32001R2601



Official Journal L 345 , 29/12/2001 P. 0047 - 0048


Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2601/2001

tat-28 ta’ Diċembru 2001

li jissupplimenta l-Anness mar-Regolament (KEE) Nru 2400/96 dwar id-dħul ta' ċerti ismijiet fir-"Reġistru ta’ denominazzjoni protetta ta’ oriġini u indikazzjonijiet ġeografiċi protetti" pprovdut bir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2081/92 dwar il-protezzjoni ta’ l-indikazzjonijiet ġeografiċi u d-denominazzjonijiet ta’ l-oriġini għall-prodotti u l-oġġetti ta' l-ikel agrikoli

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2081/92 ta' l-14 ta’ Lulju 1992 dwar il-protezzjoni ta’ l-indikazzjonijiet ġeografiċi u l-ismijiet ta’ l-oriġini għall-prodotti u l-oġġetti ta' l-ikel agrikoli [1], kif emendat bir-Regolamemt tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2796/2000 [2], u b'mod partikolari l-Artikolu 6(3) u (4) tiegħu,

Billi:

(1) Skond l-Artikolu 5 tar-Regolament (KEE) Nru 2081/92 Spanja bagħtet lill-Kummissjoni applikazzjonijiet għar-reġistrazzjoni ta' l-isem "Manzana Reineta del Bierzo" bħala denominazzjoni ta’ l-oriġini u ta' l-isem "Salchichón de Vic"/"Llonganissa de Vic" bħala indikazzjoni ġjografika.

(2) Skond l-Artikolu 6(1) ta’ dan ir-Regolament l-applikazzjonijiet instabu li jilħqu l-ħtiġijiet kollha mniżżla fih u b'mod partikolari li fih it-tagħrif kollu meħtieġ skond l-Artikolu 4 tiegħu.

(3) L-ebda dikjarazzjoni ta’ oġġezzjoni fit-tifsira ta’ l-Artikolu 7 tar-Regolament (KEE) Nru 2081/92 ma ngħatat lill-Kummissjoni wara l-pubblikazzjoni fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej [3] ta' l-ismijiet fl-Anness ma’ dan ir-Regolament.

(4) L-ismijiet għandhom għalhekk jiddaħħlu fir-Reġistru ta’ l-ismijiet ta’ l-oriġini protetti u ta' l-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti u minn issa 'l quddiem jiġu protetti fil-Komunità kollha bħala ismijiet ta’ l-oriġini protetti u indikazzjonijiet ġeografiċi protetti.

(5) L-Anness ma’ dan ir-Regolament jissupplimenta l-Anness mar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2400/96 [4], kif emendat bir-Regolament (KEE) Nru 2372/2001 [5],

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

L-Artikolu 1

L-ismijiet fl-Anness ma’ dan ir-Regolament huma miżjuda f l-Anness mar-Regolament (KEE) Nru 2400/96 u mdaħħla bħala denominazzjoni protetta ta’ l-oriġini (DPO) u indikazzjonijiet ġeografiċi protetti (IĠP) fir-"Reġistru ta’ denominazzjoni protetta ta’ oriġini u indikazzjonijiet ġeografiċi protetti"pprovdut bl-rtikolu 6(3) tar-Regolament (KEE) Nru 2081/92.

L-Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-20 jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussel, fit-28 ta’ Diċembru 2001.

Għall-Kummissjoni

Franz Fischler

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 208, ta' l-24.7.1992, p. 1.

[2] ĠU L 324, tal-21.12.00, p. 26.

[3] ĠU C 86, tas-16.3.2001, p. 4, uĠU C 96, tas-27.03.01, p. 8.

[4] ĠU L 327, tat-18.12.96, p. 11.

[5] ĠU L 320, ta' l-04.12.01, p. 9.

--------------------------------------------------

L-ANNESS

IL-PRODOTTI ELENKATI FL-ANNESS MAT-TRATTAT TAL-KE, MAĦSUBA GĦALL-KONSUM MILL-BNIEDEM

Il-Frott

SPANJA

Il-"Manzana Reineta del Bierzo" (IOP)

Prodotti bbażati fuq il-laħam

SPANJA

Is-"Salchichón de Vic"/"Llonganissa de Vic" (IĠP)

--------------------------------------------------