma jkunux meħtieġa u jagħmlu effett ristrettiv agħar.

L-ebda eliminazzjoni tal-kompetizzjoni

36. L-aħħar norma ta’ eliminazzjoni tal-kompetizzjoni għal parti sostanzjali tal-prodotti in kwistjoni hija relatata mal-kwistjoni ta’ dominanza. Fejn impriża hija dominanti jew qed issir dominanti bħala konsegwenza ta’ ftehim orizzontali, ftehim li jipproduċi effetti kontra l-kompetizzjoni skond it-tifsira ta’ l-Artikolu 81 jistgħu bħala prinċipju ma jkunx eżentat.

Regolamenti ta’ Eżenzjoni ta’ Grupp għar-R & Ż u Speċjalizzazzjoni

37. Taħt ċerti kondizzjonijiet il-kriterji ta’ l-Artikolu 81(3) jistgħu jitqiesu mħarsa għal kategoriji speċifiċi ta’ ftehim. Dan huwa partikolarment il-każ għar-R & Ż u l-ftehim ta’ produzzjoni fejn il-forom tas-snajja’ komplimentari jew l-assi jistgħu jkunu sors ta’ effiċjenzi sostanzjali. Dawn ir-regolamenti għandhom jitqiesu bħala komplement għar-Regolamenti ta’ eżenzjoni ta’ Grupp tar-R & Ż u l-Ispeċjalizzazzjoni. Dawn ir-Regolamenti ta’ eżenzjoni tal-grupp jeżentaw l-aktar forom komuni ta’ ftehim fl-oqsma tal-produzzjoni/speċjalizzazzjoni sa massimu ta’ parti mis-suq ta’ 20 % u fil-qasam tar-R & Ż sa massimu ta’ parti mis-suq ta’ 25 % sakemm il-ftehim iħarsu l-kondizzjonijiet għall-applikazzjoni ta’ l-eżenzjoni tal-grupp u ma jkunx fihom restrizzjonijiet "iebsin" ("klawsoli suwed") li jagħmlu l-eżenzjoni tal-grupp inapplikabbli. Ir-Regolament ta’ l-eżenzjoni tal-grupp ma jipprovdux għal firda ta’ restrizzjonijiet iebsin Jekk hemm restrizzjoni waħda iebsa jew aktar, il-benefiċċju tar-Regolament ta’ l-eżenzjoni tal-grupp jintilef għall-ftehim kollu.

1.4. L-istruttura tal-kapitoli li ġejjin fuq it-tipi ta’ koperazzjoni

38. Ir-regolament huma maqsuma f’kapitoli li jirrigwardaw ċerti tipi ta’ ftehim. Kull kapitolu huwa strutturat skond il-qafas analitiku deskritt hawn fuq taħt il-punt 1.3. Fejn meħtieġ, gwida speċifika fuq id-definizzjoni tas-swieq rilevanti tingħata (eż. fil-qasam tar-R & Ż jew rigward is-swieq tax-xiri).

2. FTEHIM FUQ RIĊERKA U ŻVILUPP

2.1. Definizzjoni

39. Il-Ftehim tar-R & Ż jistgħu jvarjaw fil-forma u fl-iskop. Ivarjaw minn ċerti attivitajiet tar-R & Ż li jingħataw barra sat-titjib konġunt ta’ teknoloġiji eżistenti jew sa koperazzjoni dwar ir-riċerka, l-iżvilupp jew il-promozzjoni ta’ prodotti kompletament ġodda. Jistgħu jieħdu l-forma ta’ ftehim ta’ koperazzjoni jew ta’ kumpannija kontrollata flimkien. Dan il-kapitolu japplika għal forom kollha tal-ftehim tar-R & Ż dwar il-produzzjoni jew il-kummerċjalizzazzjoni tar-riżultati tar-R & Ż sakemm iċ-ċentru tal-gravità tal-koperazzjoni ikun fir-R & Ż, bl-eċċezzjoni ta’ sħubija u operazzjonijiet konġunti li jaqgħu taħt ir-Regolament ta’ l-Għaqda.

40. Koperazzjoni fir-R & Ż tista’ tnaqqas spejjeż doppji u mhix meħtieġa, twassal għal taħliet importanti miż-żewġ naħat ta’ ideat u esperjenza u b’hekk jirriżultaw fl-iżvilupp aktar malajr fil-prodotti u t-teknoloġiji milli jekk ma kienx ikun il-każ. Bħala regola ġenerali, il-koperazzjoni tar-R & Ż għandha t-tendenza li tkabbar l-attivitijiet kollha tar-R & Ż.

41. Impriżi żgħar u ta’ daqs medju (IŻM) jiffurmaw komunità dinamika u eteroġenea li huma iffaċċjata minn ħafna sfidi, inklużi d-domandi dejjem jikbru ta’ kumpanniji akbar li għalihom sikwit jaħdmu bħala sub-kuntratturi. Fis-setturi intensivi tar-R & Ż, IŻM li jikbru malajr, kultant aktar imsejħa "kumpanniji għadhom jibdew", ukoll jimmiraw biex isiru mexxejja f’setturi tas-suq li jiżviluppaw malajr. Biex jilqgħu dawk l-isfidi u biex jibqgħu kompetittivi, l-IŻM jeħtieġu jinnovaw kostantament. Bil-koperazzjoni fir-R & Ż hemm possibiltà li r-R & Ż kollha mill-IŻM tikber u li huma jkunu jistgħu jikkompetu b’iktar qawwa ma’ lagħba tas-suq aktar b’saħħithom.

42. Taħt ċerti ċirkostanzi, iżda, ftehim tar-R & Ż jistgħu joħolqu problemi ta’ kompetizzjoni bħal effetti ristrettivi fuq il-prezzijiet, provvisti, innovazzjoni, jew varjetà jew kwalità tal-prodotti.

2.2. Swieq rilevanti

43. Il-qofol biex ikun definit is-suq rilevanti meta jkunu stmati l-effetti ta’ ftehim tar-R & Ż huwa li jkunu definiti dawk il-prodotti, it-teknoloġiji jew l-isforzi tar-R & Ż, li se jaġixxu bħala restrizzjoni kompetittiv fuq il-partijiet. F’tarf wieħed ta’ l-ispektrum tas-sitwazzjonijiet possibbli, l-innovazzjoni tista’ tirriżulta fi prodott (jew teknoloġija) li jikkompeti f’suq ta’ prodott (jew teknoloġija) eżistenti. Dan huwa l-każ bir-R & Ż diretta lejn it-titjib jew varjazzjonijiet żgħar, bħal mudelli ġodda ta’ ċerti prodotti. Hawnhekk, effetti possibbli jikkonċernaw is-suq għall-prodotti eżistenti. Fuq it-tarf l-ieħor, l-innovazzjoni tista’ tirriżulta fi prodott kompletament ġdid li joħloq is-suq ġdid tiegħu stess (eż. l-ispektrum ta’ tilqima ġdida għal xi mard li qabel ma kellhiex kura). F’dak il-każ, is-swieq eżistenti huma biss rilevanti jekk b’xi mod huma relatati ma’ l-innovazzjoni in-kwistjoni. Bħala konsegwenza, u jekk possibbli, l-effetti tal-koperazzjoni fuq l-innovazzjoni jridu jkunu stmati. Iżda, ħafna mill-każijiet probabilment jikkonċernaw sitwazzjonijiet bejn dawn iż-żewġ estremi, jiġifieri sitwazzjonijiet li fihom sforzi fl-innovazzjoni jistgħu joħolqu prodotti (jew teknoloġija) li, fuq temp ta’ żmien, jieħdu post dawk eżistenti (eż. CDs li ħadu post id-diski). Analiżi bl-attenzjoni ta’ dawk is-sitwazzjonijiet tista’ jkollha tkopri kemm is-swieq eżistenti kif ukoll l-impatt tal-ftehim fuq l-innovazzjoni.

Swieq eżistenti

(a) Swieq ta’ prodotti

44. Meta l-koperazzjoni tikkonċerna r-R & Ż għat-titjib fil-prodotti eżistenti, dawn il-prodotti eżistenti nklużi s-sostituti viċini tagħhom jiffurmaw is-suq rilevanti konċernat mill-koperazzjoni [24].

45. Jekk l-isforzi tar-R & Ż jimmiraw għal tibdil sinifikattiv ta’ prodott eżistenti jew ukoll ta’ prodott ġdid li qed jieħu post dawk eżistenti, sostituzzjoni bil-prodotti eżistenti tista’ tkun imperfetta jew tkun fit-tul. Bħala konsegwenza, l-prodotti antiki jew dawk li qed joħorġu ġodda b’potenzal x’aktarx ma jkunux ta’ l-istess suq rilevanti. Is-suq għall-prodotti eżistenti tista’ xorta waħda tkun konċernata, jekk l-għaqda ta’ l-isforzi tar-R & Ż x’aktarx tirriżulta fil-kordinazzjoni ta’ l-imġieba tal-partijiet bħala dawk li jipprovdu l-prodotti eżistenti. L-użu tas-setgħa f’suq eżistenti, iżda, hija biss possibbli jekk il-partijiet flimkien għandhom pożizzjoni b’saħħitha rigward is-suq eżistenti tal-prodott u l-isforzi tar-R & Ż.

46. Jekk ir-R & Ż tikkonċerna komponent importanti tal-prodott finali, mhux biss is-suq ta’ dan il-komponent jista’ jkun rilevanti għall-eżami, iżda s-suq eżistenti tal-prodott finali wkoll. Per eżempju, jekk manufatturi tal-karrozzi jikkoperaw f’R & Ż relatat ma’ tip ġdid ta’ magna, is-suq tal-karozzi jista’ jkun affettwat b’din il-kooperazzjoni ta’ R & Ż. Is-suq għall-prodotti finali, iżda, huwa biss rilevanti għall-eżami, jekk il-komponent li għalih immirata r-R & Ż, huwa teknikament u ekonomikament element importanti ta’ dan il-prodotti finali u jekk il-partijiet tal-ftehim tar-R & Ż huma kompetituri importanti rigward il-prodotti finali.

(b) Swieq tat-teknoloġija

47. Koperazzjoni tar-R & Ż mhux biss tikkonċerna l-prodotti iżda wkoll it-teknoloġija. Meta d-drittijiet ta’ proprjetà intellettwali hija promossa separatament mill-prodotti konċernati li jirrelataw għalihom, is-suq rilevanti tat-teknoloġija trid tkun definita wkoll. Swieq tat-teknoloġija jikkonsistu mill-proprjetà intellettwali li hija liċenzata u s-sostituti viċin tagħha, i.e. teknoloġiji oħra li l-klijenti jistgħu jużaw bħala sostitut.

48. Il-metodoloġija biex ikunu definiti s-swieq tat-teknoloġija timxi ma’ l-istess prinċipji tad-definizzjoni tas-suq tal-prodotti [25]. Nibdew mit-teknoloġija li hija promossa mill-partijiet, wieħed jeħtieġ jidentifika dawk it-teknoloġiji oħrajn li jistgħu jaqilbu magħhom klijenti minħabba żieda żgħira imma permanenti fil-prezzijiet relattivi. Malli dawn it-teknoloġiji huma identifikati, wieħed jista’ jikkalkula l-partijiet tas-suq billi jaqsam id-dħul tal-liċenzar iġġenerat mill-partijiet mad-dħul liċenzat totali tal-bejjiegħa kollha tat-teknoloġiji li jistgħu jkunu sostitwiti.

49. Il-pożizzjoni tal-partijiet fis-suq tat-teknoloġija eżistenti hija kriterju rilevanti ta’ eżami fejn il-koperazzjoni tar-R & Ż tikkonċerna t-titjib sinifikanti tat-teknoloġija eżistenti jew teknoloġija ġdida li x’aktarx tibdel it-teknoloġija eżistenti. Il-parti tas-suq tal-partijiet tista’ iżda tittieħed biss bħala l-bidu ta’ din l-analiżi. Fis-swieq tat-teknoloġija, enfasi partikolari għandha tingħata lill-kompetizzjoni potenzali. Jekk kumpanniji, li bħalissa ma jilliċenzawx it-teknoloġija tagħhom, huma entraturi potenzjali għas-suq tat-teknoloġija jistgħu jnaqqsu l-abilità tal-partijiet li jgħollu l-prezz tat-teknoloġija tagħhom (ara Eżempju 3 hawn taħt).

Kompetizzjoni fl-innovazzjoni (sforzi ta’ R & Ż)

50. Koperazzjoni tar-R & Ż ma tistax - jew mhux biss - taffettwa l-kompetizzjoni fis-swieq eżistenti, iżda kompetizzjoni fl-innovazzjoni. Dan hu l-każ fejn il-koperazzjoni tikkonċerna l-iżvilupp ta’ prodotti/teknoloġija ġodda li jistgħu jew - jekk qed jinbtu - xi darba jibdlu dawk eżistenti jew qed ikunu żviluppati għal użu ppjanat ġdid u għalhekk mhux se jibdlu prodotti eżistenti iżda joħolqu domanda kompletament ġdida. L-effetti fuq il-kompetizzjoni fl-innovazzjoni huma importanti f’dawn is-sitwazzjonijiet, iżda f’xi każijiet jistgħu ma jkunux eżaminati biżżejjed billi tkun analizzata l-kompetizzjoni attwali jew potenzali fis-swieq eżistenti tal-prodotti/teknoloġija. Minħabba f’hekk, żewġ xenarji jistgħu jingħarfu, skond in-natura tal-proċess innovattiv f’industrija partikolari.

51. Fl-ewwel xenarju, li huwa per eżempju preżenti fl-industrija tal-farmaċewtiċi, il-proċess ta’ innovazzjoni huwa strutturat b’tali mod li huwa possibbli li fi stadju kmieni jkunu identifikati l-poli tar-R & Ż. Poli tar-R & Ż huma sforzi tar-R & Ż diretti lejn ċerta prodotti jew teknoloġija ġdida, u s-sostituti ta’ dik ir-R & Ż, i.e. R & Ż immirati biex jiżviluppaw prodotti jew teknoloġiji li jistgħu jkunu sostitwiti għal dawk żviluppati mill-koperazzjoni u li jkollhom aċċess paragunat mar-riżorsi kif ukoll bħala ħin f’waqtu simili. F’dan il-każ jista’ jkun analizzat jekk wara l-ftehim ikun fadal numru biżżejjed ta’ poli tar-R & Ż. Il-bidu ta’ l-analiżi hija r-R & Ż tal-partijiet. Imbagħad poli kompetittivi u kredibbli tar-R & Ż għandhom ikunu identifikati. Sabiex tkun eżaminata l-kredibilità tal-poli li qed jikkompetu, l-aspetti li ġejjin għandhom ikunu kunsidrati: in-natura, l-iskop u l-qies ta’ l-isforzi oħra tar-R & Ż, l-aċċess tagħhom għar-riżorsi finanzjari u umani, tagħrif/patenti, jew assi speċjalizzati oħra kif ukoll il-ħin opportun tagħhom u l-kapaċità tagħhom li jesplojtaw riżultati possibbli. Pol tar-R & Ż mhux kompetitur kredibbli jekk ma jistax ikun ikkunsidrat bħala sostitut mill-viċin għall-isforz tar-R & Ż tal-partijiet min-naħa tagħha, per eżempju, aċċess għar-riżorsi jew ħin opportun.

52. Fit-tieni xenarju, l-isforzi innovattivi f’industrija m`humiex strutturati ċar biżżejjed biex jippermettu l-identifikazzjoni tal-poli tar-R & Ż. F’din is-sitwazzjoni, il-Kummissjoni, mingħajr ċirkostanzi ta’ eċċezzjoni, ma tipprovax tistma l-impatt ta’ xi koperazzjoni ta’ R & Ż fuq innovazzjoni, iżda tillimita l-istima tagħha għas-swieq tal-prodott u/jew tat-teknoloġija li huma relatati mal-kooperazzjoni tar-R & Ż imsemmija.

Kalkolu tal-partijiet tas-suq

53. Il-kalkolu tal-partijiet tas-suq, kemm għall-iskopijiet ta’ l-eżenzjoni kollha tar-R & Ż u ta’ dawn ir-regolamenti, irid jirrifletti d-distinzjoni bejn is-swieq eżistenti u l-kompetizzjoni fl-innovazzjoni. Fil-bidu ta’ koperazzjoni il-punt ta’ riferenza huwa s-suq tal-prodotti li kapaċi jittejbu jew jinbidlu bil-prodotti taħt żvilupp. Jekk il-ftehim tar-R & Ż jimmira biss biex itejjeb jew jirfina l-prodotti eżistenti, dan is-suq jinkludi l-prodotti direttament ikkonċernati mir-R & Ż. Il-partijiet ta-suq għalhekk jistgħu jkunu kalkolati fuq il-bażi tal-valur tal-bejgħ tal-prodotti eżistenti. Jekk ir-R & Ż timmira biex tibdel prodott eżistenti, l-prodott il-ġdid, jekk ikun suċċess, isir sostitut għall-prodotti eżistenti. Biex tkun stmata l-pożizzjoni kompetittiva tal-partijiet, possibbli mill-ġdid ikunu kalkolati l-partijiet tas-suq fuq il-bażi tal-valur tal-bejgħ tal-prodotti eżistenti. Bħala konsegwenza, r-Regolament ta’ l-eżenzjoni kollha tar-R & Ż jibbaża l-eżenzjoni tiegħu ta’ dawn is-sitwazzjonijiet fuq il-parti tas-suq fis-"suq rilevanti għall-prodotti li kapaċi jittejbu jew jimbidlu minn prodotti b’kuntratt". Għal eżenzjoni awtomatika, din il-parti tas-suq ma tistax taqbeż il-25 % [26].

54. Jekk ir-R & Ż timmira biex tiżviluppa prodott li se joħloq domanda kompletament ġdida, il-partijiet tas-suq ibbażati fuq il-bejgħ ma jistgħux jinħadmu. Analiżi biss ta’ l-effetti tal-ftehim fuq il-kompetizzjoni fl-innovazzjoni huwa possibbli. Bħala konsegwenza, ir-Regolament ta’ l-eżenzjoni kollha tar-R & Ż teżenta dawn il-ftehim mingħajr ma jingħata każ tal-parti tas-suq għal perjodu ta’ seba’ snin minn meta l-prodott inħareġ l-ewwel darba fuq is-suq [27]. Iżda, il-benefiċċju ta’ l-eżenzjoni sħiħa jista’ jitneħħa jekk il-ftehim se jelimina kompetizzjoni effettiva fl-innovazzjoni [28]. Wara l-perjodu ta’ seba’ snin, il-partijiet tas-suq ibbażati fuq il-valur tas-suq jistgħu jkunu kalkolati, u l-limitu tal-parti tas-suq ta’ 25 % japplika [29].

2.3. Stima taħt l-Artikolu 81(1)

2.3.1. In-natura tal-ftehim

2.3.1.1. Ftehim li ma jaqgħux taħt l-Artikolu 81(1)

55. Bosta mill-ftehim tar-R & Ż ma jaqgħux taħt l-Artikolu 81(1). L-ewwel, dan jista jingħad għall-ftehim dwar il-koperazzjoni fir-R & Ż fi stadju pjuttost teoretiku, ‘il bogħod mill-użu tar-riżultati possibbli.

56. Aktar minn hekk, koperazzjoni tar-R & Ż bejn partijiet mhux kompetituri ġeneralment ma trażżanx il-kompetizzjoni [30]. Ir-relazzjoni kompetittiva bejn il-partijiet għandha tkun analizzata fil-kuntest ta’ swieq eżistenti u/jew innovazzjoni affettwati. Jekk il-partijiet m`humiex kapaċi jwettqu r-R & D independentement, m’hemmx kompetizzjoni ristretta. Din tista’ tapplika, per eżempju, għall-kumpanniji li jgħaqqdu flimkien snajja’, teknoloġiji u riżorsi oħra kumplimentari. Il-kwistjoni ta’ potenzal kompetittiv għandha tkun stmata fuq bażi realistiku. Per eżempju, l-partijiet ma jistgħux ikunu identifikati bħala kompetituri potenzali biss għax il-koperazzjoni tippermetti li huma jwettqu l-attivitajiet tar-R & Ż. Il-mistoqsija deċisiva hija jekk kull parti waħdu għandux il-meżżi meħtieġa rigward assi, tagħrif u riżorsi oħra.

57. Koperazzjoni tar-R & Ż permezz ta’ qbiż ta’ R & Ż li qabel kien maqbud sikwit isir minn kumpanniji speċjalizzati, istituti ta’ riċerka jew korpi akkademiċi li mhumiex attivi fl-uzu tar-riżultati. Tipikament dawn il-ftehim jingħaqdu ma’ transferiment ta’ sengħa u/jew provvista esklussiva dwar ir-riżultati possibbli. Minħabba n-natura kumplimentari tal-partijiet li qed jikkoperaw f’dawn ix-xenarji, l-Artikolu 81(1) ma japplikax.

58. Koperazzjoni tar-R & Ż li ma tinkludix l-użu flimkien tar-riżultati possibbli permezz tal-liċenzar, produzzjoni u/jew promozzjoni rari taqa’ taħt l-Artikolu 81(1). Dawn il-ftehim "puri" tar-R & Ż jistgħu joħolqu problema ta’ kompetizzjoni biss, jekk il-kompetizzjoni effettiva dwar l-innovazzjoni titnaqqas sinifikament.

2.3.1.2. Ftehim li kważi dejjem jaqgħu taħt l-Artikolu 81(1)

59. Jekk il-veru oġġett tal-ftehim mhux R & Ż imma ħolqien ta’ kartell moħbi, jiġifieri iffissar projbit tal-prezz, limitazzjoni ta’ provvista jew allokazzjoni tas-suq, jaqa’ taħt l-Artikolu 81(1). Iżda, jekk ftehim tar-R & Ż li jinkludi użu flimkien ta’ riżultati futuri possibbli mhux bilfors jirrestrinġi l-kompetizzjoni.

2.3.1.3. Ftehim li jistgħu jaqgħu taħt l-Artikolu 81(1)

60. Ftehim tar-R & Ż li ma jistgħux ikunu stmati mill-bidu li huma fiċ-ċar mhux ristrettivi jistgħu jaqgħu taħt l-Artikolu 81(1) [31] u għandhom ikunu analizzati fil-kuntest ekonomiku tagħhom. Din tapplika għall-koperazzjoni tar-R & Ż li ssir fi stadju pjuttost viċin meta se joħroġ fuq is-suq u huwa miftiehem bejn il-kumpanniji li huma kompetituri jew fi swieq eżistenti ta’ prodott/teknoloġija jew fi swieq ta’ innovazzjoni.

2.3.2. Setgħa fis-suq u strutturi tas-suq

61. Il-koperazzjoni tar-R & Ż tista’ toħloq effetti negattivi fis-suq fi tliet aspetti: L-ewwelnett, tista’ tirrestrinġi l-innovazzjoni, it-tieni tista’ twassal għall-kordinazzjoni ta’ l-imġieba tal-partijiet fis-swieq eżistenti u t-tielet, problemi ta’ għeluq qabel iż-żmien jistgħu jinħolqu fil-livell ta’ l-użu tar-riżultati possibbli. Dawn it-tipi ta’ effetti negattivi fuq is-suq, iżda, aktarx joħorġu biss meta l-partijiet tal-koperazzjoni għandhom saħħa sinifikanti fuq is-swieq eżistenti u/jew kompetizzjoni rigward l-innovazzjoni titnaqqas sinifikament. Mingħajr is-saħħa fis-suq m’hemmx inċentiv biex l-imġieba fis-swieq eżistenti tkun kordinata jew li titbaxxa jew titnaqqas l-innovazzjoni. Problema ta’ għeluq qabel iż-żmien tinħoloq biss fil-kuntest tal-koperazzjoni li tinvolvi mill-inqas membru b’saħħa sinifikanti fis-suq għal teknoloġija importanti u l-uzu esklussiva tar-riżultati.

62. M’hemmx limitu assolut ta’ parti tas-suq li turi li ftehim tar-R & Ż joħloq xi ammont ta’ saħħa fis-suq u għalhekk jaqa’ taħt l-Artikolu 81(1). Iżda, ftehim tar-R & Ż huma eżenti sakemm huma konklużi bejn partijiet li flimkien għandhom parti mis-suq li ma jaqbiżx il-25 % u li l-kondizzjonijiet l-oħra għall-applikazzjoni tar-Regolament ta’ l-Eżenzjoni Sħiħa tar-R & Ż jitħarsu. Għalhekk, għal ħafna mill-ftehim tar-R & Ż, effetti ristrettivi għandhom ikunu analizzati biss jekk il-partijiet flimkien tas-suq tal-partijiet jaqbżu l-25 %.

63. Il-ftehim li jaqgħu barra r-Regolament ta’ l-Eżenzjoni Sħiħa tar-R & Ż minħabba l-pożizzjoni aktar b’saħħitha fis-suq tal-partijiet mhux bilfors tirrestrinġi l-kompetizzjoni. Iżda, iktar ma tkun b’saħħitha l-pożizzjoni flimkien tal-partijiet fi swieq kompetittivi u/jew iktar l-kompetizzjoni fl-innovazzjoni hija ristretta, x’aktarx li l-applikazzjoni ta’ l-Artikolu 81(1) u l-istima titlob analiżi aktar dettaljata.

64. Jekk ir-R & Ż hija mmirata lejn it-titjib jew l-irfinar ta’ prodotti/teknoloġiji eżistenti l-effetti possibbli jikkonċernaw is-suq(swieq) rilevanti għal dawn il-prodotti/teknoloġija eżistenti. L-effetti fuq il-prezzijiet, provvisti u/jew innovazzjoni fis-swieq eżistenti huma, iżda, possibbli biss jekk il-partijiet flimkien għandhom pożizzjoni b’saħħitha, id-dħul huwa diffiċli u xi ftit attivitajiet oħra ta’ innovazzjoni huma identifikabbli. Aktar minn hekk, jekk ir-R & Ż tikkonċerna biss dħul relattivament żgħir fil-prodott finali, l-effetti fuq il-kompetizzjoni f’dawn il-prodotti finali huma, dejjem, limitati ħafna. Ġeneralment, distinzjoni għandha ssir bejn il-ftehim puri ta’ R & Ż u koperazzjoni aktar fid-dettal li tinvolvi stadji differenti ta’ uzu tar-riżultati (jiġifieri liċenzar, produzzjoni, promozzjoni). Kif intqal fuq, ftehim puri ta’ R & Ż rari jaqgħu taħt l-Artikolu 81(1). Din hija partikolarment veru għar-R & Ż immirat lejn titjib limitat ta’ prodotti/teknoloġija eżistenti. Jekk, fit-tali xenarju, il-kooperazzjoni tar-R & Ż tinkludi użu konġunt biss permezz ta’ liċenzar, effetti restrittivi bħal problemi ta’ għeluq qabel iż-żmien x’aktarx ma jinħolqux. Jekk, iżda, produzzjoni u/jew promozzjoni konġunta ta’ prodotti/teknoloġija ftit imtejba huma inklużi, il-koperazzjoni għandha tkun eżaminata aktar mill-viċin. L-ewwelnett, l-effetti negattivi dwar il-prezzijiet u l-provvisti fis-swieq eżistenti huma aktar probabbli fit-tali sitwazzjoni. It-tieni, l-koperazzjoni tista’ tersaq eqreb lejn ftehim ta’ produzzjoni għax l-attivitajiet tar-R & Ż jistgħu de facto ma jiffurmawx iċ-ċentru ta’ gravità ta’ din il-kollaborazzjoni.

65. Jekk ir-R & Ż hija mmirata lejn prodott (jew teknoloġija) kompletament ġdid li joħloq is-suq tiegħu ġdid, l-effetti fuq il-prezz u l-provvista eżistenti ma tantx huma probabbli. L-analiżi trid tiffoka fuq restrizzjonijiet possibbli ta’ l-innovazzjoni konċernata, per eżempju l-kwalità u l-varjeta ta’ prodotti/teknoloġija futuri possibbli jew il-veloċita’ ta’ l-innovazzjoni. Dawk l-effetti ristrettivi jistgħu jinħolqu meta tnejn jew aktar mill-ftit kumpanniji mdaħħlin fl-iżvilupp tat-tali prodott ġdid, jibdew jikkoperaw fi stadju fejn kollha huma indipendement pjuttost viċin li jinħareġ il-prodott. Fit-tali każ, l-innovazzjoni tista’ tkun ristretta anki bi ftehim ta’ R & Ż pura. Ġeneralment, iżda, il-koperazzjoni tar-R & Ż li tikkonċerna prodotti kompletament ġodda tgħin il-kompetizzjoni. Dan il-prinċipju ma jinbidilx sinifikattivament jekk l-uzu magħquda tar-riżultati, anki l-promozzjoni magħquda, hija involuta. Tabilħaqq, il-punt ta’ l-uzu magħquda f’din is-sitwazzjoni hija biss rilevanti meta għeluq qabel iż-żmien minn teknoloġiji ewlenin tidħol fix-xena. Dawn il-problemi, iżda, ma jinħolqux fejn il-partijiet joħorġu liċenzi lil terzi partijiet.

66. Ħafna mill-ftehim tar-R & Ż ikunu jinsabu bejn iż-żewġ sitwazzjonijiet spjegati hawn fuq.. Huma għalhekk jistgħu jkollhom effetti fuq l-innovazzjoni kif ukoll konsegwenzi fuq is-swieq eżistenti. Bħala konsegwenza, kemm is-suq eżistenti kif ukoll l-effett fuq l-innovazzjoni jistgħu jkunu rilevanti għall-istima fuq il-posizzjonijiet magħquda tal-partijiet, ratios ta’ konċentrazzjoni, parteċipanti/innovaturi u kondizzjonijiet tad-dħul. F’xi każijiet jista’ jkun hemm effetti ta’ prezzijiet/provvista ristretta fuq is-swieq eżistenti u impatt negattiv fuq l-innovazzjoni permezz ta’ tnaqqis fil-veloċita ta’ l-iżvilupp. Per eżempju, jekk numru sinifikanti ta’ kompetituri fuq suq ta’ teknoloġija eżistenti jikkoperaw biex jiżviluppaw teknoloġija ġdida li tista’ xi darba tibdel prodotti eżistenti, din il-koperazzjoni x’aktarx ikollha effetti ristrettivi jekk il-partijiet għandhom saħħa sinifikanti fis-suq (li tagħti inċentiv biex tisfruttaha), u jekk għandhom pożizzjoni b’saħħitha wkoll dwar ir-R & Ż. Effett simili jista’ jiġri, jekk il-parteċipant ewlieni f’suq eżistenti jikkopera ma’ kompetitur ħafna iżgħar jew anki ta’ potenzal li se joħroġ prodott/teknoloġija ġdid li jista’ jipperikola l-pożizzjoni tal-parteċipant.

67. Ftehim jistgħu wkoll jaqgħu barra l-eżenzjoni sħiħa tkun xi tkun is-saħħa tas-suq tal-partijiet. Din tapplika per eżempju għall-ftehim li jirrestrinġu l-aċċess ta’ parti għar-riżultati tax-xogħol għax, bħala regola ġenerali, ma jistimolawx il-progress tekniku u ekonomiku billi jkabbru t-tqassim tat-tagħrif tekniku bejn il-partijiet [32]. L-eżenzjoni Sħiħa tipprovdi għal eċċezzjoni speċifika għal din ir-regola ġenerali fil-każ ta’ korpi akkademiċi, istituti tar-Regolament tar-riċerka jew kumpaniji speċjalizzati li jipprovdu r-R & Ż bħala servizz u m`humiex attivi fl-użu industrijali tar-riżultati tar-riċerka u l-iżvilupp [33]. Madankollu, ta’ min jinnota li l-ftehim li fihom drittijiet esklussivi ta’ aċċess jistgħu, fejn jaqgħu taħt l-Artikolu 81(1), jilqgħu l-kriterji ta’ l-eżenzjoni taħt l-Artikolu 81(3), partikolarment fejn drittijiet esklussivi ta’ aċċess huma ekonomikament indispensabbli minħabba s-suq, ir-riskji u l-kobor ta’ l-investiment meħtieġ biex ikunu użati r-riżultati tar-riċerka u l-iżvilupp.

2.4. Stima taħt l-Artikolu 81(3)

2.4.1. Benefiċċji ekonomiċi

68. Ħafna mill-ftehim tar-R & Ż - bil-jew mingħajr l-użu magħqud tar-riżultati possibbli - iġibu benefiċċji ekonomiċi permezz ta’ ffrankar ta’ spejjeż u taħlit flimkien miż-żewġ naħat ta’ ideat u esperjenzi, li b’hekk jirriżultaw fi prodotti u teknoloġiji aħjar jew ġodda li jkunu żviluppati aktar malajr milli kieku kien xort’oħra. Taħt dawn il-kondizzjonijiet ikun jidher raġonevoli li tkun ipprovduta eżenzjoni ta’ dawn il-ftehim li jirriżultaw f’restrizzjoni tal-kompetizzjoni sa livell ta’ parti tas-suq li taħtu, għall-applikazzjoni ta’ l-Artikolu 81(3), ġeneralment, jista’ jkun preżunt li l-effetti posittivi tal-ftehim tar-riċerka u l-iżvilupp ikunu aktar b’saħħithom minn xi effetti negattivi fuq il-kompetizzjoni. Għalhekk, ir-Regolament ta’ l-Eżenzjoni Sħiħa tar-R & Ż teżenta dawk il-ftehim tar-R & Ż li jħarsu ċerti kondizzjonijiet (ara l-Artikolu 3) u li ma jinkludux restrizzjonijiet iebsin (ara l-Artikolu 5), sakemm il-parti magħquda tas-suq tal-partijiet fis-suq (swieq) eżistenti affettwat ma taqbiżx il-25 %.

69. Jekk saħħa konsiderevoli tas-suq tinħoloq jew titkabbar bil-koperazzjoni, il-partijiet iridu juru benefiċċji sinifikanti bit-twettiq tar-R & Ż, prodotti/teknoloġiji ġodda joħorġu fuq is-suq aktar malajr u effiċjenzi oħra.

2.4.2. Indispensabbiltà

70. Ftehim tar-R & Ż ma jistax ikun eżentat jekk jimponi restrizzjonijiet li m`humiex indispensabbli biex jinkisbu l-benefiċċji fuq imsemmija. Il-klawsoli individwali mniżżla fl-Artikolu 5 tar-Regolament ta’ l-eżenzjoni sħiħa tar-R & Ż f’ħafna mill-każijiet tagħmel eżenzjoni impossibbli wara stima wkoll individwali, u għalhekk tista’ titqies indikazzjoni tajba tar-restrizzjonijiet li m`humiex indispensabbli għall-koperazzjoni.

2.4.3. L-ebda eliminazzjoni tal-kompetizzjoni

71. L-ebda eżenzjoni ma tkun possibbli, jekk il-partijiet jingħataw il-possibiltà li jeliminaw il-kompetizzjoni dwar parti sostanzjali tal-prodotti (jew teknoloġiji) in kwestjoni. Fejn bħala konsegwenza tal-ftehim tar-R & Ż impriża hija dominanti jew qed issir dominanti jew fi swieq eżistenti jew dwar innovazzjoni, ftehim bħal dan li jipproduċi effetti kontra l-kompetizzjoni skond it-tifsira ta’ l-Artikolu 81 jista’ bħala prinċipju ma jkunx eżentat. Għall-innovazzjoni dan ikun il-każ, per eżempju, jekk ftehim jgħaqqad l-uniċi żewġ poli eżistenti tar-riċerka.

Ħin ta’ l-istima u ż-żmien ta’ l-eżenzjoni

72. Ftehim tar-R & Ż li jestendu għall-produzzjoni u l-promozzjoni konġunta ta’ prodotti/teknoloġija ġodda jeħtieġu attenzjoni partikolari rigward il-ħin ta’ l-istima.

73. Fil-bidu ta’ koperazzjoni tar-R & Ż, is-suċċess tiegħu u l-fatturi bħall-pożizzjoni futura fis-suq tal-partijiet kif ukoll l-iżvilupp tas-swieq futuri tal-prodott jew tat-teknoloġija huma sikwit mhux magħrufa. Bħala konsegwenza, l-istima fil-mument meta l-koperazzjoni hija furmata hija limitata għas-suq tal-prodott jew teknoloġija eżistenti (ta’ dak iż-żmien) u/jew is-swieq ta’ innovazzjoni kif deskritt f’dan il-kapitolu. Jekk, fuq il-bażi ta’ din l-analiżi, l-kompetizzjoni ma tkunx x’aktarx eliminata, il-ftehim tar-R & Ż jista’ jibbenefika minn eżenzjoni. Din normalment tkopri l-perjodu ta’ żmien tal-fażi tar-R & Ż u, safejn il-produzzjoni u l-promozzjoni konġunta tar-riżultati possibbli hija konċernata, fażi addizzjonali għall-ħruġ possibbli u introduzzjoni fuq is-suq. Ir-raġuni għal din il-fażi addizzjonali ta’ eżenzjoni hija li l-ewwel kumpanniji li jilħqu s-suq bi prodott/teknoloġija ġdida kemm-il darba jgawdu partijiet għoljin ħafna tas-suq fil-bidu u R & Ż b’suċċess hija kemm-il darba premjata bi protezzjoni ta’ proprjetà individwali. Pożizzjoni b’saħħitha fis-suq minħabba dan "il-vantaġġ għal min jiċċaqlaq l-ewwel" ma tistax normalment tkun interpretata bħala eliminazzjoni tal-kompetizzjoni. Għalhekk, l-eżenzjoni sħiħa tkopri l-ftehim tar-R & Ż għal perjodu addizzjonali ta’ seba’ snin (jiġifieri aktar mill-fażi tar-R & Ż) ma jimpurtax jekk il-partijiet jiksbux jew le parti għolja bil-prodotti/teknoloġija ġodda waqt dan il-perjodu. Din tapplika ukoll għall-istima individwali tal-każijiet li jaqgħu barra l-eżenzjoni sħiħa sakemm il-kriterji ta’ l-Artikolu 81(3) rigward l-aspetti l-oħra tal-ftehim huma mħarsa. Din ma teskludix il-possibiltà li perjodu ta’ aktar minn 7 snin ukoll jilqa’ l-kriterji ta’ l-Artikolu 81(3) jekk jista’ jintwera li l-perjodu minimu taż-żmien meħtieġ biex jiggarantixxi rendiment xieraq mill-investiment involut.

74. Jekk stima ġdida ta’ kooperazzjoni tar-R & Ż issir wara dak il-perjodu - per eżempju, wara xi ilment - l-analiżi trid tkun ibbażata fuq is-sitwazzjoni tas-suq eżistenti (ta’ dak iż-żmien). L-eżenzjoni sħiħa xorta tibqa’ tapplika jekk il-parti tas-suq rilevanti (ta’ dak iż-żmien) tal-partijiet ma jaqbiżx il-25 %. L-istess, l-Artikolu 81(3) ikompli jgħodd għall-ftehim tar-R & Ż li jaqgħu barra l-eżenzjoni sħiħa sakemm il-kriterji għal eżenzjoni huma mħarsa.

2.5. Eżempji

75. Eżempju 1

Sitwazzjoni: Hemm żewġ kumpanniji ewlenin fis-suq Ewropew għall-manifattura ta’ komponenti elettroniċi eżistenti: A (30 %) u B (30 %). It-tnejn għamlu investiment sinifikanti fir-R & Ż meħtieġa biex jiżviluppaw komponenti elettroniċi żgħar ħafna u żviluppaw prototipi tal-bidu Huma issa jiftehmu li jgħaqqdu dawn l-isforzi tar-R & Ż billi jwaqqfu JV biex tlesti ir-R & Ż u tipproduċi l-komponenti, li jinbiegħu lura lill-kumpanniji ewlenin, li jikkummerċjalizzawhom separatament. Il-bqija tas-suq huwa magħmul minn kumpanniji żgħar mingħajr riżorsi suffiċjenti biex jagħmlu l-investimenti meħtieġa.

Analiżi: Komponenti elettroniċi żgħar ħafna, filwaqt li x’aktarx jikkompetu mal-komponenti eżistenti f’ċerti oqsma, huma essenzalment teknoloġija ġdida u analiżi trid issir tal-poli tar-riċerka li se jmorru lejn dan is-suq futur. Jekk il-JV timxi ‘l quddiem allura triq waħda tkun teżisti għat-teknoloġija meħtieġa tal-manifattura, filwaqt li x’aktarx ikun jidher li A u B jistgħu jilħqu s-suq individwalment bi prodotti separati. Filwaqt li l-ftehim jista’ jkollu vantaġġi biex iġib teknoloġija ġdida l quddiem aktar malajr, huwa wkoll inaqqas il-varjetà u joħloq infieq komuni bejn il-partijiet. Aktar minn hekk, il-possibiltà li l-partijiet jużaw il-pożizzjoni b’saħħitha tagħhom fis-suq eżistenti trid tkun ikkkunsidrata. Peress li mhux se jiltaqgħu ma’ kompetizzjoni fil-livell tar-R & Ż, l-inċentivi tagħhom biex ifittxu teknoloġija ġdida b’ritmu aktar mgħaġġel jistgħu jkunu mnaqqsa sew. Għalkemm uħud minn dawn il-ħsibijiet jistgħu jitranġaw billi l-partijiet jinħtieġu jilliċenzaw l-għarfien ewlieni għall-manifattura tal-komponenti żgħar ħafna lill-terzi persuni fuq termini raġjonevoli, jista’ jkun possibbli li jitranġaw l-affarijiet kollha u jitħarsu l-kondizzjonijiet għal eżenzjoni.

76. Eżempju 2

Sitwazzjoni: Kumpannija żgħira tar-riċerka A li m’għandhiex l-organizzazzjoni ta’ promozzjoni tagħha stess skopriet u għamlet patenti ta’ sostanza farmaċewtika bażata fuq teknoloġija ġdida li se tbiddel għal kollox it-trattament ta’ ċerta marda. Il-kumpannija A tidħol fi ftehim tar-R & Ż ma’ produttur farmaċewtiku kbir B ta’ prodotti li s’issa ntużaw biex jittrattaw il-marda. Il-kumpannija B m’għandhiex xi programm simili tar-R & Ż. Għall-prodotti eżistenti l-kumpannija B għandha parti mis-suq ta’ madwar 75 % fl-Istati Membri kollha iżda l-patenti se jiskadu matul il-perjodu tal-ħames snin li jmiss. Jeżistu żewġ poli oħra tar-riċerka f’madwar l-istess stadju ta’ żvilupp bl-użu ta’ teknoloġija ġdida bażikament l-istess. Il-kumpannija B tipprovdi finanzjament u tagħrif konsiderevoli għall-iżvilupp tal-prodott, kif ukoll għall-aċċess futur tas-suq. Il-kumpannija B tingħata liċenza għall-produzzjoni u d-distribuzzjoni esklussivi tal-prodott li jirriżulta fil-perjodu tal-patenti. Huwa mistenni li l-partijiet jistgħu flimkien iġibu l-prodott fis-suq f’ħames sa seba’ snin.

Analiżi: Il-prodott x’aktarx ikun tas-suq rilevanti ġdid. Il-partijiet iġibu riżorsi u snajja’ kumplimentari lill-koperazzjoni, u l-probabilità li l-prodott imur fuq is-suq tiżdied sostanzjalment. Għalkemm il-kumpannija B x’aktarx ikollha saħħa konsiderevoli tas-suq fuq is-suq eżistenti, din is-saħħa tonqos ‘il quddiem u l-eżistenza ta’ poli oħra ta’ riċerka x’aktarx jeliminaw kull inċentiv biex jitnaqqsu l-isforzi tar-R & Ż. Id-drittijiet ta’ użu matul il-perjodu li baqa’ tal-patenti x’aktarx ikunu jinħtieġu minn Kumpannija B biex tagħmel l-investimenti konsiderevoli meħtieġa u Kumpannija A m’għandhiex ir-riżorsi tagħha stess ta’ promozzjoni. Il-ftehim għalhekk x’aktarx ma jirrestrinġix il-kompetizzjoni.

77. Eżempju 3

Sitwazzjoni: Żewġ kumpanniji ta’ l-inġinerija li jipproduċu komponenti tal-vetturi, jiftehmu li jwaqqfu JV biex jgħaqqdu l-isforzi tar-R & Ż tagħhom biex itejbu l-produzzjoni u l-operat ta’ komponent eżistenti. Huma wkoll jgħaqqdu l-kummerċ tal-liċenzar tat-teknoloġija eżistenti f’dan il-qasam, iżda jkomplu bil-manifattura separatament. Iż-żewġ kumpanniji għandhom partijiet tas-suq fl-Ewropa ta’ 15 % u 20 % tal-bejgħ tal-prodott ta’ l-OEM. Hemm żewġ kompetituri ewlenin oħra flimkien ma’ ħafna programmi interni ta’ riċerka minn manifatturi kbar tal-vetturi. Fis-suq ta’ madwar id-dinja għal-liċenzar tat-teknoloġija ta’ dawn il-prodotti għandhom partijiet ta’ 20 % u 25 % f’termini ta’ dħul ġenerat, u hemm żewġ teknoloġiji ewlenin oħra. Il-ħajja tal-prodott għall-komponent hija tipikament sentejn sa tlett snin. F’kull waħda mill-aħħar ħames snin waħda mill-kumpaniji ewlenin introduċiet verżjoni jew modifika ġdida.

Analiżi: Peress li l-isforz tar-R & Ż ta’ l-ebda kumpannija m’huwa mirat għal prodott kompletament ġdid, is-swieq għal kunsiderazzjoni huma għall-komponenti eżistenti u għal-liċenzar tat-teknoloġija rilevanti. Għalkemm il-programmi eżistenti tar-R & Ż jidħlu sew fuq xulxin, id-duplikazzjoni mnaqqsa bil-koperazzjoni tippermettilhom li jonfqu aktar fuq ir-R & Ż milli individwalment. Bosta teknoloġiji oħra jeżistu u l-partijiet magħqudin tas-suq tal-partijiet fuq is-suq ta’ l-OEM ma ġġibhomx f’pożizzjoni dominanti. Għalkemm il-parti tas-suq tagħhom fuq is-suq tat-teknoloġija, bi 45 % hija għolja ħafna, hemm teknoloġiji li jikkompetu. Barra minn hekk, il-manifatturi tal-vetturi, li bħalissa ma jilliċenzawx it-teknoloġija tagħhom,għandhom il-potenzal li jidħlu f’dan is-suq u b’hekk jillimitaw l-abilità tal-partijiet li jgħollu l-prezz. Kif deskritt, il-JV x’aktarx tibbenefika minn eżenzjoni.

3. FTEHIM TAL-PRODUZZJONI (INKLUŻI FTEHIM TA’ SPEĊJALIZZAZZJONI)

3.1. Definizzjoni

78. Ftehim tal-produzzjoni jistgħu jvarjaw fil-forma u fl-iskop. Jistgħu jieħdu l-forma ta’ produzzjoni konġunta b’joint venture [34], jiġifieri kumpannija kontrollata flimkien li tmexxi faċilità waħda jew bosta tal-produzzjoni, jew issir permezz ta’ ftehim ta’ speċjalizzazzjoni jew ta’ kuntratti ġewwa kuntratti fejn wieħed mill-partijiet jiftiehem li jwettaq il-produzzjoni ta’ ċerta prodott.

79. Ġeneralment, wieħed jista’ jiddistingwi tliet kategoriji ta’ ftehim tal-produzzjoni: Ftehim ta’ produzzjoni flimkien, fejn il-partijiet jaqblu li jipproduċu ċerti prodotti flimkien, (unilaterali u reċiproki) ftehim ta’ speċjalizzazzjoni fejn il-partijiet jaqblu unilateralment jew reċiprokament li jwaqqfu l-produzzjoni ta’ prodott u li jixtruh mill-parti l-oħra, u ftehim ta’ kuntratti ġewwa kuntratti fejn parti (il-"kuntrattur") jafda parti oħra (is-"sub-kuntrattur") bil-produzzjoni ta’ prodott.

80. Ftehim ta’ kuntratti ġewwa kuntratti huma ftehim vertikali. Huma għalhekk, sal-punt li fihom restrizzjonijiet fuq il-kompetizzjoni, koperti mir-Regolament ta’ l-Eżenzjoni Sħiħa u r-Regoli tat-Trażżin Vertikali. Hemm iżda żewġ eċċezzjonijiet għal din ir-regola: Ftehim ta’ kuntratti ġewwa kuntratti bejn kompetituri [35], u ftehim ta’ kuntratti ġewwa kuntratti bejn dawk li m`humiex kompetituri li jinvolvi t-trasferiment ta’ għarfien lis-sub-kuntrattur [36].

81. Ftehim ta’ kuntratti ġewwa kuntratti bejn kompetituri huma koperti b’dawn ir-regoli [37]. Gwida għall-eżami ta’ ftehim ta’ kuntratti ġewwa kuntratti bejn dawk li m`humiex kompetituri li jinvolvu t-trasferiment ta’ għarfien lis-sub-kuntrattur tingħata f’Avviż separat [38].

3.2. Swieq rilevanti

82. Sabiex tkun eżaminata r-relazzjoni kompetittiva bejn il-partijiet li qed jikkoperaw, il-prodott rilevanti u s-suq(swieq) ġeografiku direttament ikkonċernat bil-koperazzjoni (jiġifieri s-suq (swieq) tal-prodotti suġġetti għall-ftehim) iridu l-ewwel ikunu definiti. It-tieni, ftehim ta’ produzzjoni f’suq wieħed jista’ wkoll jaffettwa l-imġieba kompetittiva tal-partijiet f’suq li sejjer ħażin jew tajjeb jew swieq ġirien relatati mill-viċin mas-suq direttament konċernat bil-koperazzjoni [39] (l-hekk imsejħa "swieq li jfuru"). Iżda, effetti ta’ tifwir jiġru biss jekk il-koperazzjoni f’suq wieħed bilfors jirriżulta fil-kordinazzjoni ta’ mġieba kompetittiva f’suq ieħor, jiġifieri jekk is-swieq huma konnessi b’interdipendenzi, u jekk il-partijiet huma f’pożizzjoni b’saħħitha fis-suq li qed ifur.

3.3. Stima taħt l-Artikolu 81(1)

3.3.1. In-natura tal-ftehim

83. Is-sors ewlieni tal-problemi tal-kompetizzjoni li jistgħu jinħolqu mill-ftehim tal-produzzjoni hija l-kordinazzjoni ta’ l-imġieba kompetittiva tal-partijiet bħala dawk li jipprovdu. Din it-tip ta’ problema ta’ kompetizzjoni tinħoloq meta l-partijiet li qed jikkoperaw huma kompetituri attwali jew potenzali f’mill-inqas waħda mis-suq(swieq) rilevanti, jiġifieri fis-swieq direttament konċernati bil-koperazzjoni u/jew swieq possibbli li jfuru.

84. Il-fatt li l-partijiet huma kompetituri ma joħloqx awtomatikament il-kordinazzjoni ta’ l-imġieba tagħhom. Barra minn hekk, il-partijiet normalment għandhom bżonn jikkoperaw dwar il-parti sinifikanti ta’ l-attivitajiet tagħhom sabiex jiksbu livell sostanzjali ta’ nfieq komuni. Aktar ma jkun għoli l-livell ta’ nfieq komuni, aktar il-potenzal għal-limitazzjoni tal-kompetizzjoni tal-prezz, speċjalment fil-każ ta’ prodotti l-istess.

85. Barra l-interessi ta’ kordinazzjoni, il-ftehim ta’ produzzjoni jista’ wkoll joħloq problemi ta’ għeluq qabel iż-żmien u effetti negattivi oħra lejn partijiet terzi. M`humiex kawżati minn relazzjoni kompetittiva bejn il-partijiet, iżda minn pożizzjoni b’saħħitha fis-suq ta’ mill-anqas parti waħda (per eżempju f’suq li sejjer tajjeb ta’ komponent ewlieni, li jippermetti li l-partijiet jgħollu l-ispejjeż tal-kompetituri tagħhom f’suq li sejjer ħażin) fil-kuntest ta’ relazzjoni aktar vertikali jew kumplimetari bejn il-partijiet li qed jikkoperaw. Għalhekk, il-possibbiltà ta’ għeluq qabel iż-żmien hemm bżonn primarjament tkun eżaminata fil-każ ta’ produzzjoni flimkien ta’ komponent importanti u ta’ kuntratt ġewwa kuntratt (ara aktar ‘l isfel).

3.3.1.1. Ftehim li ma jaqgħux taħt l-Artikolu 81(1)

86. Sakemm ma jinħolqux problemi ta’ għeluq qabel iż-żmien, ftehim ta’ produzzjoni bejn dawk li m`humiex kompetituri normalment ma jinqabdux mill-Artikolu 81(1). Din hija veru wkoll għall-ftehim fejn id-dħul jew il-komponenti li s’issa kienu manifatturati għall-konsum tagħhom stess (produzzjoni magħluqa) jinxtraw minn terza persuna permezz ta’ kuntratt ġewwa kuntratt jew speċjalizzazzjoni unilaterali, sakemm ma jkunx hemm indikazzjonijiet li l-kumpannija li s’issa pproduċiet biss għall-konsum tagħha stess setgħet daħlet fis-suq merkantili għall-bejgħ lil terzi persuni mingħajr ma teħel spejjeż jew riskji sinifikanti addizzjonali bħala risposta għat-tibdiliet permanenti żgħar dwar il-prezzjijiet tas-suq.

87. Anki l-ftehim tal-produzzjoni bejn il-kompetituri mhux bilfors jaqgħu taħt l-Artikolu 81(1). L-ewwelnett, il-koperazzjoni bejn il-kumpanniji li jikkompetu fi swieq relattati mill-viċin ma’ swieq direttament konċernati bil-koperazzjoni, ma jistgħux ikunu definiti bħala li jirrestrinġu l-kompetizzjoni, jekk il-koperazzjoni hija l-unika mod kummerċjalment ġustifikabbli biex jidħlu f’suq ġdid, biex jintefa’ prodott jew servizz ġdid fuq is-suq jew li jitwettaq proġett speċifiku.

88. It-tieni, effett fuq l-imġieba kompetittiva tal-partijiet bħala dawk li jipprovdu għas-suq ma tantx tidher possibbli jekk il-partijiet għandhom proporzjon żgħir komuni ta’ l-ispejjeż totali tagħhom. Per eżempju, livell baxx ta’ spejjeż totali komuni jista’ jkun meħud fejn żewġ kumpanniji jew aktar jaqblu fuq speċjalizzazzjoni/produzzjoni flimkien ta’ prodott intermedjarju li jagħmel biss proporzjon żgħir ta’ l-ispejjeż tal-produzzjoni ta’ prodott finali u, bħala konsegwenza, l-ispejjeż totali. L-istess jgħodd għal ftehim ta’ kuntratt ġewwa kuntratt bejn kompetituri fejn id-dħul li kompetitur wieħed jixtri mingħand ieħor jagħmel biss proporzjon żgħir ta’ l-ispejjeż tal-produzzjoni tal-prodott finali. Livell baxx ta’ spejjeż totali komuni jista’ wkoll jittieħed meta l-partijiet flimkien jimmanifatturaw prodott finali, imma proporzjon żgħir biss meta paragunat mal-ħruġ totali tal-prodott finali. Anki jekk proporzjon sinifikanti huwa prodott flimkien, il-livell ta’ spejjeż totali komuni jista’ xorta waħda jkun baxx jew moderat, jekk il-kooperazzjoni tikkonċerna prodotti eteroġeni li jeħtieġu promozzjoni tqum il-flus.

89. It-tielet, il-ftehim ta’ kuntratti ġewwa kuntratti bejn il-kompetituri li ma jaqgħux taħt l-Artikolu 81(1) jekk huma limitati għall-bejgħ individwali mingħajr aktar obbligi u mingħajr ma jiffurmaw parti minn relazzjoni aktar kummerċjali bejn il-partijiet [40]

3.3.1.2. Ftehim li kważi dejjem jaqgħu taħt l-Artikolu 81(1)

90. Ftehim li jiffissaw il-prezzijiet tal-provvisti tas-suq tal-partijiet, jillimitaw il-provvisti jew jaqsmu s-suq jew il-gruppi ta’ konsumaturi għandhom il-mira li jirrestrinġu l-kompetizzjoni u kważi dejjem jaqgħu taħt l-Artikolu 81(1). Din, iżda, ma tgħoddx għall-każijiet

- meta l-partijiet jaqblu fuq il-provvista konċernata direttament mill-ftehim tal-produzzjoni (eż. il-kapaċità u l-volum tal-produzzjoni ta’ joint venture jew l-ammont miftiehem tal-prodotti li jingħataw biex jinħadmu barra l-kumpannija), jew

- meta joint venture tal-produzzjoni li wkoll twettaq distribuzzjoni ta’ prodotti manifatturati tiffissa l-prezzijiet tal-bejgħ ta’ dawn il-prodotti, sakemm l-iffissar tal-prezz mill-joint venture huwa l-effett ta’ l-integrazzjoni ta’ funzjonijiet varji [41].

Fiż-żewġ xenarji, il-ftehim fuq il-provvista jew fuq il-prezzijiet ma jkunux eżaminati separatament, iżda fid-dawl ta’ l-effetti kollha tal-joint venture fuq is-suq sabiex tkun stabbilita l-applikazzjoni ta’ l-Artikolu 81(1).

3.3.1.3. Ftehim li jistgħu jaqgħu taħt l-Artikolu 81(1)

91. Ftehim tal-produzzjoni li ma jistgħux ikunu karatterizzati biċ-ċar bħala restrittivi jew mhux restrittivi fuq il-bażi tal-fatturi ta’hawn fuq jistgħu jaqgħu taħt l-Artikolu 81(1) [42] u jridu jkunu analizzati fil-kuntest ekonomiku tagħhom. Dan japplika għall-ftehim tal-koperazzjoni bejn il-kompetituri li joħolqu livell sinifikanti ta’ spejjeż komuni, iżda ma jdaħħlux restrizzjonijiet iebsin kif deskritt fuq.

3.3.2. Setgħa fis-suq u strutturi tas-suq

92. Il-bidu ta’ l-analiżi hija l-pożizzjoni tal-partijiet fis-suq(swieq) konċernat(i). Dan minħabba l-fatt li mingħajr is-saħħa fis-suq il-partijiet ta’ ftehim tal-produzzjoni m’għndhomx inċentiv biex jikkordinaw l-imġieba kompetittiva tagħhom bħala dawk li jipprovdu. It-tieni, m’hemm l-ebda effett fuq il-kompetizzjoni fis-suq mingħajr is-saħħa tas-suq tal-partijiet, anki jekk il-partijiet jikkordinaw l-imġieba tagħhom.

93. M’hemmx minimu assolut ta’ parti tas-suq li turi li ftehim tal-produzzjoni joħloq xi ammont ta’ saħħa fis-suq u għalhekk jaqa’ taħt l-Artikolu 81(1). Iżda, ftehim li jikkonċernaw l-ispeċjalizzazzjoni unilaterali jew reċiproka kif ukoll il-produzzjoni flimkien huma eżenti kollha sakemm huma konklużi bejn partijiet li flimkien għandhom parti mis-suq li ma taqbiżx l-20 % fis-suq(swieq) rilevanti u li l-kondizzjonijiet l-oħra għall-applikazzjoni tar-Regolament ta’ l-Eżenzjoni Sħiħa ta’ l-Ispeċjalizzazzjoni jitħarsu. Għalhekk, għall-ftehim koperti mill-eżenzjoni sħiħa, effetti ristrettivi għandhom ikunu analizzati biss jekk il-partijiet flimkien tas-suq tal-partijiet jaqbżu l-20 %.

94. Ftehim li m`humiex koperti mir-Regolament ta’ l-eżenzjoni sħiħa jeħtieġu analiżi aktar dettaljata. Il-bidu hija l-pożizzjoni tas-suq tal-partijiet. Dan normalment ikun segwit mill-proporzjon tal-konċentrazzjoni u n-numru tal-parteċipanti kif ukoll fatturi oħra kif deskritt fil-Kapitolu 1.

95. Is-soltu l-analiżi tinvolvi biss is-suq(swieq) rilevanti li l-koperazzjoni hija direttament ikkonċernata miegħu. Taħt ċerti ċirkostanzi, eż. jekk il-partijiet għandhom pożizzjoni magħquda b’saħħitha ħafna fi swieq li sejrin tajjeb jew li sejrin ħażin jew fi swieq li mod ieħor huma relattati mill-viċin mas-swieq li l-koperazzjoni hija konċernata direttament, dawn is-swieq li qed ifuru għandhom iżda jkunu analizzati wkoll. Dan japplika partikolarment għall-koperazzjoni fis-swieq li sejrin sew minn kumpanniji li wkoll igawdu minn pożizzjoni magħquda b’saħħitha tas-suq fi swieq aktar baxxi. L-istess, problemi ta’ għeluq qabel iż-żmien jista’ jkun hemm bżonn li jkunu eżaminati jekk il-partijiet individwali għandhom pożizzjoni b’saħħitha jew bħala dawk li jipprovdu jew xerrejja ta’ xi dħul.

Il-pożizzjoni fis-suq tal-partijiet, il-proporzjon tal-konċentrazzjoni, in-numru ta’ parteċipanti u fatturi strutturali oħra

96. Jekk il-parti magħquda tas-suq tal-partijiet hija akbar minn 20 %, l-impatt possibbli tal-ftehim tal-produzzjoni fuq is-suq irid ikun stmat. F’dan ir-rigward il-konċentrazzjoni tas-suq kif ukoll il-partijiet tas-suq ikunu fattur sinifikanti. Aktar ma jkun għoli s-sehem magħqud tas-suq, aktar tkun għolja l-konċentrazzjoni tas-suq konċernat. Iżda, sehem tas-suq moderament ogħla milli permezz fl-eżenzjoni sħiħa mhux bilfors tfisser proporzjon għoli ta’ konċentrazzjoni. Per eżempju, sehem magħqud tas-suq tal-partijiet ta’ kemm kemm aktar minn 20 % jista’ jiġri f’suq b’konċentrazzjoni moderata (HHI taħt 1800). F’xenarju bħal dan effett ristrettiv ma tantx huwa possibbli. F’suq aktar konċentrat, iżda, sehem tas-suq ta’ aktar minn 20 % jista’, ma’ elementi oħra, iwassal għal restrizzjoni fil-kompetizzjoni (ara wkoll l-eżempju 1 aktar ‘l isfel). L-istampa tista’ madankollu tinbidel, jekk is-suq huwa dinamiku ħafna b’parteċipanti ġodda li jidħlu fis-suq u l-posizzjonijiet fis-suq jinbidlu spiss.

97. Għall-produzzjoni flimkien, effetti tan-network, jiġifieri konnessjonijiet bejn numru sinifikanti ta’ kompetituri, jistgħu wkoll ikollhom rwol importanti, F’suq konċentrat il-ħolqien ta’ konnessjoni addizzjonali tista’ taqleb il-bilanċ u tagħmel ftehim f’dan is-suq possibbli, anki jekk il-partijiet għandhom sehem flimkien tas-suq sinifikanti, iżda xorta moderat.

98. Taħt ċirkostanzi speċifiċi koperazzjoni bejn kompetituri ta’ potenzal tista’ wkoll toħloq interessi kompetittivi. Din, iżda, hija limitata għall-każijiet fejn parteċipant b’saħħtu f’suq wieħed jikkopera ma’ wieħed b’potenzal realistiku għadu dieħel, per eżempju, ma’ wieħed b’saħħtu li jipprovdi l-istess prodott jew servizz f’suq ġeografiku ġirien. It-tnaqqis tal-kompetizzjoni potenzali joħloq problemi partikolari jekk il-kompetizzjoni attwali diġà hija dgħajfa u theddida tad-dħul hija sors ewlieni ta’ kompetizzjoni.

Koperazzjoni fi swieq sejrin sew

99. Il-produzzjoni flimkien ta’ komponent importanti jew dħul ieħor fil-prodott finali tal-partijiet tista’ toħloq effetti negattivi fuq is-suq taħt ċirkostanzi inċerti:

- Problemi ta’ għeluq qabel iż-żmien (ara l-eżempju 3 hawn taħt) sakemm il-partijiet għandhom pożizzjoni b’saħħitha fuq is-suq rilevanti tad-dħul (użu mhux magħluq) u li t-tibdil bejn l-użu magħluq u dak mhux magħluq ma jkunx hemm fil-preżenza ta’ żieda żgħira imma permanenti fil-prezz relattiv għall-prodott in-kwistjoni.

- Effetti ta’ tfawwir (ara l-eżempju 4 hawn taħt) sakemm id-dħul huwa komponent importanti ta’ l-infieq u li l-partijiet għandhom pożizzjoni b’saħħitha fis-suq li sejjer ħażin tal-prodott finali.

Ftehim ta’ kuntratti ġewwa kuntratti bejn il-kompetituri

100. Problemi simili jistgħu jinħolqu jekk kompetitur jagħmel kuntratt ġewwa kuntratt dwar komponent importanti jew dħul ieħor għall-prodott finali minn kompetitur. Dan jista’ jwassal għal:

- Problemi ta’ għeluq qabel iż-żmien sakemm il-partijiet għandhom pożizzjoni b’saħħitha jew bħala dawk li jipprovdu jew bħala xerrejja fis-suq tad-dħul rilevanti (użu mhux magħluq). Kuntratti ġewwa kuntratti jistgħu mbagħad iwasslu għal kompetituri oħra li ma jkunux jistgħu jiksbu dan id-dħul bi prezz kompetittiv jew lill-oħrajn li jipprovdu li ma jistgħux jipprovdu d-dħul kompetittivament jekk se jitilfu parti kbira mid-domanda tagħhom.

- Effetti ta’ tfawwir sakemm id-dħul huwa komponent importanti ta’ l-infieq u li l-partijiet għandhom pożizzjoni b’saħħitha fis-suq li sejjer ħażin tal-prodott finali.

Ftehim ta’ speċjalizzazzjoni

101. Ftehim reċiproki ta’ speċjalizzazzjoni bl-ishma tas-suq barra l-limitu ta’ l-eżenzjoni sħiħa kważi dejjem jaqgħu taħt l-Artikolu 81(1) u għndhom ikunu eżaminati bir-reqqa minħabba r-riskju tal-taqsim tas-suq (are l-eżempju 5 hawn taħt).

3.4. Stima taħt l-Artikolu 81(3)

3.4.1. Benefiċċji ekonomiċi

102. Ħafna mit-tipi komuni tal-ftehim tal-produzzjoni jistgħu jitqiesu li joħolqu benefiċċji ekonomiċi f’forma ta’ ekonomiji tad-daqs jew l-iskop jew teknoloġiji aħjar tal-produzzjoni sakemm mhumiex strument għall-iffissar tal-prezz, restrizzjoni tal-provvisti jew allokazzjoni tas-suq jew tal-klijenti. Taħt dawn il-kondizzjonijiet ikun jidher raġonevoli li tkun ipprovduta eżenzjoni tat-tali ftehim li jirriżultaw f’restrizzjoni tal-kompetizzjoni sa livell tas-sehem tas-suq li taħtu, għall-applikazzjoni ta’ l-Artikolu 81(3), ġeneralment, jista’ jkun preżunt li l-effetti posittivi tal-ftehim tal-produzzjoni jkunu aktar b’saħħithom minn xi effetti negattivi fuq il-kompetizzjoni. Għalhekk, ftehim li jikkonċernaw l-ispeċjalizzazzjoni unilaterali jew reċiproka kif ukoll l-produzzjoni flimkien huma eżentati kollha (Regolament ta’ l-eżenzjoni sħiħa ta’ l-Ispeċjalizzazzjoni) sakemm ma fihomx restrizzjonijiet iebsin (ara l-Artikolu 5) u li huma konlużi bejn il-partijiet b’sehem flimkien tas-suq li ma jaqbiżx l-20 % fis-suq(swieq) rilevanti.

103. Għal dawk il-ftehim mhux koperti mill-eżenzjoni sħiħa l-partijiet iridu juri titjib fil-produzzjoni jew effiċjenzi oħra. Effiċjenzi li bihom jibbenefikaw biss il-partijiet jew iffrankar ta’ nfieq li ġej mit-tnaqqis fil-provvisti jew mill-allokazzjoni tas-suq ma jistgħux ikunu kunsidrati.

3.4.2. Indispensabbiltà

104. Restrizzjonijiet li jmorru ‘l hinn milli hemm bżonn biex jinkisbu l-benefiċċji ekonomiċi deskritti fuq ma jkunux aċċettati. Per eżempju, l-partijiet ma għandhomx ikunu ristretti fl-imġieba kompetittiva tagħhom fuq il-provvisti barra l-koperazzjoni.

3.4.3. L-ebda eliminazzjoni tal-kompetizzjoni

105. L-ebda eżenzjoni ma tkun possibbli, jekk il-partijiet jingħataw il-possibiltà li jeliminaw il-kompetizzjoni dwar parti sostanzjali tal-prodotti in-kwistjoni. Fejn bħala konsegwenza tal-ftehim tal-produzzjoni impriża hija dominanti jew qed issir dominanti, bħala ftehim li jipproduċi effetti kontra l-kompetizzjoni skond it-tifsira ta’ l-Artikolu 81 jista’ bħala prinċipju ma jkunx eżentat. Dan għandu jkun analizzat fuq is-swieq rilevanti li għalih jappartjenu l-prodotti suġġetti għall-kooperazzjoni u fuq is-swieq possibbli tat-tfawwir.

3.5. Eżempji

Produzzjoni konġunta

106. Iż-żewġ eżempji li ġejjin jikkonċernaw każijiet ipotetiċi li joħolqu problemi fuq is-suq rilevanti li għalih jappartjenu l-prodotti manifatturati flimkien.

107. Eżempju 1

Sitwazzjoni: Tnejn li jipprovdu, A u B, il-prodott kimiku bażiku X jiddeċiedu li jibnu impjant ġdid tal-produzzjoni permezz ta’ joint venture. Dan l-impjant jipproduċi madwar 50 % tal-provvista totali tagħhom. X huwa prodott komuni u ma jistax ikun sostitwit minn prodotti oħra, jiġifieri jifforma suq rilevanti għalih innifsu. Is-suq huwa daqsxejn staġnat. Il-partijiet mhux se jżidu sinifikament il-provvisti totali, iżda jagħalqu żewġ fabbriki antiki u jittrasferu l-kapaċità għall-impjant il-ġdid. A u B kull wieħed għandhom sehem fis-suq ta’ 20 %. Hemm tliet produtturi sinifikanti oħra kull wieħed b’sehem ta’ 10-15 % u ftit parteċipanti iżgħar.

Analiżi: X’aktarx li din il-joint venture ikollha effett fuq l-imġieba kompetittiva tal-partijiet għax il-koordinazzjoni tagħtihom saħħa konsiderevoli fis-suq, jew mhux ukoll pożizzjoni dominanti. Effetti ħorox ta’ restrizzjoni huma probabbli fis-suq. Qligħ minn effiċjenzi għolja li jistgħu jkunu aktar minn dawn l-effetti ma tantx huma possibbli f’xenarju bħal dan fejn żieda sinifikanti fil-provvista mhux mistennija.

108. Eżempju 2

Sitwazzjoni: Tnejn li jipprovdu, A u B, jffurmaw joint venture ta’ produzzjoni fl-istess suq rilevanti bħal ta’ l-eżempju 1. Il-joint venture ukoll tipproduċi 50 % tal-provvisti totali tal-partijiet. A u B kull wieħed għandhom sehem fis-suq ta’ 15 %. Hemm 3 parteċipanti oħra: Ċ b’sehem fis-suq ta’ 30 %, D b’25 % u E b’15 %. B diġa għandha impjant ta’ produzzjoni flimkien ma’ E.

Analiżi: Hawhekk is-suq huwa karatteriżżat bi ftit wisq parteċipanti u strutturi pjuttost simetriċi. Il-joint venture toħloq konnessjoni addizzjonali bejn il-parteċipanti. Kordinazzjoni bejn A u B iżżid de facto aktar il-konċentrazzjoni u wkoll tagħmel konnessjoni ta’ E ma’ A u B. Din il-koperazzjoni x’aktarx toħloq effett ristrettiv iebes, u - bħal f’eżempju 1 - qligħ minn effiċjenzi għoljin ma jistgħux ikunu mistennija.

109. L-eżempju 3 ukoll jikkonċerna s-suq rilevanti li għalih jappartjenu l-prodotti manifatturati flimkien, iżda juri l-importanza tal-kriterji barra is-sehem fis-suq (hawnhekk: tibdil bejn produzzjoni magħluqa u dik mhux magħluqa).

110. Eżempju 3

Sitwazzjoni: A u B jiffurmaw joint venture tal-produzzjoni għall-prodott intermedjarju X bl-impjanti kurrenti ta’ l-istrutturizzazzjoni mill-ġdid. Il-joint venture tbiegħ X esklussivament lil A u B. Tipproduċi 40 % tal-provvista totali ta’ X ta’ A u 50 % tal-provvista totali ta’ B. A u B huma l-utenti magħluqa ta’ X u huma wkoll dawk li jipprovdu għas-suq mhux magħluq. Is-sehem ta’ A tal-provvista totali ta’ X ta’ l-industrija hija 10 %, is-sehem ta’ B jammonta għal 20 % u s-sehem tal-joint venture huwa ta’ 14 %. Fuq is-suq mhux magħluq, iżda, A u B għandhom sehem fis-suq ta’ 25 % u 35 % rispettivament.

Analiżi: Minkejja l-pożizzjoni b’saħħitha tal-partijiet fis-suq mhux magħluq il-koperazzjoni tista’ ma teliminax il-kompetizzjoni effettiva fis-suq għal X, jekk l-ispiża ta’ tibdil bejn l-użu magħluq u dak mhux magħluq hija żgħira. Iżda, tibdil veloċi ħafna biss jagħmel tajjeb għas-sehem għoli tas-suq ta’ 60 %. Inkella dan ix-xogħol ta’ produzzjoni jqajjem interessi serji ta’ kompetizzjoni li l-anqas ma jistgħu jintrebħu minn benefiċċji sinifikanti ekonomiċi.

111. Eżempju 4 jikkonċerna l-koperazzjoni dwar prodott intermedjarju importanti b’effetti ta’ tfawwir f’suq li sejjer ħażin.

112. Eżempju 4

Sitwazzjoni: A u B jiffurmaw joint venture tal-produzzjoni ta’ prodott intermedjarju X. Huma se jagħlqu l-fabbriki tagħhom, li kienu jimmanifatturaw X, u jkopru l-bżonnijiet tagħhom ta’ X esklussivament mill-joint venture. Il-prodott intermedjarju jagħmel 50 % ta’ l-ispejjeż totali tal-prodott finali Y. A u B kull wieħed għandhom sehem ta’ 20 % fis-suq għal Y. Hemm tnejn oħra li sinifikament jipprovdu Y kull wieħed b’sehem ta’ 15 % tas-suq u kompetituri oħrajn iżgħar.

Analiżi: Hawnhekk l-ispejjeż komuni huma għoljin: aktar minn hekk, il-partijiet jiksbu saħħa fis-suq mill-koordinazzjoni ta’ l-imġieba tagħhom fis-suq għal Y. Il-każ joħloq problemi ta’ kompetizzjoni u l-istima hija kważi identika għall-eżempju 1 għalkemm hawnhekk il-kooperazzjoni qegħda ssir f’suq li sejjer tajjeb.

Speċjalizzazzjoni reċiproka

113. Eżempju 5

Sitwazzjoni: A u B it-tnejn jimmanifatturaw u jipprovdu l-prodotti komuni X u Y, li jappartjenu għal swieq differenti. Is-sehem fis-suq ta’ X ta’ A huwa ta’ 28 % u ta’ Y għandu 10 %. Is-sehem fis-suq ta’ X ta’ B huwa ta’ 10 % u ta’ Y għandu 30 %. Minħabba l-ekonomija tal-bilanċi huma jikkonkludu ftehim ta’ speċjalizzazzjoni reċiproka skond liema A fil-ġejjieni jipproduċi biss X u B jipproduċi biss Y. It-tnejn jaqblu fuq tibdil ta’ provvisti biex it-tnejn jibqgħu fis-suq bħala dawk li jipprovdu. Minħabba n-natura komuni tal-prodotti, l-infieq tad-distribuzzjoni huma żgħar. Hemm tnejn oħra li jipprovdu l-manifattura ta’ X u Y b’sehem fis-suq ta’ madwar 15 % kull wieħed, dawk li baqa’ jipprovdu għandhom ishma ta’ 5-10 %.

Analiżi: Il-livell ta’ spejjeż komuni huwa għoli immens, l-ispejjeż relattivament żgħar tad-distribuzzjoni jibqgħu separati. Bħala konsegwenza, ftit baqa’ post għall-kompetizzjoni. Il-partijiet jiksbu saħħa fis-suq bil-koordinazzjoni ta’ l-imġieba tagħhom fuq is-swieq għal X u Y. Aktar minn hekk, x’aktarx li l-provvisti tas-suq għal Y minn A u X minn B jonqos maż-żmien. Il-każ iqajjem problemi ta’ kompetizzjoni li l-ekonomiji tal-bilanċi x’aktarx ma jegħlbux.

Ix-xenarju jinbidel kieku X u Y kienu prodotti eteroġeni bi proporzjon għoli ħafna ta’ spejjeż ta’ promozzjoni u distribuzzjoni (eż. 65-70 % ta’ l-ispejjeż totali). Aktar minn hekk, jekk l-offerta ta’ medda sħiħa ta’ prodotti differenzati kienet kondizzjoni għall-kompetizzjoni b’suċċess, it-tneħħija ta’ parti waħda jew aktar li jipprovdu X u/jew Y ma tantx tkun possibbli. F’dn ix-xenarju, in-norma għall-eżenzjoni tista’ titħares (sakemm l-ekonomiji huma sinifikanti), minkejja l-ishma għoljin tas-suq.

Kuntratti ġewwa kuntratti bejn il-kompetituri

114. Eżempju 6

Sitwazzjoni: A u B huma kompetituri fis-suq għall-prodott finali X. A għandu sehem fis-suq ta’ 15 %, B ta’ 20 %. It-tnejn li huma jipproduċu l-prodott intermedjarju Y, li huwa dħul fil-produzzjoni ta’ X, iżda huwa wkoll użat biex jipproduċi prodotti oħra. Jammonta għal 10 % tan-nefqa ta’ X. A jipproduċi Y biss għall-konsum intern, filwaqt li B qed ukoll ibiegħ lil Y lil klijenti terzi. Is-sehem tas-suq tiegħu għal Y huwa ta’ 10 %. A u B jiftehmu fuq ftehim ta’ kuntratt ġewwa kuntratt, fejn A jixtri 60 % tal-ħtiġijiet tiegħu ta’ Y mingħand B. Ikompli jipproduċi 40 % tal-ħtiġijiet tiegħu internament biex ma jitlifx it-tagħrif relatat mal-produzzjoni ta’ Y.

Analiżi: Għax A ipproduċi Y biss għall-konsum intern, l-ewwel hemm bżonn ikun analizzat jekk A jistax jidħol b’potenzal realistiku fis-suq merkantili tal-bejgħ ta’ Y lil partijiet terzi. Jekk dan mhux il-każ, allura l-ftehim ma jirrestrinġix il-kompetizzjoni fejn jidħol Y. Effetti ta’ tfawwir fis-suq għal X ukoll ma tantx huma possibbli minħabba l-livell baxx ta’ spejjeż komuni maħluqa mill-ftehim.

Jekk A kellu jitqies li jista’ jidħol b’potenzal realistiku fis-suq merkantili tal-bejgħ ta’ Y lil persuni terzi, il-pożizzjoni fis-suq ta’ B fis-suq għal Y ikun jeħtieġ li tittieħed in- kunsiderazzjoni. Peress li s-sehem fis-suq ta’ B huwa pjuttost baxx, ir-riżultat ta’ l-analiżi ma jinbidilx.

4. FTEHIM TA’ XIRI

4.1. Definizzjoni

115. Dan il-kapitolu jiffoka fuq ftehim li jikkonċernaw ix-xiri bi sħab ta’ prodotti. Xiri bi sħab jista’ jsir minn kumpannija kontrollata flimkien, minn kumpannija li fiha ħafna impriżi għandhom sehem żgħir, minn ftehim kuntrattwali jew ukoll forom aktar laxki ta’ koperazzjoni.

116. Ftehim ta’ xiri huma ta’ sikwit konklużi minn impriżi żgħar u ta’ daqs medju biex jiksbu l-volumi u l-iskonti simili bħal dawk ta’ kompetituri akbar tagħhom. Dawn il-ftehim bejn l-impriżi żgħar u ta’ daqs medju huma għalhekk normalment favur il-kompetizzjoni, Anki jekk livell moderat ta’ saħħa tas-suq jinħoloq, dan jista’ jingħeleb minn ekonomiji ta’ bilanċi sakemm il-partijiet attwalment jaħżnu l-volum.

117. Xiri bi sħab jista’ jinvolvi kemm ftehim orizzontali kif ukoll vertikali. F’dawn il-każijiet, analiżi f’żewġ stadi huwa meħtieġ. L-ewwel, il-ftehim orizzontali għandhom ikunu eżaminati skond il-prinċipji deskritti fir-regoli preżenti. Jekk din l-istima tasal għall-konklużjoni li koperazzjoni bejn il-kompetituri fil-qasam tax-xiri hija aċċettabbli, stima oħra tkun meħtieġa biex teżamina l-ftehim vertikali konkluż ma’ dawk li jipprovdu jew bejjiegħa individwali. L-istima ta’ l-aħħar timxi mar-regoli tar-Regolament ta’ l-Eżenzjoni Sħiħa u r-Regoli tat-Trażżin Vertikali [43].

118. Eżempju tkun assoċjazzjoni furmata minn grupp ta’ bejjiegħa bl-imnut għax-xiri bi sħab ta’ prodotti. Ftehim orizzontali konklużi bejn il-membri ta’ l-assoċjazzjoni jew deċiżjonijiet addottati mill-assoċjazzjoni għandhom ikunu stmati l-ewwel bħala ftehim orizzontali skond ir-regoli preżenti. Jekk din l-istima tkun posittiva din issir rilevanti biex tistma l-ftehim vertikali li jirriżultaw bejn l-assoċjazzjoni u l-membri individwali jew bejn l-assoċjazzjoni u dawk li jipprovdu. Dawn il-ftehim huma koperti - sa ċertu limitu - mill-eżenzjoni sħiħa tat- trażżin vertikali [44]. Dawk il-ftehim li jaqgħu barra l-eżenzjoni sħiħa vertikali ma jitqisux li huma illegali iżda jista’ jkun jeħtieġu eżami individwali.

4.2. Swieq rilevanti

119. Hemm żewġt iswieq li jistgħu jkunu affettwati mix-xiri bi sħab: L-ewwel, is-suq(swieq) li magħhom il-koperazzjoni hija direttament konċernata, jiġifieri s-suq(swieq) rilevanti tax-xiri. It-tieni, is-suq(swieq) tal-bejgħ, jiġifieri s-suq(swieq) li sejjer ħażin fejn il-parteċipanti ta’ l-arranġament tax-xiri bi sħab huma attivi bħala xerrejja.

120. Id-definizzjoni tas-swieq rilevanti tax-xiri timxi mal-prinċipji deskritti fl-Avviż tal-Kummissjoni dwar id-definizzjoni tas-suq rilevanti u hija bażata fuq il-kunċett ta’ sostitwibilità biex tidentifika t-trażżin kompetittiv. L-unika differenza tad-definizzjoni ta’ "swieq tal-bejgħ" hija li s-sostitwibilità għandha tkun definita min-naħa tal-provvista u mhux min-naħa tad-domanda. Fi kliem ieħor: l-alternattivi ta’ dawk li jipprovdu huma deċiżivi biex jidentifikaw it-trażżin kompetittiv fuq ix-xerrejja. Dawn jistgħu jkunu analizzati per eżempju billi tkun eżaminata r-reazzjoni ta’ dawk li jipprovdu għal tnaqqis żgħir iżda li jdum fil-prezz. Jekk is-suq huwa definit, is-sehem tas-suq jista’ jkun kalkolat bħala persentaġġ għal-liema x-xiri mill-partijiet konċernati jikkontaw mill-bejgħ totali tal-prodott jew servizz mixtri fis-suq rilevanti.

121. Eżempju 1

Grupp ta’ manifatturi tal-karrozzi jiftehmu li jixtru prodott X flimkien. Ix-xiri tagħhom f’daqqa ta’ X jammonta għal 15-il unit. Il-bejgħ kollu ta’ X lill-manifatturi tal-karrozzi jammonta għal 50 unit. Iżda, X jinbiegħ ukoll lill-manifatturi ta’ prodotti oħra barra karrozzi. Il-bejgħ kollu ta’ X jammonta għal 100 unit. Għalhekk, is-sehem (tax-xiri) tas-suq tal-grupp huwa ta’ 15 %.

122. Jekk il-partijiet huma barra minn hekk kompetituri fuq suq tal-bejgħ wieħed jew aktar, dawn is-swieq ukoll huma rilevanti għall-istima. Restrizzjonijiet ta’ kompetizzjoni f’dawn is-swieq huma aktar possibbli jekk il-partijiet jiksbu s-saħħa tas-suq billi jikkordinaw l-imġieba tagħhom u jekk il-partijiet għandhom proporzjon ta’ l-ispejjeż totali tagħhom komuni. Dan ikun il-każ, per eżempju, jekk il-bejjiegħa bl-imnut li huma attivi fl-istess suq(swieq) ta’ l-imnut rilevanti flimkien jixtru ammont sinifikanti tal-prodotti li huma jerġgħu joffru għall-bejgħ. Jista’ wkoll ikun il-każ jekk manifatturi u bejjiegħa ta’ prodott finali li jikkompetu flimkien jixtru proporzjon għoli tad-dħul tagħhom flimkien. Is-swieq tal-bejgħ għandhom ikunu definiti bl-applikazzjoni tal-metodoloġija deskritta fl-Avviż tal-Kummissjoni dwar id-definizzjoni tas-suq rilevanti.

4.3. Stima taħt l-Artikolu 81(1)

4.3.1. Natura tal-ftehim

4.3.1.1. Ftehim li ma jaqgħux taħt l-Artikolu 81(1)

123. Bin-natura tagħhom stess ftehim ta’ xiri flimkien ikun konkluż bejn kumpanniji li mill-anqas huma kompetituri fis-swieq tax-xiri. Jekk, iżda, ix-xerrejja li qed jikkompetu jikkoperaw li mhux attivi fl-istess suq rilevanti aktar ‘l isfel (eż. bejjiegħa bl-imnut li huma attivi fi swieq ġeografiċi differenti u ma jistgħux jitqiesu bħala kompetituri b’potenzal realistiku), l-Artikolu 81(1) rarament japplika sakemm il-partijiet m’għandhomx pożizzjoni b’saħħitha ħafna fis-swieq tax-xiri, li jistgħu jintużaw biex jagħmlu ħsara lill-pożizzjoni kompetittiva ta’ parteċipanti oħra fis-swieq tal-bejgħ rilevanti tagħhom.

4.3.1.2. Ftehim li kważi dejjem jaqgħu taħt l-Artikolu 81(1)

124. Ftehim tax-xiri jaqgħu biss taħt l-Artikolu 81(1) bin-natura tagħhom jekk il-koperazzjoni verament ma tikkonċernax ix-xiri bi sħab, imma sservi bħala għodda biex tinħadem bħala kartell moħbi, jiġifieri ffissar projbit tal-prezz, limitazzjoni tal-provvisti jew allokazzjoni tas-suq.

4.3.1.3. Ftehim li jistgħu jaqgħu taħt l-Artikolu 81(1)

125. Ħafna mill-ftehim tax-xiri għandhom ikunu analizzati fil-kuntest legali u ekonomiku tagħhom. L-analiżi għandu jkopri kemm is-suq tax-xiri kif ukoll dak tal-bejgħ.

4.3.2. Setgħa fis-suq u strutturi tas-suq

126. Il-bidu ta’ l-analiżi hija l-eżami tas-setgħa tax-xiri tal-partijiet. Is-setgħa tax-xiri tista’ titqies jekk il-ftehim tax-xiri jammonta għal proporzjon kbir biżżejjed tal-volum totali ta’ suq tax-xiri li l-prezzijiet jista’ jitnaqqsu taħt il-livell kompetittiv jew aċċess għas-suq jista’ jingħalaq minn qabel mix-xerrejja li qed jikkompetu. Livell għoli ta’ setgħa tax-xiri fuq dawk li jipprovdu għas-suq jista’ jġib ineffiċjenzi bħal tnaqqis fil-kwalità, tnaqqis fl-isforzi ta’ l-innovazzjoni, jew fl-aħħar provvista taħt il-punt ottimali. Iżda, l-interess ewlieni fil-kuntest tas-setgħa tax-xiri huwa li prezzijiet aktar baxxi jistgħu ma jingħaddux lill-klijenti aktar ‘l isfel u jistgħu jikkawżaw żidiet fl-ispiża għall-kompetituri tax-xerrejja fis-swieq tal-bejgħ għax jew dawk li jipprovdu jippruvaw jirkupraw it-tnaqqis fil-prezz ta’ grupp wieħed ta’ klijenti billi jżidu l-prezzijiet ta’ klijenti oħra jew il-kompetituri għandhom anqas aċċess għal dawk aktar effiċjenti li jipprovdu. Bħala konsegwenza, s-swieq tax-xerrejja u s-swieq tal-bejgħ huma karatterizzati b’interdipendenzi kif ippreżentat hawn taħt.

Interdipendenzi bejn is-suq(swieq) tax-xiri u tal-bejgħ

127. Il-koperazzjoni ta’ xerrejja li jikkompetu tista’ tirrestrinġi sew il-kompetizzjoni permezz tal-ħolqien ta’ setgħa ta’ xiri. Filwaqt li l-ħolqien ta’ setgħa tax-xiri tista’ twassal għal prezzijiet aktar baxxi għall-klijenti, is-setgħa tas-suq mhux dejjem tkun favur il-kompetizzjoni u tista’ wkoll, taħt ċerti ċirkostanzi, tikkawża effetti negattivi serji fuq il-kompetizzjoni.

128. L-ewwel, spejjeż aktar baxxi tax-xiri li jirriżultaw mill-eżerċizzju tas-setgħa tax-xiri ma tistax tidher bħala favur il-kompetizzjoni, jekk ix-xerrejja kollha għandhom is-setgħa fis-swieq tal-bejgħ. F’dan il-każ, l-iffrankar ta’ l-ispejjeż probabilment ma jgħaddux lill-konsumaturi. Aktar ma tkun is-setgħa flimkien tal-partijiet li għandhom fuq is-swieq tal-bejgħ tagħhom, akbar huwa l-inċentiv tal-partijiet li jikkordinaw l-imġieba tagħhom bħala bejjiegħa. Din tista’ tkun iffaċilitata jekk il-partijiet jiksbu livell għoli ta’ spejjeż komuni mix-xiri bi sħab. Per eżempju, jekk grupp kbir ta’ bejjiegħa bl-imnut jixtri proporzjon kbir tal-prodotti tagħhom flimkien, ikollhom proporzjon kbir ta’ l-ispejjeż totali tagħhom komuni. L-effetti negattivi tax-xiri bi sħab jista’ għalhekk ikun pjuttost simili għall-produzzjoni flimkien.

129. It-tieni, s-setgħa fuq is-swieq tal-bejgħ tista’ tinħoloq jew miżjuda mis-setgħa tax-xiri li tintuża biex tagħlaq lil kompetituri jew biex tgħolli l-ispejjeż ta’ kompetituri. Setgħa sinifikanti tax-xiri minn grupp wieħed ta’ klijenti tista’ twassal għall-għeluq minn qabel tax-xerrejja li qed jikkompetu billi jkun limitat l-aċċess tagħhom għal dawk effiċjenti li jipprovdu. Tista’ wkoll tikkawża żidiet fl-ispejjeż tal-kompetituri tagħha għax dawk li jipprovdu jippruvaw jirkupraw tnaqqis fil-prezz minn grupp wieħed ta’ klijenti billi jgħollu l-prezzijiet ta’ klijenti oħra (eż. roħs diskriminatorju minn min jipprovdi lill-bejjiegħa bl-imnut). Dan huwa possibbli biss jekk dawk li jipprovdu fis-swieq tax-xiri wkoll għandhom ċertu livell ta’ saħħa fis-suq. Fiż-żewġ każijiet, il-kompetizzjoni fis-swieq tal-bejgħ jistgħu jkunu ristretti aktar permezz tas-setgħa tax-xiri.

130. M’hemmx minimu ta’ livell assoluta li juri li koperazzjoni tax-xiri toħloq xi ammont ta’ saħħa fis-suq u għalhekk taqa’ taħt l-Artikolu 81(1). Iżda, f’ħafna każijiet, ma tantx huwa possibbli li s-setgħa tas-suq teżisti jekk il-partijiet tal-ftehim għandhom sehem flimkien tas-suq ta’ anqas minn 15 % fis-suq(swieq) tax-xiri kif ukoll sehem flimkien tas-suq ta’ anqas minn 15 % fi-suq(swieq) tal-bejgħ. F’kull każ, f’dak il-livell ta’ sehem tas-suq x’aktarx li l-kondizzjonijiet ta’ l-Artikolu 81(3) spjegati hawn taħt jitħarsu mill-ftehim in-kwistjoni.

131. Sehem tas-suq ’il fuq minn dan il-livell ma jindikax awtomatikament li effett negattiv fuq is-suq huwa kawżat mill-koperazzjoni iżda jeħtieġ stima aktar dettaljata ta’ l-impatt ta’ ftehim ta’ xiri bi sħab fis-suq, li jinvolvi fatturi bħall-konċentrazzjoni tas-suq u possibbilment saħħa għall-ibbilanċjar ta’ dawk b’saħħithom li jipprovdu. Xiri bi sħab li jinvolvi partijiet b’sehem flimkien tas-suq sinifikament ta’ aktar minn 15 % f’suq konċentrat x’aktarx jaqgħu taħt l-Artikolu 81(1), u effiċjenzi li jistgħu jgħelbu l-effett ristrettiv iridu jintwerew mill-partijiet.

4.4. Stima taħt l-Artikolu 81(3)

4.4.1. Benefiċċji ekonomiċi

132. Ftehim tax-xiri jisgħu jġibu benefiċċji ekonomiċi bħal ekonomiji ta’ bilanċi fl-ordnijiet jew fit-trasport li jistgħu jgħelbu l-effetti ristrettivi. Jekk il-partijiet flimkien għandhom saħħa sinifikanti tax-xiri jew tal-bejgħ, il-kwestjoni ta’ l-effiċjenzi għandha tkun eżaminata bir-reqqa. L-iffrakar ta’ l-ispejjeż ikkawżati mill-eserċizzju biss tas-setgħa u li ma jibbenefikawx lill-konsumaturi ma jistgħux jittieħdu in-konsiderazzjoni.

4.4.2. Indispensabbiltà

133. Ftehim tal-produzzjoni ma jistgħux ikunu eżentati jekk jimponu restrizzjonijiet li m`humiex indispensabbli biex jinkisbu l-benefiċċji fuq imsemmija. Obbligu biex jixtru esklussivament permezz tal-koperazzjoni jista’ f’ċerti każijiet ikun indispensabbli biex jinkiseb il-volum meħtieġ għar-realizzazzjoni ta’ l-ekonomiji tal-bilanċi. Iżda, dan l-obbligu għandu jkun stmat fil-kuntest tal-każ individwali.

4.4.3. L-ebda eliminazzjoni tal-kompetizzjoni

134. L-ebda eżenzjoni ma tkun possibbli, jekk il-partijiet jingħataw il-possibiltà li jeliminaw il-kompetizzjoni dwar parti sostanzjali tal-prodotti in-kwistjoni. Din l-istima għandha tkopri s-swieq tax-xiri u tal-bejgħ. L-ishma flimkien tas-suq tal-partijiet jistgħu jittieħdu bħala l-bidu. Imbagħad hemm bżonn ikun stmat jekk dawn l-ishma tas-suq humiex indikattivi ta’ pożizzjoni dominanti u jekk hemm xi fatturi li jtaffu, bħas-setgħa li jopponu lil dawk li jipprovdu fis-swieq tax-xiri jew ta’ potenzal għad-dħul fis-suq tal-bejgħ. Fejn bħala konsegwenza ta’ ftehim tax-xiri impriża hija dominanti jew qed issir dominanti jew fuq is-suq tax-xiri jew tal-bejgħ, dan il-ftehim li jipproduċi effetti kontra l-kompetizzjoni skond it-tifsira ta’ l-Artikolu 81 jista’ bħala prinċipju ma jkunx eżentat.

4.5. Eżempji

135. Eżempju 2

Sitwazzjoni: Żewġ manifatturi, A u B, jiddeċiedu li flimkien jixtru l-komponent X. Huma kompetituri fuq is-suq tal-bejgħ tagħhom. Flimkien ix-xiri tagħhom jirrapreżenta 35 % tal-bejgħ totali ta’ X fl-FEE, li hija meqjusa bħala s-suq ġeografiku rilevanti. Hemm 6 manifatturi oħra (kompetituri ta’ A u B fuq is-suq tal-bejgħ tagħhom) li jammontaw għal 65 % li jibqa’ mis-suq tax-xiri; wieħed għandu 25 %, l-oħrajn jammontaw għal ħafna anqas. In-naħa tal-provvista hija pjuttost ikkonċentrata b’6 li jipprovdu l-komponent X, tnejn b’sehem fis-suq ta’ 30 % kull wieħed, u l-bqija ta’ bejn 10 u 15 % (HHI ta’ 2300-2500). Fis-suq tal-bejgħ tagħhom, A u B jiksbu sehem flimkien fis-suq ta’ 35 %.

Analiżi: Minħabba is-setgħa tas-suq tal-partijiet fis-suq tal-bejgħ tagħhom, il-benefiċċji ta’ l-iffrankar possibbli ta’ l-ispejjeż ma jingħatawx lill-konsumaturi finali. Barra minn hekk, ix-xiri flimkien x’aktarx jgħolli l-ispejjeż tal-kompetituri iżgħar tal-partijiet għax dawk it-tnejn b’saħħithom li jipprovdu probabbilment jirkupraw it-tnaqqis fil-prezzijiet għall-grupp billi jżidu l-prezzijiet ta’ klijenti iżgħar. Żieda fil-konċentrazzjoni fis-suq aktar l-isfel jista’ jkun ir-riżultat. Barra minn hekk, il-koperazzjoni tista’ twassal għal aktar konċentrazzjoni bejn dawk li jipprovdu għax dawk iżgħar, li jistgħu diġa qed jaħdmu viċin jew taħt l-iskala ottimali, jistgħu jitwarrbu mill-kummerċ jekk ma jistgħux ibaxxu aktar l-prezzijiet. Dan il-każ probabbilment joħloq restrizzjoni sinifikanti ta’ kompetizzjoni li tista’ ma tingħelibx bil-qligħ possibbli mill-effiċjenza tal-ġbir tal-volum.

136. Eżempju 3

Sitwazzjoni: 150 bejjiegħ bl-imnut jikkonkludu ftehim biex jiffurmaw organiżżazzjoni ta’ xiri bi sħab. Huma obbligati li jixtru volum minimu mill-organiżżazzjoni li tammonta għal madwar 50 % ta’ l-ispejjeż totali ta’ kull bejjiegħ bl-imnut. Il-bejjiegħa bl-imnut jistgħu jixtru aktar mill-volum minimu mill-organiżżazzjoni, u jistgħu wkoll jixtru barra l-koperazzjoni. Huma għandhom sehem magħqud tas-suq ta’ 20 % f’kull wieħed mis-swieq tax-xiri u tal-bejgħ. A u B huma ż-żewġ kompetituri kbar tagħhom, A għandu sehem ta’ 25 % f’kull wieħed mis-swieq konċernati, B 35 %. Il-kompetituri iżgħar li jibqa’ wkoll iffurmaw grupp ta’ xiri. Il-150 bejjiegħ bl-imnut jiksbu ekonomiji billi jgħaqqdu ammont sinifikanti ta’ volum u xogħol ta’ xiri.

Analiżi: Il-bejjiegħa bl-imnut jistgħu jiksbu livell għoli ta’ spejjeż komuni jekk fl-aħħar flimkien jixtru aktar mill-volum minimu miftiehem. Iżda, flimkien għandhom biss pożizzjoni moderata fis-suq tax-xiri u tal-bejgħ. Aktar minn hekk, il-koperazzjoni ġġib xi ekonomiji ta’ l-iskala. Din il-koperazzjoni x’aktarx tkun eżentata.

137. Eżempju 4

Sitwazzjoni: Żewġ linji ta’ supermarket jikkonkludu ftehim biex flimkien jixtru prodotti li jammontaw għal madwar 50 % ta’ l-ispejjeż totali tagħhom. Fis-swieq rilevanti tax-xiri għall-kategoriji differenti tal-prodotti l-partijiet għandhom ishma ta’ bejn 25 % u 40 %, fuq is-suq rilevanti tal-bejgħ (nassumu li hemm suq ġeografiku wieħed konċernat) jiksbu 40 %. Hemm ħames bejjiegħa bl-imnut oħra sinifikanti kull wieħed b’sehem fis-suq ta’ 10-15 %. Dħul fis-suq ma tantx huwa possibbli.

Analiżi: X’aktarx li dan il-ftehim ta’ xiri bi sħab kien ikollu effett fuq l-imġieba kompetittiva tal-partijiet għax il-kordinazzjoni tagħtihom saħħa konsiderevoli fis-suq. Dan huwa partikolarment il-każ jekk id-dħul huwa dgħajjef. L-inċentiv biex tkun kordinata l-imġieba hija ogħla jekk l-ispejjeż huma simili. Marġini simili tal-partijiet iżżid inċentiv biex ikun hemm l-istess prezzijiet. Anki jekk l-effiċjenzi jiġu mill-koperazzjoni, ma tantx huwa possibbli li jkun eżenti minħabba l-livell għoli tas-setgħa fis-suq.

138. Eżempju 5

Sitwazzjoni: koperattivi żgħar jikkonkludu ftehim biex jiffurmaw organiżżazzjoni ta’ xiri bi sħab. Huma obbligati li jixtru volum minimu mill-orġaniżżazzjoni. Il-partijiet jistgħu jixtru aktar mill-volum minimu mill-organiżżazzjoni, iżda jistgħu wkoll jixtru barra l-koperazzjoni. Kull wieħed mill-partijiet għandu sehem totali tas-suq ta’ 5 % fuq kull wieħed mis-swieq tax-xiri u tal-bejgħ, li jagħtu sehem magħqud tas-suq ta’ 25 %. Hemm żewġ bejjiegħa bl-imnut oħra sinifikanti kull wieħed b’sehem fis-suq ta’ 20-25 % u numru ta’ bejjiegħa żgħar bl-imnut b’sehem fis-suq taħt il-5 %.

Analiżi: It-twaqqif ta’ l-organiżżazzjoni tax-xiri bi sħab x’aktarx tagħti lill-partijiet pożizzjoni fis-suq fuq kemm is-suq tax-xiri kif ukoll is-suq tal-bejgħ ta’ livell li jippermettilhom jikkompetu ma’ l-ikbar żewġ bejjiegħa bl-imnut. Aktar minn hekk, il-presenza ta’ dawn iż-żewġ parteċipanti l-oħra b’livelli simili ta’ posizzjonijiet fis-suq x’aktarx tirriżulta fl-effiċjenzi tal-ftehim li qed ikunu mgħoddija lill-konsumaturi. Fit-tali xenarju l-ftehim x’aktarx ikun eżentat.

5. FTEHIM TA’ KUMMERĊJALIŻŻAZZJONI

5.1. Definizzjoni

139. Il-ftehim koperti minn din is-sezzjoni tinvolvi kooperazzjoni bejn il-kompetituri fil-bejgħ, distribuzzjoni jew promozzjoni tal-prodotti tagħhom. Dawn il-ftehim jistgħu jkollhom skop li jvarja ħafna, li jiddependi fuq il-funzjonijiet promozzjonali li qed ikunu koperti mill-koperazzjoni. F’tarf wieħed ta’ l-ispektrum, hemm il-bejgħ bi sħab li jwassal għal determinazzjoni magħquda ta’ l-aspetti kummerċjali kollha relattati mal-bejgħ tal-prodott inkluż il-prezz. Fit-tarf l-ieħor, hemmaktar ftehim limitti li jindirizzaw biss funzjoni waħda ta’ promossjoni, bħal distribuzzjoni, servizz, jew reklamar.

140. L-aktar importanti minn dawn il-ftehim aktar limitati jidher li huma l-ftehim tad-distribuzzjoni. Dawn il-ftehim huma ġeneralment koperti mir-Regolament ta’ l-Eżenzjoni Sħiħa u r-Regoli fuq t-Tirżin Vertikali sakemm il-partijiet m`humiex kompetituri attwali jew ta’ potenzal. F’dan il-każ, ir-Regolament ta’ l-Eżenzjoni Sħiħa tkopri biss il-ftehim vertikali mhux reċiproku bejn il-kompetituri, jekk (a) ix-xerrej, flimkien mal-kumpanniji konnessi ta’ taħtu, għandu bejgħ kull sena li ma jaqbiżx il-100 million EUR, jew (b) dak li jipprovdi huwa manifattur u distributur ta’ prodotti u x-xerrej huwa distributur li m`huwiex ukoll manifattur tal-prodotti li qed jikkompetu ma’ prodotti bil-kuntratt, jew (ċ) dak li jipprovdi jagħmel hekk fuq bosta livelli tal-kummerċ filwaqt li x-xerrej ma jipprovdix servizzi li jikkompetu fil-livell tal-kummerċ fejn jixtri servizzi tal-kuntratti [45]. Jekk il-kompetituri jiftehmu li jiddistribwixxu l-prodotti tagħhom fuq bażi reċiproku hemm il-possibbilta f’ċerti każijiet li l-ftehim għandhom bħala l-mira tagħhom jew effett li jaqsmu s-suq bejn il-partijiet jew li jwasslu għal kollużjoni. L-istess huwa veru għall-ftehim mhux reċiproku bejn l-kompetituri li jaqbżu ċertu daqs. Dawn il-ftehim għandhom għalhekk l-ewwel ikunu stmati skond il-prinċipji mniżżla hawn taħt. Jekk din l-istima tasal għall-konklużjoni li koperazzjoni bejn il-kompetituri fil-qasam tad-distribuzzjoni bħala prinċipju hija aċċettabbli, stima oħra tkun meħtieġa biex teżamina t-tirżin vertikali inkluż fit-tali ftehim. Din l-istima hija bażata fuq il-prinċipji mniżżla fir-Regoli tat-Tirżin Vertikali.

141. Distinzjoni oħra toħroġ mill-ftehim meta l-partijiet jiftehmu biss dwar il-kummerċjalizzazzjoni bi sħab u l-ftehim fejn il-kummerċjalizzazzjoni hija relatata ma’ koperazzjoni oħra. Dan jista’ per eżempju jkun il-każ rigward il-produzzjoni bi sħab jew ix-xiri bi sħab. Dawn il-ftehim jieħdu ħsiebhom bħal fl-istima ta’ dawk it-tipi ta’ koperazzjoni.

5.2. Swieq rilevanti

142. Sabiex tkun eżaminata r-relazzjoni kompetittiva bejn il-partijiet li qed jikkoperaw, l-ewwel il-prodott rilevanti u s-suq(swieq) ġeografiku direttament konċernat bil-koperazzjoni (jiġifieri s-suq(swieq) tal-prodotti suġġetti għall-ftehim) iridu jkunu definiti. It-tieni, ftehim ta’ kummerċjalizzazzjoni f’suq wieħed jista’ wkoll jaffettwa l-imġieba kompetittiva tal-partijiet f’suq ġar relatat mill-viċin mas-suq direttament konċernat bil-koperazzjoni.

5.3. Stima taħt l-Artikolu 81(1)

5.3.1. In-natura tal-ftehim

5.3.1.1. Ftehim li ma jaqgħux taħt l-Artikolu 81(1)

143. Il-ftehim ta’ kummerċjalizzazzjoni koperti minn din it-taqsima biss jaqgħu taħt ir-regoli tal-kompetizzjoni jekk il-partijiet tal-ftehim huma kompetituri. Jekk il-partijiet biċ-ċar ma jikkompetux rigward il-prodotti jew is-servizzi koperti mill-ftehim, il-ftehim ma jistax joħloq problemi ta’ kompetizzjoni ta’ natura orizzontali. Iżda, il-ftehim jista’ jaqa’ taħt l-Artikolu 81(1) jekk fih trażżin vertikali, bħal restrizzjonijiet fuq bejgħ passiv, manteniment tal-prezz tal-bejgħ mill-ġdid, eċċ. Din ukoll tapplika jekk koperazzjoni fil-kummerċjalizzazzjoni hija oġġettivament meħtieġa biex tippermetti li parti waħda tidħol f’suq li fih setgħet daħlet weħidha, per eżempju minħabba l-ispejjeż involuti. Applikazzjoni speċifika ta’ dan il-prinċipju ikun arranġamenti ta’ konsorzju li jippermettu lill-kumpanniji involuti li jitfgħu offerta kredibbli għall-proġetti li ma kienux kapaċi jaqdu, jew ma kienux jitfgħu offerta għaliha, individwalment. Għax huma għalhekk m`humiex kompetituri ta’ potenzal għall-offerta, m’hemm l-ebda ristrizzjoni tal-kompetizzjoni.

5.3.1.2. Ftehim li kważi dejjem jaqgħu taħt l-Artikolu 81(1)

144. L-interess ewlieni tal-kompetizzjoni dwar ftehim tal-kummerċjalizzazzjoni bejn il-kompetituri huwa l-iffissar tal-prezz. Il-ftehim limitati għall-bejgħ bi sħab għandhom bħala regola l-għan u l-effett li jikkordinaw il-politika tal-prezzijiet tal-manifatturi li qed jikkompetu. F’dan il-każ mhux biss jeliminaw il-kompetizzjoni fil-prezz bejn il-partijiet imma wkoll jirrestrinġu l-volum tal-prodotti li għandhom jitwasslu mill-parteċipanti ġewwa l-qafas tas-sistema biex ikunu allokati l-ordnijiet. Huma għalhekk jirrestrinġu l-kompetizzjoni bejn il-partijiet min-naħa tal-provvista u jillimitaw l-għażla tax-xerrejja u jaqgħu taħt l-Artikolu 81(1).

145. Dan l-apprezzament ma jinbidilx jekk il-ftehim mhux esklussiv. Artikolu 81(1) ikompli jgħodd anki meta l-partijiet huma liberi biex ibiegħu barra l-ftehim, sakemm jista’ jkun meqjus li l-ftehim se jwassal għall-kordinazzjoni totali fuq il-prezzijiet li jitolbu l-partijiet.

5.3.1.3. Ftehim li jistgħu jaqgħu taħt Artikolu 81(1)

146. Għall-arranġamenti tal-kummerċjalizzazzjoni li ma jlaħħqux il-bejgħ bi sħab ikun hemm żewġ interessi ewlenin. L-ewwel hija li l-kummerċjalizzazzjoni bi sħab tipprovdi opportunità ċara għall-iskambji ta’ informazzjoni kummerċjali sensittiva partikolarment fuq l-istrateġija tal-promozzjoni u l-prezzijiet. It-tieni huwa li, skond l-istruttura tan-nefqa tal-kummerċjalizzazzjoni, dħul sinifikanti lejn l-ispejjeż finali tal-partijiet jista’ jkun komuni. Bħala riżultat l-iskop attwali tal-kompetizzjoni tal-prezz fil-livell finali tal-bejgħ jista’ jkun limitat. Ftehim ta’ kummerċjalizzazzjoni bi sħab għalhekk jistgħu jaqgħu taħt l-Artikolu 81(1) jekk jew jippermettu l-iskambju ta’ informazzjoni kummerċjali sensittiva, jew jekk jinfluenzaw parti sinifikanti ta’ l-ispiża finali tal-partijiet.

147. Interess speċifiku relattat mal-ftehim tad-distribuzzjoni bejn il-kompetituri li huma attivi fis-swieq ġeografiċi differenti hija li jistgħu jwasslu jew ikunu strument tat-tqassim tas-suq. Fil-każ ta’ ftehim reċiproki biex jiddistribwixxu l-prodotti ta’ xulxin, il-partijiet tal-ftehim jallokaw is-swieq jew il-klijenti u jeliminaw il-kompetizzjoni bejniethom. Il-mistoqsija importanti fl-istima ta’ ftehim ta’ dan it-tip hija jekk il-ftehim in kwestjoni hux oġġettivament meħtieġ għall-partijiet biex jidħlu fis-suq ta’ xulxin. Jekk huwa, il-ftehim ma joħloqx problemi ta’ kompetizzjoni ta’ natura orizzontali. Iżda, il-ftehim tad-distribuzzjoni jista’ jaqa’ taħt l-Artikolu 81(1) jekk fih trażżin vertikali, bħal restrizzjonijiet fuq bejgħ passiv, manteniment tal-prezz tal-bejgħ mill-ġdid, eċċ. Jekk il-ftehim mhux oġġettivament meħtieġ biex il-partijiet jidħlu fis-suq ta’ xulxin, jaqa’ taħt 81(1). Jekk il-ftehim mhux reċiproku, r-riskju tat-tqassim tas-suq huwa inqas dikjarat. Għandu bżonn iżda li jkun eżaminat jekk il-ftehim mhux reċiproku jikkostitwixxi l-bażi għal fehma bejn it-tnejn biex ma jidħlux fis-suq ta’ xulxin jew huwa mezz biex jikkontrolla aċċess għal jew il-kompetizzjoni fuq is-suq li qed "jimporta".

5.3.2. Setgħa fis-suq u struttura tas-suq

148. Kif indikat fuq, il-ftehim li jinvolvu l-iffissar fil-prezz dejjem jaqgħu taħt l-Artikolu 81(1) tkun xi tkun is-saħħa tas-suq tal-partijiet. Jistgħu, però, jkunu eżentati taħt l-Artikolu 81(3) taħt il-kondizzjonijiet deskritti hawn taħt.

149. Ftehim ta’ kummerċjalizzazzjoni bejn kompetituri li ma jinvolvux iffissar tal-prezz huma suġġetti biss għall-Artikolu 81(1) jekk il-partijiet tal-ftehim ikollhom xi livell ta’ saħħa fis-suq. F’ħafna każijiet, ma tantx huwa possibbli li s-saħħa fis-suq teżisti jekk il-partijiet tal-ftehim għandhom flimkien sehem fis-suq ta’ anqas minn 15 %. F’kull każ, f’dak il-livell ta’ sehem tas-suq x’aktarx li l-kondizzjonijiet ta’ l-Artikolu 81(3) spjegati hawn taħt jitħarsu mill-ftehim in-kwistjoni.

150. Jekk is-sehem flimkien fis-suq tal-partijiet hija aktar minn 15 %, l-impatt possibbli tal-ftehim tal-kummerċjalizzazzjoni bi sħab fis-suq irid ikun stmat. F’dan ir-rigward il-konċentrazzjoni tas-suq, kif ukoll l-ishma fis-suq ikunu fattur sinifikanti. Iktar ma jkun ikkonċentrat is-suq iktar tkun bżonnjuża l-informazzjoni dwar il-prezzijiet jew l-istrateġija tal-promozzjoni biex tnaqqas l-inċertezzi u akbar l-inċentiv għall-partijiet biex jagħmlu skambju ta’ l-informazzjoni [46].

5.4. Stima taħt l-Artikolu 81(3)

5.4.1. Benefiċċji ekonomiċi

151. L-effiċjenzi li għandhom ikunu kunsidrati meta l-ftehim tal-kummerċjalizzazzjoni bi sħab ikun eżaminat jekk ikunx eżentat jiddependi fuq in-natura ta’ l-attività. Iffissar tal-prezz ġeneralment ma jkunx iġġustifikat, sakemm ikun indispensabbli għall-integrazzjoni ta’ funzjonijiet oħra ta’ promozzjoni, u din l-integrazzjoni se tiġġenera effiċjenzi sostanzjali. Id-daqs ta’ l-effiċjenzi ġenerati tiddependi inter alia fuq l-importanza ta’ l-attivitajiet tal-promozzjoni bi sħab għall-istruttura kollha tan-nefqa tal-prodott in-kwistjoni. Distribuzzjoni bi sħab hija għalhekk aktar possibbli li tiġġenera effiċjenzi sinifikanti għall-produtturi tal-prodotti tal-konsumaturi distribwiti fuq firxa akbar milli għall-produtturi ta’ prodotti industrijali li jinxtraw biss minn numru limitat ta’ utenti.

152. Barra minn hekk, l-effiċjenzi mitluba m’għandhomx ikunu frankar li jirriżultaw biss bit-tneħħija ta’ l-ispejjeż li huma parti inerenti tal-kompetizzjoni, iżda jridu joħorġu mill-integrazzjoni ta’ l-attivitajiet ekonomiċi. Tnaqqis fin-nefqa tat-trasport li hija biss riżultat ta’ allokazzjoni tal-klijenti mingħajr xi integrazzjoni ta’ sistema loġistika ma tistax għalhekk titqies bħala effiċjenza li tagħmel ftehim eżenti.

153. Pretenzjonijiet ta’ benefiċċji ta’ effiċjenza jridu jintwerew. Element importanti f’dan ir-rigward ikun il-kontribuzzjoni miż-żewġ partijiet ta’ kapital, teknoloġija, jew assi oħra sinifikanti. Iffrankar fl-infieq minn tnaqqis ta’ duplikazzjoni ta’ riżorsi u faċilitajiet tista’ wkoll tkun aċċettata. Jekk, min-naħa l-oħra, il-kummerċjalizzazzjoni bi sħab tirrappreżenta xejn iktar għajr aġenzija tal-bejgħ mingħajr investiment, x’aktarx ikun kartel moħbi u għalhekk ma jaderrixix mal-kondizzjonijiet ta’ l-Artikolu 81(3).

5.4.2. Indispensabbiltà

154. Ftehim tal-kummerċjalizzazzjoni ma jistax ikun eżentat jekk jimponi restrizzjonijiet li m`humiex indispensabbli biex jinkisbu l-benefiċċji fuq imsemmija. Kif diskuss hawn fuq, il-mistoqsija ta’ indispensabilità hija speċjalment importanti għal dawk il-ftehim li jinvolvu l-iffissar tal-prezz jew l-allokazzjoni tas-swieq.

5.4.3. L-ebda eliminazzjoni tal-kompetizzjoni

155. L-ebda eżenzjoni ma tkun possibbli, jekk il-partijiet jingħataw il-possibiltà li jeliminaw il-kompetizzjoni dwar parti sostanzjali tal-prodotti in-kwistjoni. Meta ssir din l-istima, l-ishma flimkien tas-suq tal-partijiet jistgħu jittieħdu bħala l-bidu. Wieħed imbagħad għandu bżonn jeżamina jekk dawn l-ishma fis-suq humiex indikattivi ta’ pożizzjoni dominanti, u jekk hemmx fatturi li jnaqqsu, bħall-potenzal tad-dħul fis-suq. Fejn bħala konsegwenza tal-ftehim tal-kummerċjalizzazzjoni impriża hija dominanti jew qed issir dominanti, bħala ftehim li jipproduċi effetti kontra l-kompetizzjoni skond it-tifsira ta’ l-Artikolu 81 jistgħu bħala prinċipju ma jkunx eżentat.

5.5. Eżempji

156. Eżempju 1

Sitwazzjoni: 5 produtturi żgħar ta’ l-ikel, kull wieħed b’sehem fis-suq ta’ 2 % tas-suq kollu ta’ l-ikel, jiftehmu li: jgħaqqdu l-faċilitajiet tad-distribuzzjoni tagħhom; jippromwovu taħt isem komuni ta’ marka; u jbiegħu l-prodotti tagħhom bi prezz komuni. Dan jinvolvi investment sinifikanti f’imħażen, trasport, reklamar, promozzjoni u nies biex ibiegħu. Jitnaqqsilhom sinifikament il-bażi ta’ l-ispejjeż tagħhom, li jirrappreżenta 50 % tal-prezz li jbiegħu bih,, u jippermettilhom joffru sistema iktar veloċi, iktar effiċjenti ta’ distribuzzjoni. Il-klijenti tal-produtturi ta’ l-ikel huma gruppi ta’ bejjiegħa bl-imnut kbar.

Tlett gruppi multinazzjonali kbar ta’ l-ikel jiddominaw is-suq, kull wieħed b’sehem fis-suq ta’ 20 %. Il-bqija tas-suq huwa magħmul minn produtturi indipendenti żgħar. Il-meded tal-prodotti tal-partijiet ta’ dan il-ftehim jidħlu f’xulxin f’xi oqsma sinifiknti, imma fl-ebda suq ta’ prodott is-sehem tagħhom flimkien fis-suq ma jaqbeż il-15 %

Analiżi: Il-ftehim jinvolvi l-iffissar tal-prezz u għalhekk jaqa’ taħt l-Artikolu 81(1), għalkemm il-partijiet tal-ftehim ma jistgħux ikunu kunsidrati li għandhom saħħa fis-suq. Iżda, l-integrazzjoni tal-promozzjoni u d-distribuzzjoni tidher li tipprovdi effiċjenzi sinifikanti li huma ta’ benefiċċju għall-klijenti kemm min-naħa ta’ servizz aħjar, kif ukoll anqas spejjeż. Il-mistoqsija għalhekk hija jekk il-ftehim għandux ikun eżentat taħt l-Artikolu 81(3). Biex din il-mistoqsija jkollha r-risposta għandu jkun stabbilit jekk l-iffissar tal-prezz hux indispensabbli għall-integrazzjoni tal-funzjonijiet l-oħra tas-suq u l-kisba tal-benefiċċji ekonomiċi. F’dan il-każ, l-iffissar tal-prezz jista’ jitqies bħala indispensabbli, għax il-klijenti - il-grupp kbir ta’ bejjiegħa bl-imnut - ma jridux jiffaċċjaw numru kbir ta’ prezzijiet. Huwa wkoll indispensabbli, għax l-iskop - marka komuni - tista’ tinkiseb bi kredibbiltà biss jekk l-aspetti kollha tal-promozzjoni, ikluż il-prezz, isiru komuni. Peress li l-partijiet m’għandhomx saħħa fis-suq u l-ftehim joħloq effiċjenzi sinifikanti huwa kompatibbli ma’ l-Artikolu 81.

157. Eżempju 2

Sitwazzjoni: 2 produtturi ta’ ball bearings, li kull wieħed għandu sehem fis-suq ta’ 5 %, joħolqu joint venture tal-bejgħ li se tippromwovi l-prodotti, tistabbilixxi l-prezzijiet u talloka l-ordnijiet lill-kumpanniji ewlenin. Huma jżommu d-dritt li jbiegħu barra din l-istruttura. Konsenji lill-klijenti jkomplu jsiru direttament mill-fabbriki tal-kumpanniji ewlenin. Huma jsostnu li din se toħloq effiċjenzi għax il-nies li jbiegħu bi sħab jistgħu juru l-prodottti tal-partijiet fl-istess ħin lill-istess klijent b’hekk jeliminaw dupplikazzjoni li taħli ħafna ħin ta’ sforzi ta’ bejgħ. Barra minn hekk, il-joint venture talloka, meta possibbli, l-ordnijiet lejn l-eqreb fabbrika possibbli, b’hekk jitnaqqsu l-ispejjeż tat-trasport.

Analiżi: Il-ftehim jinvolvi l-iffissar tal-prezz u għalhekk jaqa’ taħt l-Artikolu 81(1), għalkemm il-partijiet tal-ftehim ma jistgħux ikunu kunsidrati li għandhom saħħa fis-suq. Ma jistax ikun eżentat taħt l-Artikolu 81(3), għax l-effiċjenzi sostnuti huma biss tnaqqis mill-ispejjeż li ġejjin mill-eliminazzjoni tal-kompetizzjoni bejn il-partijiet.

158. Eżempju 3

Sitwazzjoni: 2 produtturi tal-luminata huma attivi f’2 Stati Membri differenti, ġirien. It-tnejn għandhom sehem fis-suq ta’ 20 % fis-suq lokali tagħhom. Huma jiftehmu li reċiprokament jiddistribwixxu l-prodott ta’ xulxin fis-suq ġeografiku rispettiv tagħhom.

Iż-żewġt iswieq huma dominati minn produttur kbir multinazzjonali tal-luminata, li għandu sehem fis-suq ta’ 50 % f’kull suq.

Analiżi: Il-ftehim jaqa’ taħt l-Artikolu 81(1) jekk il-partijiet jistgħu jitqiesu li huma kompetituri ta’ potenzal. Biex din il-mistoqsija jkollha tweġiba jkun meħtieġ analiżi ta’ l-għeluq għad-dħul fis-swieq ġeografiċi rispettivi tagħhom. Jekk il-partijet setgħu daħlu fis-suq ta’ xulxin indipendentement, allura l-ftehim tagħhom jelimina l-kompetizzjoni ta’ bejniethom. Iżda, għalkemm l-ishma fis-suq tal-partijiet jindikaw li setgħu kellhom xi setgħa fis-suq, analiżi ta’ l-istruttura tas-suq tindika li dan mhux il-każ. Barra minn hemm, il-ftehim tad-distribuzzjoni reċiproka jibbenefika lill-klijenti għax iżid l-għażla disponibbli f’kull suq ġeografiku. Il-ftehim għalhekk jista’ jkun eżentat jekk huwa kunsidrat li se jirrestrinġi l-kompetizzjoni.

6. IL-FTEHIM FUQ IL-LIVELLI

6.1. Definizzjoni

159. Ftehim ta’ l-istandardizzazzjoni għandhom bħala l-għan ewlieni tagħhom id-definizzjoni tal-ħtiġijiet tekniċi jew ta’ kwalità li jridu jħarsu l-prodotti kurrenti jew futuri, proċessi jew metodi tal-produzzjoni [47]. Ftehim ta’ l-istandardizzazzjoni jistgħu jkopru kwistjonijiet varji, bħall-istandardizzazzjoni ta’ gradi jew qisien differenti ta’ prodott partikolari jew speċifikazzjonijiet tekniċi fi swieq fejn il-kompatibilità u l-inter-operabilità ma’ prodotti jew sistemi oħra hija essenzali. It-termini ta’ l-aċċess ta’ marka ta’ kwalità partikolari jew għall-approvazzjoni ta’ korp regolatorju tista’ wkoll titqies bħala standard.

160. Normi relattati mal-provvediment ta’ servizzi professjonali, bħar-regoli tad-dħul fi professjoni liberali, m`humiex koperti minn dawn ir-regolamenti.

6.2. Swieq rilevanti

161. Ftehim ta’ normalizzazzjoni jipproduċu l-effetti tagħhom fi tlett iswieq possibbli, li jkunu definiti skond l-avviż tal-Kummissjoni fuq id-definizzjoni tas-suq. L-ewwel, is-suq(swieq) tal-prodott li għalih(għalihom) jirrelata l- i standard. Standards fuq prodotti kompletament ġodda jistgħu joħolqu interessi simili bħal dawk għall-ftehim tar-R & Ż, sa fejn hija konċernata d-definizzjoni tas-suq (ara l-Punt 2.2). It-tieni, s-suq tas-servizz għall-iffissar ta’ l-i , jekk korpi jew ftehim differenti li jiffissaw l-i standard jeżistu. It-tielet, fejn relevanti, is-suq distint għall-eżami u ċ-ċertifikazzjoni.

6.3. Stima taħt l-Artikolu 81(1)

162. Il-ftehim biex jiffissaw l-i standards [48] jistgħu jkunu jew konklużi bejn l-impriżi privati jew iffissati taħt l-approvazzjoni tal-korpi jew il-korpi fdati bl-operazzjoni tas-servizzi ta’ interess ekonomiku ġenerali, bħall-korpi tan-normi rikonoxxuti taħt id-Direttiva 98/34/KE [49]. L-involviment ta’ dawn il-korpi hija suġġetta għall-obbligi ta’ l-Istati Membri dwar il-priservazzjoni ta’ kompetizzjoni sew fil-Komunità

6.3.1. Natura tal-ftehim

6.3.1.1. Ftehim li ma jaqgħux taħt l-Artikolu 81(1)

163. Meta l-parteċipazzjoni fl-iffissar ta’ l-istandard mhix ristrett u huwa trasparenti, il-ftehim ta’ standardizzazzjoni kif definit hawn fuq, li ma tiffissa l-ebda obbligu biex jitħares l-istandard jew li huma parti minn ftehim akbar biex jiżgura l-kompatibilità tal-prodotti, ma jirrestrinġix il-kompetizzjoni. Dan normalment japplika għall-i standards addottati mill-korpi rikonoxxuti ta’ l-istandardizzazzjoni li huma bbażati fuq proċeduri mhux diskriminatorji, miftuħa u trasparenti.

164. L-ebda restrizzjoni apprezzabbli ma teżisti għal dawk l-i standards li jkopru negliġibbilment is-suq rilevanti, sakemm tibqa’ hekk. L-ebda restrizzjoni apprezzabbli ma tinstab jew fil-ftehim li jgħaqqdu flimkien l-IŻM biex jinnormallizzaw il-forom ta’ aċċess jew il-kondizzjonijiet ta’ dawk li jitfgħu offerti kollettivi jew dawk li jinnormallizzaw l-aspetti bħall-karatteristiċi minuri tal-prodott, forom u rapporti, li għandhom effett sinifikattiv fuq il-fatturi ewlenin li jaffettwaw il-kompetizzjoni fis-swieq rilevanti.

6.3.1.2. Ftehim li kważi dejjem jaqgħu taħt l-Artikolu 81(1)

165. Ftehim li jużaw norma bħala mezz fost partijiet oħra ta’ ftehim ristrettiv aktar wisgħa mirat biex jeskludi l-kompetituri attwali jew ta’ potenzal kważi dejjem jinqabad mill-Artikolu 81(1). Per eżempju, ftehim li fih assoċjazzjoni nazzjonali ta’ manifatturi jiffissaw standard u jisfurzaw terzi persuni biex ma jipproduċux prodotti li ma jħarsux l-i standard ma jkunx f’din il-kategorija.

6.3.1.3. Ftehim li jistgħu jaqgħu taħt l-Artikolu 81(1)

166. Ftehim ta’ normalizzazzjoni jistgħu jinqabdu mill-Artikolu 81(1) jekk jagħtu lill-partijiet kontroll magħqud fuq il-produzzjoni u/jew l-innovazzjoni, u b’hekk jirrestrinġu l-abbiltà tagħhom li jikkompetu fuq il-karatteristiċi tal-prodott, filwaqt li jaffettwaw partijiet terzi bħal dawk li jipprovdu jew xerrejja tal-prodotti normalizzati. L-istima ta’ kull ftehim trid tikkunsidra n-natura ta’ l- standard i u l-effetti possibbli tiegħu fuq is-swieq konċernati, min-naħa waħda, u l-iskop tar-restrizzjonijiet possibbli li jmorru ‘l hinn mill-għan ewlieni ta’ l-istandardizzazzjoni, kif definit hawn fuq, min-naħa l-oħra.

167. L-eżistenza ta’ restrizzjoni fuq il-kompetizzjoni fi ftehim ta’ standardizzazzjoni tiddependi sal-punt kemm il-partijiet jibqgħu liberi biex jiżviluppaw standards jew prodotti alternattivi li ma jimxux ma’ l-i standards miftiehma. Ftehim ta’ standardizzazzjoni jistgħu jirrestrinġu l-kompetizzjoni meta ma jħallux il-partijiet jew milli jiżviluppaw standards alternattivi jew milli jikkummerċjalizzaw prodotti li ma jimxux ma’ l-i standard. Ftehim li jafdaw ċerti korpi bid-dritt esklussiv li jeżaminaw il-konformità ma’ l-i standards imorru ‘l hinn mill-għan ewlieni li jiddefinixxi l-i standard jistgħu wkoll jirrestrinġu l-kompetizzjoni. Ftehim li jimponu restrizzjonijiet fuq l-immarkar ta’ konformità ma’ l-i standards, sakemm mhux imposti minn dispożizzjonijiet regolatorji, jistgħu wkoll jirrestrinġu l-kompetizzjoni.

6.3.2. Setgħa fis-suq u strutturi tas-suq

168. Ishma għolja fis-suq fil-pussess tal-partijiet fis-suq(swieq) affettwat mhux bilfors ikunu ta’ interess għall-ftehim ta’ standardizzazzjoni Kemm huma effettivi hija kultant proporzjonali għas-sehem ta’ l-industrija nvoluta biex tiffissa u/jew biex tapplika l-i standard. Min-naħa l-oħra, l-i standards li mhux aċċessibbli għal partijiet terzi jistgħu jiddiskriminaw jew jagħlqu minn qabel partijiet terzi jew setturi tas-suq skond l-iskop ġeografiku tagħhom ta’ l-applikazzjoni. B’hekk l-istima jekk il-ftehim jirrestrinġix il-kompetizzjoni tiffoka, bilfors fuq bażi individwali, sal-punt kemm dawn l-eżenzjonijiet għad-dħul huma possibbli li jingħelbu.

6.4. Stima taħt l-Artikolu 81(3)

6.4.1. Benefiċċji ekonomiċi

169. Il-Kummissjoni ġeneralment taddotta xejra pożittiva lejn il-ftehim li jippromwovu penetrazzjoni ekonomika minn ġewwa fis-suq komuni jew li jinkoraġġixxu l-iżvilupp ta’ swieq ġodda jew kondizzjonijiet imtejba ta’ provvista. Biex dawn il-benefiċċji ekonomiċi jimmaterjalizzaw, l-informazzjoni meħtieġa biex l-i standard ikun applikat trid tkun disponibbli għal dawk li jixtiequ jidħlu fis-suq u proporzjon apprezzabbli ta’ l-industrija irid ikun involut fl-iffissar ta’ l-i standard b’mod trasparenti. Ikun għall-partijiet li juru li xi restrizzjonijiet fl-iffissar, fl-użu jew fl-aċċess għall-i standard jipprovdu benefiċċji ekonomiċi.

170. Sabiex iġibu benefiċċji tekniċi jew ekonomiċi, l-i standards m’għandhomx jillimitaw l-innovazzjoni. Dan jiddependi l-aktar fuq it-tul tal-ħajja tal-prodotti assoċjati, b’konnessjoni ma’ l-istadji ta’ żvilupp tas-suq (qed jikbru malajr, qed jikbru, staġnati…). L-effetti fuq l-innovazzjoni jridu jkunu analizzati fuq bażi ta’ każ b’każ. Il-partijiet jistgħu wkoll ikollhom jipprovdu evidenza li l-istandardizzazzjoni kollettiva qed tkabbar l-effiċjenza għall-konsumatur meta standard ġdid jista’ jwassal li prodotti eżistenti jitwarrbu mill-użu malajr mingħajr rażan, mingħajr benefiċċji addizzjonali oġġettivi.

6.4.2. Indispensabbiltà

171. Min-natura tagħhom, l-i standards ma jinkludux l-ispeċifikazzjonijiet jew it-teknoloġiji possibbli kollha. F’xi każijiet, ikun meħtieġ għall-benefiċċju tal-konsumaturi jew l-ekonomija kollha li jkun hemm biss soluzzjoni teknoloġika waħda. Iżda, dan l-i standard irid ikun iffissat fuq bażi mhux diskriminatorja. Idealment, l-i standards għandhom ikunu newtrali mit-teknoloġija. F’kull każ, għandu jkun iġġustifikat għalfejn standard wieħed jingħażel minflok ieħor.

172. Il-kompetituri kollha fis-suq(swieq) affetwat mill-i standard għandhom ikollhom il-possibilta’ li jkunu nvoluti fid-diskussjonijiet. Għalhekk, il-parteċipazzjoni fl-iffissar ta’ l-i standard għandha tkun miftuħa għal kulħadd, sakemm il-partijiet juru ineffiċjenzi importanti fit-tali parteċipazzjoni jew sakemm proċeduri rikonoxxuti huma mistennija għar-rappreżentazzjoni kollettiva ta’ interessi, bħall-korpi tan-normi formali.

173. Bħala regola ġenerali, għandu jkun hemm distinzjoni ċara bejn l-iffissar ta’ l-i standard u, fejn meħtieġ, ir-R & Ż relatat, u l-użu kummerċjali ta’ dak l-i standard. Ftehim fuq l-i standards m’għandhomx ikopru aktar milli meħtieġ biex jiżguraw l-għanijiet tagħhom kemm jekk din hija kompatibbli teknikament u kemm jekk ċertu livell ta’ kwalità. Per eżempju, għandu jintwera fiċ-ċar għalfejn huwa indispensabbli għall-ħruġ tal-benefiċċji ekonomiċi li ftehim biex jifrex standard f’industrija fejn kompetitur wieħed biss joffri alternattiva għandu jobbliga l-partijiet tal-ftehim li jibbojkottjaw l-alternattiva.

6.4.3. L-ebda eliminazzjoni tal-kompetizzjoni

174. Se jkun hemm fiċ-ċar punt fejn l-ispeċifikazzjoni ta’ standard privat minn grupp ta’ kumpanniji li huma dominanti flimkien x’aktarx twassal għall-ħolqien ta’ standard de facto ta’ l-industrija. L-interess ewlieni mbagħad ikun li jiżguraw li dawn l-i standards huma miftuħa kemm jista’ jkun u applikati f’mod mhux diskriminatorju ċar. Biex jevita l-eliminazzjoni tal-kompetizzjoni fis-suq(swieq) rilevanti, l-aċċess għall-i standard irid ikun possibbli għal terzi persuni fuq termini ġusti, raġonevoli u mhux diskriminatorji.

175. Sakemm l-organizzazzjonijiet privati jew gruppi ta’ kumpanniji jiffissaw standard jew it-teknoloġija proprjetarja tagħhom issir standard de facto, allura l-kompetizzjoni tkun eliminata jekk terzi persuni jingħalqu mill-aċċess għal dan l-i standard.

6.5. Eżempji

176. Eżempju 1

Sitwazzjoni: EN 60603-7:1993 jiddefinixxi li l-ħtiġijiet biex jitqabbdu riċevituri tat-televiżjoni ma’ aċċessorji li jiġġeneraw servizz ta’ video bħal video recorders u video games. Għalkemm l-i standard ma jorbotx legalment, fil-prattika l-manifatturi ta’ kemm ir-riċevituri tat-televiżjoni kif ukoll tal- video games jużaw l-i standard, kif is-suq jitlob.

Analiżi: Article 81(1) mhux miksur. L-i standard kien addottat minn korpi rikonoxxuti ta’ l-i standards, fuq livelli nazzjonali, Ewropew u internazzjonali, bi proċeduri miftuħa u trasparenti, u huwa bażat fuq kunsens nazzjonali li jirrifletti l-pożizzjoni tal-manifatturi u tal-konsumaturi. Il-manifatturi kollha jitħallew jużaw l-i standard.

177. Eżempju 2

Sitwazzjoni: Numru ta’ manifatturi ta’ videocassette jiftehmu li jiżviluppaw marka ta’ kwalità’ jew standard li jesprimi l-fatt li l-videocassette huwa skond ċerti speċifikazzjonijiet tekniċi minimi. Il-manifatturi huma liberi li jipproduċu videocassettes li ma jimxux ma’ l-i standard u l-i standard huwa disponibbli liberament għal żviluppaturi oħra.

Analiżi: Sakemm il-ftehim ma jirrestrinġix il-kompetizzjoni b’mod ieħor, l-Artikolu 81(1) mhux miksur, peress il-parteċipazzjoni fl-iffissar ta’ l-i standards mhux ristretta u hija trasparenti, u l-ftehim ta’ standardiżżazzjoni ma jiffissax obbligu biex jitħares l-i standard. Jekk il-partijiet jiftehmu biss li jipproduċu videocassettes skond l-i standard il-ġdid, il-ftehim jillimita l-iżvilupp tekniku u ma jħallix il-partijiet milli jbiegħu prodotti differenti, li jiksru l-Artikolu 81(1).

178. Eżempju 3

Sitwazzjoni: Grupp ta’ kompetituri attivi fis-swieq varji li jiddependu fuq prodotti li jridu jkunu kompatibbli ma’ xulxin, u b’aktar minn 80 % tas-swieq rilevanti, jaqblu li flimkien jiżviluppaw standard ġdid li jkun introdott fil-kompetizzjoni ma’ standards oħra diġa’ preżenti fis-suq, applikati sew mill-kompetituri tagħhom. Il-prodotti varji skond l-i standard il-ġdid ma jkunux kompatibbli ma’ l-i standards eżistenti. Minħabba l-investiment sinifikanti meħtieġ biex tinqaleb u tinżamm il-produzzjoni taħt l-i standard il-ġdid, il-partijiet jiftehmu li jitfgħu ċertu volum ta’ bejgħ għall-prodotti li jħarsu l-i standard il-ġdid biex joħolqu "volum kritiku" fis-suq. Huma wkoll jiftehmu li jillimitaw il-volum individwali tagħhom tal-produzzjoni tal-prodotti li jħarsu l-i standard sal-livell li nkiseb fis-sena ta’ qabel.

Analiżi: Dan il-ftehim, minħabba s-setgħa fis-suq tal-partijiet u r-restrizzjonijiet fuq il-produzzjoni, jaqa’ taħt l-Artikolu 81(1) waqt li x’aktarx ma jħarisx il-kondizzjonijiet tal-paragrafu 3, sakemm aċċess għall-informazzjoni teknika ma tkunx provduta fuq bażi mhux diskriminatorja u fuq termini raġjonevoli lill-oħrajn li jipprovdu li jixtiequ jikkompetu.

7. FTEHIM AMBJENTALI

7.1. Definizzjoni

179. Ftehim ambjentali [50] huma dawk fejn il-partijiet jintrabtu li jiksbu tnaqqis fit-tniġġiż, kif definit fil-liġi ambjentali, jew għanijiet ambjentali, partikolarment, dawk imniżżla fl-Artikolu 174 tat-Trattat. Għalhekk, il-mira jew il-miżuri miftehma għandhom bżonn ikunu konnessi direttament mat-tnaqqis tal-materjal li jniġġeż jew it-tip ta’ skart identifikat bħala tali fir-regolament rilevanti [51]. Dan jeskludi l-ftehim li jġibu t-tnaqqis fit-tniġġiż bħala prodott li jirriżulta minn miżuri oħrajn.

180. Ftehim ambjentali jistgħu jiffissaw l-istandards fuq l-operazzjoni ambjentali tal-prodotti (dħul u ħruġ) jew proċessi ta’ produzzjoni [52]. Kategoriji oħra possibbli jistgħu jinkludu ftehim fuq l-istess livell ta’ kummerċ, fejn il-partijiet jipprovdu għall-kisba komuni ta’ mira ambjentali bħar-riċiklaġġ ta’ ċerti materjali, tnaqqis fil-ħruġ, jew titjib ta’ effiċjenza fl-enerġija.

181. Skemi komprensivi tul l-industrija kollha jitwaqqfu f’ħafna Stati Membri biex iħarsu l-obbligi ambjentali fuq it-teħid lura jew ir-riċiklaġġ. Dawn l-iskemi normalment jinkludu sett kumplikat ta’ arranġamenti, li wħud minnhom huma orizzontali, filwaqt li oħrajn huma vertikali fil-karattru.Sakemm dawn l-arranġamenti fihom trażżin vertikali m`humiex suġġetti għal dawn ir-regolamenti.

7.2. Swieq rilevanti

182. L-effetti għandhom ikunu stmati fuq is-swieq li għalihom jirrelata l-ftehim, li jkunu definiti skond l-Avviż dwar id-definizzjoni tas-suq rilevanti għall-finijiet tal-liġi tal-kompetizzjoni tal-Komunità. Meta l-materjal li jniġġeż mhux prodott minnu nnifsu, is-suq rilevanti jiġbor dak tal-prodott li fih inkorporat il-materjal li jniġġeż. Għall-ftehim tal-ġbir/riċiklaġġ, biż-żieda ta’ l-effetti tas-suq(swieqi) li fihom il-partijiet huma attivi bħala produtturi jew distributuri, l-effetti fuq is-suq tas-servizzi ta’ ġbir li bil-potenzal ikopru l-prodott in-kwistjoni jridu jkunu stmati wkoll.

7.3. Stima taħt l-Artikolu 81(1)

183. Xi ftehim ambjentali jistgħu jkunu nkoraġġuti jew isiru meħtieġa mill-awtoritajiet ta’ l-Istat fl-eserċizzju tal-prerogattivi pubbliċi tagħhom. Ir-regoli preżenti ma jieħdux ħsieb il-kwistjoni jekk dan l-indħil ta’ l-Istat hux konformi ma’ l-obbligi ta’ l-Istati Membri taħt it-Trattat. Huma jindirizzaw biss l-istima li trid issir dwar jekk il-ftehim hux kompatibbli ma’ l-Artikolu 81.

7.3.1. Natura tal-ftehim

7.3.1.1. Ftehim li ma jaqgħux taħt l-Artikolu 81(1)

184. Xi ftehim ambjentali x’aktarx ma jaqgħux taħt l-iskop tal-projbizzjoni ta’ l-Artikolu 81(1), irrespettivament mis-sehem totali tas-suq tal-partijiet.

185. Dan jiġri jekk l-ebda obbligu preċiż individwali ma jitpoġġa fuq il-partijiet jew jekk huma ftit marbutin li jikkontribwixxu għall-kisba ta’ għan ambjentali mifrux fuq il-qafas kollu. F’dan il-każ ta’ l-aħħar, l-istima tiffoka fuq id-diskrezzjoni li titħalla lill-partijiet dwar il-mezzi li huma disponibbli teknikament u ekonomikament sabiex jinkiseb l-għanijiet ambjentali li ftehmu fuqhom. Aktar ma jkunu varjati dawn il-mezzi, anqas ikunu jinħassu l-effetti ristrettivi potenzali.

186. L-istess, il-ftehim jiffissa l-imġieba ambjentali tal-prodotti jew tal-proċessi li ma tantx jaffettwaw id-diversita’ tal-prodott jew tal-produzzjoni fis-suq rilevanti jew li l-importanza tiegħu hija marġinali biex tinfluenza d-deċiżjonijiet tax-xiri li ma jaqgħux taħt l-Artikolu 81(1). Fejn xi kategoriji tal-prodott huma projbiti jew jitneħħew bil-mod mis-suq, restrizzjonijiet ma jistgħux jitqiesu apprezzabbli sakemm is-sehem tagħhom huwa minuri fis-suq ġeografiku rilevanti jew, fil-każ ta’ swieq tul il-Komunità’ kollha, fl-Istati Membri kollha.

187. Fl-aħħar, il-ftehim li jagħtu opportunita’ għall-ħolqien ġenwin tas-suq, per eżempju ftehim ta’ riċiklaġġ, ġeneralment ma jirrestrinġix l-kompetizzjoni, sakemm u sal-punt li, l-partijiet li mhux kapaċi li jwettqu l-attivitajiet weħidhom, sakemm alternattivi oħra u/jew kompetituri ma jeżistux.

7.3.1.2. Ftehim li kważi dejjem jiġu taħt l-Artikolu 81(1)

188. Ftehim ambjentali jiġu taħt l-Artikolu 81(1) bin-natura tagħhom jekk il-koperazzjoni mhux veru tikkonċerna l-għanijiet ambjentali, iżda sservi bħala għodda biex jidħlu f’kartell moħbi, inkella fissar projbit tal-prezz, limitazzjoni fil-provvista jew allokazzjoni tas-suq, jew jekk il-koperazzjoni tintuza bħala mezz fost partijiet oħra ta’ ftehim li jirrestrinġi f’aktar wisa’ li jimmira biex jeskludi l-kompetituri attwali jew potenzali.

7.3.1.3. Ftehim li jistgħu jaqgħu taħt l-Artikolu 81(1)

189. Ftehim ambjentali li jkopru sehem kbir ta’ industrija fuq livell nazzjonali jew ta’ KE x’aktarx jinqabdu mill-Artikolu 81(1) fejn xi ftit jirrestrinġu l-abilita’ tal-partijiet li joħorġu b’karatteristiċi tal-prodotti tagħhom jew il-mod kif jipproduċuhom, u b’hekk jingħatalhom influenza fuq il-produzzjoni jew fuq il-bejgħ ta’ xulxin. Barra mir-restrizzjonijiet bejn il-partijiet, ftehim ambjentali jista’ wkoll inaqqas jew jaffettwa sinifikament il-provvista ta’ terzi persuni, jew bħala dawk li jipprovdu jew bħala xerrejja.

190. Per eżempju, l-ftehim ambjentali, li jistgħu jneħħu bil-mod jew jaffettwaw sinifikament proporzjon importanti tal-bejgħ tal-partijiet rigward il-prodotti jew il-proċessi tal-produzzjoni tagħhom, jistgħu jaqgħu taħt l-Artikolu 81(1) meta l-partijiet għandhom proporzjon sinifikamenti tas-suq. L-istess japplika għall-ftehim fejn il-partijiet jallokaw il-kwoti individwali tat-tniġġiż.

191. L-istess, ftehim fejn il-partijiet li għandhom sehem sinifikanti tas-suq f’parti sostanzjali tas-suq komuni jaħtru impriża bħala dik esklussiva biex tipprovdi għas-servizzi tal-ġbir u/jew tar-riċiklaġġ għall-prodotti tagħhom, jistgħu ukoll sa ċertu punt jirrestrinġu l-kompetizzjoni, sakemm jeżistu elementi bil-kapacita attwali jew bil-potenzjal realistiku li jipprovdu servizzi.

7.4. Stima taħt l-Artikolu 81(3)

7.4.1. Benefiċċji ekonomiċi

192. Il-Kummissjoni tieħu pożizzjoni pożittiva dwar l-użu ta’ ftehim ambjentali bħala strument tal-politika biex tikseb l-għanijiet ikkonservati fl-Artikolu 2 u fl-Artikolu 174 tat-Trattat kif ukoll fil-pjanijiet ta’ azzjoni ambjentali tal-Komunità [53], sakemm dawn il-ftehim huma kompatibbli mar-regoli ta’ kompetizzjoni [54].

193. Ftehim ambjentali maqbuda mill-Artikolu 81(1) jistgħu jiksbu benefiċċju ekonomiċi li, jew fuq livell tal-konsumatur individwali jew totali, jegħlbu l-effetti negattivi tagħhom fuq il-kompetizzjoni. Biex titħares din il-kondizzjoni, irid ikun hemm benefiċċji netti f’termini ta’ anqas pressjoni ambjentali li tirriżulta mill-ftehim, kif ipparagunat mal-linja t’isfel fejn l-ebda azzjoni ma tittieħed. Fi kliem ieħor, il-benefiċċji ekonomiċi mistennija jridu jegħlbu l-ispejjeż [55].

194. Dawn l-ispejjeż jinkludi l-effetti ta’ anqas kompetizzjoni flimkien ma’ l-ispejjeż tal-konformita’ għall-operaturi ekonomiċi u/jew l-effetti fuq partijiet terzi. Il-benefiċċji jistgħu jkunu stmati f’żewġ stadji. Fejn il-konsumaturi individwalment għandhom rata pożittiva ta’ dħul mill-ftehim taħt perjodi raġonevoli ta’ ħlas lura, m’hemmx bżonn li l-benefiċċji ambjentali totali jkunu stabbiliti oġġettivament. Inkella, analiżi ta’ l-ispejjeż mal-benefiċċji jkunu meħtieġa biex jistmaw jekk il-benefiċċji netti fuq il-konsumaturi in-ġenerali humiex possibbli taħt supposizzjonijiet raġonevoli.

7.4.2. Indispensabbiltà

195. Aktar ma jintwera oġġettivament l-effiċjenza ekonomika ta’ ftehim ambjentali, aktar biċ-ċar kull dispożizzjoni tista’ titqies indispensabbli għall-kisba ta’ l-għan ambjentali fil-kuntest ekonomiku.

196. Stima oġġettiva tad-dispożizzjonijiet li tista’ "prima facie" titqies li mhix indispensabbli trid tkun sostanzjata minn analiżi ta’ kemm teffettwa l-infieq li juri li mezzi alternattivi biex jinkisbu l-benefiċċji ambjentali mistennija, tkun aktar għolja ekonomikament u finanzjarjament, taħt supposizzjonijiet raġonevoli. Per eżempju, għandu jintwera sew fiċ-ċar li miżata uniformi, li titħallas mingħajr każ ta’ l-ispejjeż individwali għall-ġbir ta’ l-iskart, hija indispensabbli biex taħdem is-sistema tal-ġbir tul l-industrija kollha.

7.4.3. L-ebda eliminazzjoni tal-kompetizzjoni

197. Ikunu xi jkunu il-qligħ ambjentali u ekonomiċi u l-ħtieġa tad-dispożizzjonijiet mistennija, il-ftehim ma jridx jelimina l-kompetizzjoni f’termini ta’ prodott, jew differenzar tal-proċess, innovazzjoni teknoloġika jew dħul fis-suq fiż-żmien il-qasir jew, fejn rilevanti, fiż-żmien medju. Per eżempju, fil-każ ta’ drittijiet esklussivi tal-ġbir li jingħataw lill-operatur ta’ kollezzjoni/riċiklaġġ li għandu kompetituri potenzali, iż-żmien ta’ dawn id-drittijiet għandu jikkunsidra d-dehra possibbli ta’ alternattiva għall-operatur.

7.5. Eżempji

198. Eżempju

Sitwazzjoni: Kważi l-produtturi u l-importaturi kollha tal-Komunità ta’ ċertu apparat domestiku (eż. magna tal-ħasil) jaqblu, bl-inkoraġġiment ta’ korp pubbliku, li ma jibqgħux jimmanifatturaw u jimportaw ġewwa l-Komunità prodotti li ma jħarsux ċerti kriterji ambjentali (eż. effiċjenza fl-enerġija). Flimkien, il-partijiet għandhom 90 % tas-suq tal-Komunità. Il-prodotti li b’hekk bil-mod jitneħħew mis-suq jagħmlu proporzjon sinifikanti tal-bejgħ totali. Huma jinbidlu bi prodotti aktar favur l-ambjent, iżda wkoll iktar għoljin. Aktar minn hekk, l-ftehim indirettament inaqqas il-ħruġ ta’ partijiet terzi (eż. bżonnijiet ta’ l-elettriku, dawk li jipprovdu l-komponenti inkorporati fil-prodotti li qed jitneħħew mis-suq).

Analiżi: Il-ftehim jagħti lill-partijiet il-kontroll tal-produzzjoni u l-importi individwali u tikkonċerna proporzjon apprezzabbli tal-bejgħ u l-ħruġ totali tagħhom, filwaqt li wkoll inaqqas il-ħruġ ta’ paartijiet terzi. L-għażla tal-konsumatur, li in-parti tiffoka fuq il-karatteristiċi ambjentali tal-prodott, titnaqqas u l-prezzijiet probabbli jogħlew. Għalhekk, il-ftehim jinqabad mill-Artikolu 81(1). L-involviment ta’ l-awtorità pubblika hija irrilevanti għal din l-istima.

Iżda, prodotti aktar ġodda huma aktar avanzati teknikament u bit-tnaqqis tal-problema ambjentali indirettament immirat lejn (ħruġ mill-ġenerazzjoni ta’ l-elettriku), huma mhux bilfors joħolqu jew iżidu problema ambjentali oħra (eż. konsum ta’ l-ilma, użu tad-deterġent). Il-kontribuzzjoni netta għat-titjib kollu fis-sitwazzjoni ambjentali jkun aktar mill-ispejjeż miżjuda. Aktar minn hekk, xerrejja individwali ta’ prodotti ogħla wkoll jirkupraw malajr iż-żieda fin-nefqa għax il-prodotti aktar favur l-ambjent għandhom inqas spejjeż ta’ operazzjoni. Alternattivi oħra tal-ftehim jintwerew li huma anqas żguri u anqas effettivi f’infieq biex iwasslu l-istess benefiċċji netti. Meżżi tekniċi varji huma ekonomikment disponibbli għall-partijiet sabiex ikunu manifatturati l-prodotti li jħarsu l-karatteristiċi ambjentali miftehma u l-kompetizzjoni xorta ssir għal karatteristiċi oħra tal-prodotti. Għalhekk, il-kondizzjonijiet għal eżenzjoni taħt l-Artikolu 81(3) huma mħarsa.

[1] ĠU L 53, tat-22.2.1985, p. 1.

[2] ĠU L 306, tal-11.11.1997, p. 12.

[3] ĠU L 53, tat-22.2.1985, p. 5.

[4] ĠU L 304, tal-5.12.2000, p. 3.

[5] ĠU L 304, tal-5.12.2000, p. 7.

[6] ĠU C 75, tad-29.7.1968, p. 3.

[7] ĠU C 43, tas-16.2.1993, p. 2.

[8] Kumpannija titqies bħala kompetitur attwali jekk hija jew attiva fl-istess suq rilevanti jew jekk, fin-nuqqas tal-ftehim, kapaċi tibdel il-produzzjoni għall-prodotti rilevanti u tippromovihom fiż-żmien qasir mingħajr ma teħel spejjeż jew riskji sinifikanti addizzjonali bħala risposta għal żieda żgħira iżda permanenti fil-prezzijiet relattivi (sostitwibilità immedjata min-naħa tal-provvista). L-istess raġonament jista’ jwassal għall-iggruppar ta’ meded ġeografiċi differenti. Iżda, meta s-sostitwibiltà min-naħa tal-provvista tkun tinkludi l-bżonn li jkunu aġġustati sinifikament l-assi tanġibbli u intanġibbli eżistenti, li jsiru investimenti addizzjonali, li jittieħdu deċiżjonijiet strateġiċi jew li jitgħabbew b’dewmien ta’ żmien, kumpannija ma titqiesx bħala kompetitur iżda bħal kompetitur potenzali (ara hawn taħt). Ara l-Avviż tal-Kummissjoni dwar id-definizzjoni tas-suq rilevanti għall-iskopijiet tal-liġi tal-kompetizzjoni tal-Komunità (ĠU Ċ372, tad- 9.12.1997, p. 5, paragrafi 20-23).

[9] Kumpannija titqies bħala kompetitur potenzali jekk hemm evidenza li, fin-nuqqas ta’ ftehim, din il-kumpannija tista’ u x’aktarx tagħmel l-investimenti addizzjonali meħtieġa jew l-ispejjeż oħra meħtieġa biex taqleb sabiex tidħol fis-suq rilevanti bħala risposta għaż-żieda żgħira iżda permanenti fil-prezzijiet relattivi. Din l-istima għandha tkun ibbażata fuq bażi realistika, il-possibilità teoretika biss biex tidħol fis-suq mhux biżżejjed (ara l-Avviż tal-Kummissjoni dwar id-definizzjoni tas-suq rilevanti għall-iskopijiet tal-liġi tal-kompetizzjoni tal-Komunità (paragrafu 24); ara wkoll it-Tlettax-il Rapport tal-Kummissjoni dwar il-Politika tal-Kompetizzjoni, punt 55 u d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 90/410/KEE fil-każ ta’ Elopak/Metal Box-Odin (ĠU L 209, tat-8.8.1990, p. 15). Id-dħul fis-suq irid isir biżżejjed veloċi sabiex it-theddida tad-dħul potenzali tikkostrinġi l-imġieba tal-parteċipanti tas-suq. Normalment, dan ifisser li d-dħul għandu jsir f’perjodu qasir. Ir-Regoli dwar it-Trażżin Vertikali (ĠU C 291, tat-13.10.2000, p. 1, paragrafu 26, jikkunsidra perjodu ta’ sena massimu għall-iskopijiet ta’ l-applikazzjoni tar-Regolament ta’ l-Eżenzjoni Sħiħa dwar it-Trażżin Vertikali (ara n-nota 11 f’qiegħ il-paġna). Iżda, f’każijiet individwali perjodi itwal ta’ żmien jistgħu jkunu kunsidrati. Il-perjodu ta’ żmien meħtieġ mill-kumpanniji diġà attivi fis-suq biex jaġġustaw il-kapaċitajiet tagħhom jista’ jintuża bħala paragun ta’ kejl biex ikun stabbilit dan il-perjodu.

[10] ĠU L 336, tad-29.12.1999, p. 21.

[11] ĠU C 291, tat-13.10.2000, p. 1.

[12] Il-linja bejn il-ftehim orizzontali u vertikali tkun żviluppata aktar fil-kapitoli tax-xiri bi sħab (Kapitolu 4) u l-kummerċjalizzazzjoni bi sħab (Kapitolu 5). Ara wkoll ir-Regoli tat-Trażżin Vertikali, paragrafi 26 u 29.

[13] ĠU L 395, tat-30.12.1989, p. 1. Verżjoni emendata ĠU L 257, tal-21.9.1990, p. 13.

[14] ĠU L 180, tad-9.7.1997, p. 1.

[15] Regolament tal-Kunsill 26/62 (ĠU C 30, ta’ l-20.4.1962, p. 993) (agrikoltura).Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1017/68, (ĠU L 175, tat-23.7.1968, p. 1) (trasport bil-ferrovija u bil-kanali interni);Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 4056/86 (ĠU L 378, tal-31.12.1986, p. 4) (trasport marittimu);Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3975/87 (ĠU L 374, tal-31.12.1987, p. 1) (trasport bl-ajru);Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3976/87 (ĠU L 374, tal-31.12.1987, p. 9) (trasport bl-ajru);Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 1617/93, (ĠU L 155, tas-26.6.1993, p. 18) (Eżenzjoni sħiħa li tikkonċerna l-ippjanar flimkien u l-kordinazzjoni ta’ skedi, operazzjonijiet bi sħab, konsulenza fuq it-tariffi tal-passiġġieri u tat-tagħbija fuq servizzi skedati ta’ l-ajru u allokazzjonijiet ta’ postijiet fl-ajruporti);Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 479/92 (ĠU L 55, tad-29.2.1992, p. 3) (Kumpanniji ta’ bastimenti transatlantiċi);Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 870/95 (ĠU L 89, tal-21.4.1995, p. 7) (Eżenzjoni sħiħa li tkopri ċerti ftehim bejn kumpanniji ta’ bastimenti transatlantiċi);Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1534/91, (ĠU L 143, tas-7.6.1991, p. 1) (settur ta’ l-assigurazzjoni);Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3932/92 (ĠU L 398, tal-31.12.1992, p. 7) (Eżenzjoni sħiħa li tkopri ċerti ftehim fis-settur ta’ l-assigurazzjoni).

[16] Ara l-Avviż dwar il-ftehim ta’ importanza minuri (ĠU C 372, tad-9.12.1997, p. 13).

[17] Kumpanniji jistgħu jkollhom setgħa sinifikanti fis-suq taħt il-livell tad-dominanza fis-suq, li hija l-livell minimu għall-applikazzjoni ta’ l-Artikolu 82.

[18] Din, iżda, bħala eċċezzjoni ma tapplikax għal joint venture tal-produzzjoni. Huwa inerenti għall-funzjoni ta’ din il-joint venture li d-deċiżjonijiet fuq il-provvisti isiru flimkien mill-partijiet. Jekk il-joint venture ukoll tippromwovi l-oġġetti mmanifatturati flimkien, allura d-deċiżjonijiet fuq il-prezzijiet għandhom jittieħdu flimkien mill-partijiet ta’ dan il-ftehim. F’dan il-każ, l-inklużjoni tad-dispożizzjonijiet dwar il-prezzijiet jew il-provvista ma ġġiegħelx li l-ftehim awtomatikament jaqa’ taħt l-Artikolu 81(1). Id-dispożizzjonijiet dwar il-prezzijiet jew il-provvisti jkollhom ikunu stmati flimkien ma’ l-effetti l-oħra tal-joint venture fuq is-suq biex jistabbilixxu l-applikabilità ta’ l-Artikolu 81(1) (ara paragrafu 90).

[19] Ara l-Avviż tal-Kummissjoni dwar id-definizzjoni tas-suq rilevanti għall-iskopijiet tal-liġi tal-kompetizzjoni tal-Komunità (ĠU C 372, tad-9.12.1997, p. 5).

[20] L-ishma tas-suq għandhom normalment ikunu kalkolati fuq il-bażi tal-valur tal-bejgħ tas-suq (ara l-Artikolu 6 tar-Regolament ta’ l-Eżenzjoni Sħiħa tar-R & Ż u l-Artikolu 6 tar-Regolament ta’ l-Eżenzjoni Sħiħa ta’ l-Ispeċjalizzazzjoni). Biex ikun stabbilit is-sehem fis-suq ta’ parti f’ċertu suq, għandhom ikunu kunsidrati l-impriżi li huma konnessi mal-partijiet (ara l-punt 2 ta’ l-Artikolu 2 tar-Regolament ta’ l-Eżenzjoni Sħiħa tar-R & Ż u l-punt 2 ta’ l-Artikolu 2 tar-Regolament ta’ l-Eżenzjoni Sħiħa ta’ l-Ispeċjalizzazzjoni).

[21] Jekk hemm aktar minn żewġ partijiet, allura s-sehem kollettiv tal-kompetituri kollha li qed jikkoperaw għandu jkun sinifikament akbar mis-sehem ta’ l-akbar kompetitur li qed jieħu sehem waħdu.

[22] Suq magħmul minn erba’ kumpanniji b’ishma ta’ 30 %, 25 %, 25 % u 20 %, għandhom HHI ta’ 2550 (900 + 625 + 625 + 400) qabel il-koperazzjoni. Jekk l-ewwel żewġ mexxejja fis-suq jikkoperaw, l-HHI tinbidel għal 4050 (3025 + 625 + 400) wara l-koperazzjoni. L-HHI ta’ wara l-koperazzjoni hija rilevanti għall-istima ta’ l-effetti possibbli fis-suq ta’ koperazzjoni.

[23] Eż. il-proporzjon tal-konċentrazzjoni tat-tlett kumpaniji CR3 huwa s-somma ta’ l-ishma tas-suq tat-tlett kompetituri li qed imexxu s-suq.

[24] Għad-definizzjoni tas-suq ara l-Avviż tal-Kummissjoni dwar id-definizzjoni tas-suq rilevanti.

[25] Ara l-Avviż tal-Kummissjoni dwar id-definizzjoni tas-suq rilevanti; ara, ukoll, per eżempju, id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 94/811/KE tat-8 ta’ Ġunju 1994 fil-Każ Nru IV/M269 - Shell/Montecatini (ĠU L 332, tat-22.12.1994, p. 48).

[26] Artikolu 4(2) tar-Regolament ta’ l-Eżenzjoni Sħiħa tar-R & Ż.

[27] Artikolu 4(1) tar-Regolament ta’ l-Eżenzjoni Sħiħa tar-R & Ż.

[28] Artikolu 7(e) tar-Regolament ta’ l-Eżenzjoni Sħiħa tar-R & Ż.

[29] Artikolu 4(3) tar-Regolament ta’ l-Eżenzjoni Sħiħa tar-R & Ż.

[30] Koperazzjoni fuq R & Ż bejn dawk li m`humiex kompetituri tista’ iżda tipproduċi effetti ta’ għeluq qabel iż-żmien taħt l-Artikolu 81(1) jekk tirrelata l-użu esklussiv tar-riżultati u jekk tkun konkluża bejn kumpanniji, li waħda minnhom għandha saħħa sinifikanti fis-suq rigward teknoloġija importanti.

[31] Skond l-Artikolu 4(2)(3) tar-Regolament Nru 17, ftehim li għandhom bħala l-uniku għan tagħhom ir-riċerka u l-iżvilupp flimkien ma għandhomx bżonn, iżda jistgħu, ikunu notifikati lill-Kummissjoni.

[32] Ara l-Art. 3(2) tar-Regolament ta’ l-Eżenzjoni Sħiħa tar-R & Ż.

[33] Ara l-Art. 3(2) tar-Regolament ta’ l-Eżenzjoni Sħiħa tar-R & Ż.

[34] Kif indikat hawn fuq, il-joint ventures li jaqgħu taħt ir-Regolament tas-Sħubija mhumiex suġġetti għal dawn ir-regoli. Joint ventures b’funzjoni sħiħa taħt id-daqs tal-Komunità normalment jieħdu ħsiebhom l-awtoritajiet tal-kompetizzjoni ta’ l-Istati Membri. L-applikazzjoni tar-Regolament Nru 17 jista’ jkun rilevanti biss fejn joint venture b’funzjoni sħiħa twassal għal restrizzjoni fil-kompetizzjoni li toħroġ mill-kordinazzjoni tal-kumpanniji ewlenin barra l-joint venture ("effett ta’ tfawwir"). F’dan ir-rigward, il-Kummissjoni dikjarat li kemm jista’ jkun tħalli l-istima ta’ dawn l-operazzjonijiet lill-Istati Membri (ara d-Dikjarazzjoni tal-Minuti tal-Kunsill dwar ir-Regolament (KE) Nru 1310/97, pt. 4).

[35] Artikolu 2(4) tar-Regolament ta’ l-Eżenzjoni Sħiħa dwar it-Trażżin Vertikali.

[36] Artikolu 2(3) tar-Regolament ta’ l-Eżenzjoni Sħiħa dwar it-Trażżin Vertikali. Ara wkoll ir-Regoli dwar it-Trażżin Vertikali, paragrafu 33, li jinnota li arranġamenti ta’ kuntratti ġewwa kuntratti bejn dawk li m`humiex kompetituri li taħthom ix-xerrej jipprovdi biss speċifikazzjonijiet lil min qed jipprovdi li jiddeskrivu l-oġġetti jew is-servizzi huma koperti mir-Regolament ta’ l-Eżenzjoni Sħiħa dwar it-Trażżin Vertikali.

[37] Jekk ftehim ta’ kuntratt ġewwa kuntratt bejn kompetituri jistipula li l-kuntrattur iwaqqaf il-produzzjoni tal-prodott li l-ftehim jirrigwarda, il-ftehim jikkostitwixxi ftehim unilaterali ta’ speċjalizzazzjoni li huwa kopert, suġġett għal ċerti kondizzjonijiet, mir-Regolament ta’ l-Eżenzjoni Sħiħa ta’ l-Ispeċjalizzazzjoni.

[38] Avviż li jikkonċerna l-istima ta’ ċerti ftehim ta’ kuntratti ġewwa kuntratti dwar l-Artikolu 85(1) tat-Trattat tal-KEE, ĠU C 1, tat-3.1.1979, p. 2.

[39] Kif riferut ukoll fl-Artikolu 2(4) tar-Regolament tas-Sħubija.

[40] Bħal kull ftehim ta’ kuntratt ġewwa kuntratt dan il-ftehim jista’ iżda jaqa’ taħt l-Artikolu 81(1) jekk fih trażżin vertikali, bħal restrizzjonijiet fuq bejgħ passiv, manteniment tal-prezz għall-bejgħ mill-ġdid, eċċ.

[41] Joint venture tal-produzzjoni li wkoll twettaq distribuzzjoni bi sħab hija, iżda, f’ħafna mill-każijiet joint venture bil-funzjoni sħiħa.

[42] Skond l-Artikolu 4(2)(3) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 17, ftehim li għandhom bħala l-uniku għan tagħhom l-ispeċjalizzazzjoni fil-manifattura tal-prodotti m’għandhomx bżonn, taħt ċerti kondizzjonijiet, ikunu notifikati lill-Kummissjoni. Jistgħu, iżda, ikunu notifikati.

[43] Ara r-Regoli tat-Trażżin Vertikali, paragrafu 29.

[44] Artikolu 2(2) tar-Regolament ta’ l-Eżenzjoni Sħiħa dwar it-Trażżin Vertikali.

[45] Artikolu 4(2) tar-Regolament ta’ l-Eżenzjoni Sħiħa dwar it-Trażżin Vertikali.

[46] L-iskambju ta’ informazzjoni sensittiva u dettaljata li ssir f’suq oligopolistiku tista’ bħala tali tinqabad mill-Artikolu 81(1). Il-ġudizzji tat-28 ta’ Mejju 1998 fil-każijiet tal-"Mutur tal-ħart" (Ċ-8/958 P: New Holland Ford u Ċ-7/95 P: John Deere) u tal-11 ta’ Marzu 1999 fil-każijiet tat-"Travi tal-Ħadid" (T-134/94, T-136/94, T-137/94, T-138/94, T-141/94, T-145/94, T-147/94, T-148/94, T-151/94, T-156/94 u T-157/94) jipprovdu kjarifika utli f’dan ir-rigward.

[47] L-istandardizzazzjoni tista’ tieħu forom differenti, li jvarjaw mill-adozzjoni ta’ standards ibbażati fuq kunsens nazzjonali minn korpi rikonoxxuti Ewropew jew nazzjonali, għal konsorzji u fora, sa ftehim bejn kumpanniji waħdiena. Għalkemm il-liġi tal-Komunità tiddefinixxi l-i standards f’mod dejjaq, dawn ir-regoli jikkwalifikaw bħala standards il-ftehim kollha definiti f’dan il-paragrafu.

[48] Skond l-Artikolu 4(2)(3) tar-Regolament Nru 17, ftehim li għandhom bħala l-uniku għan tagħhom l-iżvilupp jew l-applikazzjoni uniformi ta’ l-i standards u t-tipi m’għandhomx bżonn, iżda jistgħu, jkunu notifikati lill-Kummissjoni.

[49] Direttiva 98/34/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Ġunju 1998 li tniżżel proċedura għall-provvediment ta’ l-informazzjoni fil-qasam ta’ l-i standards u r-regolamenti tekniċi (ĠU L 204, tal-21.7.1998, p. 37).

[50] It-terminu "ftehim" hija wżata fis-sens definit mill-Qorti tal-Ġustizzja u l-Qorti ta’ l-Ewwel Istanza fil-liġi tal-każijiet dwar l-Artikolu 81. Mhux bilfors tikkorrospondi mad-definizzjoni ta’ "ftehim" fid-dokumenti tal-Kummissjoni li jittrattaw il-kwestjonijiet ambjentali bħall-ftehim ambjentali dwar il-Komunikazzjoni COM(96) 561 finali ta’ tas- 27.11.1996.

[51] Per eżempju, ftehim nazzjonali li jneħħi gradwalment kontaminant jew żibel identifikat bħala tali fid-Direttivi rilevanti tal-Komunità ma jistax ikun assimilat ma’ bojkott kollettiv fuq prodott li jiċċirkola liberament fil-Komunità.

[52] Sal-punt li xi ftehim ambjentali jistgħu jkunu assimilati ma’ standardizzazzjoni, l-istess prinċipji ta’ stima għall-istandardizzazzjoni jgħoddu għalihom.

[53] Il-V Programm Ambjentali t’Azzjoni (ĠU C 138, tas-17.5.1993, p. 1; Il-Parlament Ewropew u d-Deċiżjoni tal-Kunsill Nru 2179/98/KE ta’ l-24 ta’ Settembru 1998 (ĠU L 275, ta’ l-10.10.1998, p. 1).

[54] Komunikazzjoni dwar il-ftehim ta’ l-ambjent COM(96) 561 finali tas- 27.11.1996, il-paragrafi 27-29 u l-Artikolu 3(1)f tal-PE u d-Deċiżjoni tal-Kunsill ut supra. Il-komunikazzjoni tinkludi "Lista ta’ l-Iċċekkjar għall-Ftehim Ambjentali" li jidentifikaw l-elementi li ġeneralment għandhom ikunu inklużi fi ftehim bħal dan.

[55] Din hija konsistenti mal-ħtieġa li jkunu kunsidrati il-benefiċċji potenzali u l-ispejjeż ta’ l-azzjoni jew nuqqas t’azzjoni ppreżentati fl-Artikolu 174(3) tat-Trattat u l-Artikolu 7(d) tal-Parlament Ewropew u d-Deċiżjoni tal-Kunsill ut supra.

--------------------------------------------------