32001R2592



Official Journal L 345 , 29/12/2001 P. 0025 - 0028


Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2592/2001

tat-28 ta' Diċembru 2001

li jimponi l-ħtieġa ta' iktar testijiet u informazzjoni fuq il-fabbrikanti jew l-importaturi ta' ċerti sustanzi ta' prijorità kif previst skond ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 793/93 dwar il-valutazzjoni u l-kontroll tar-riskji tas-sustanzi eżistenti

IL-KUMMISJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 793/93 tat-23 ta' Marzu 1992 dwar il-valutazzjoni u l-kontroll tar-riskji tas-sustanzi eżistenti [1], u b'mod partikolari l-Artikolu 10(2) tiegħu,

Billi:

(1) L-Istati Membri nnominati bħala relaturi skond ir-Regolament (KEE) Nru 793/93 għal ċerti sustanzi ta' prijorità li jkunu għaddejjin mill-attivitajiet tal-valutazzjoni tar-riskji, ivvalutaw it-tagħrif sottomess mill-fabbrikanti jew l-importaturi rigward dawn is-sustanzi. Wara konsultazjoni mal-fabbrikanti jew l-importaturi interessati, iddeċidew jekk, għall-finijiet tal-valutazzjoni tar-riskji, ikunx meħtieġ li dawn il-fabbrikanti jew importaturi jeħtiġilhom li jissottomettu iktar tagħrif u/jew iwettqu iktar testijiet.

(2) Il-fabbrikanti u l-importaturi ċċekkjaw jekk it-tagħrif meħtieġ sabiex jivvalutaw is-sustanzi fil-kwistjoni hux disponibbli minn għand il-fabbrikanti jew l-importaturi ta' qabel ta' dawn is-sustanzi, skond l-Artikolu 10(5) tar-Regolament (KEE) Nru 793/93. Il-fabbrikanti u l-importaturi ċċekkjaw ukoll, f'konsultazzjoni ma' l-Istati Membri nnominati bħala relaturi, jekk it-testijiet fuq l-annimali jistgħux jiġu mibdula jew limitati bl-użu ta' metodi oħra.

(3) Il-Kummissjoni ġiet mgħarrfa mill-Istati Membri nnominati bħala relaturi bil-ħtieġa li jitolbu iktar tagħrif u testijiet minn għand il-fabbrikanti jew l-importaturi ta' dawn is-sustanzi.

(4) L-Istati membri nnominati bħala relaturi issottomettew lill-Kummissjoni l-protokolli dwar it-testijiet ulterjuri mitluba.

(5) L-Artikolu 12(3) tar-Regolament (KEE) Nru 793/93 jipprovdi illi fil-każ ta' sustanza prodotta jew importata bħala jew fi tħejjija minn numru ta' fabbrikanti jew importaturi, it-testijiet iktar jistgħu jitwettqu minn fabbrikant/importatur wieħed huwa u jaġixxi fl-isem il-fabbrikanti jew l-importaturi interessati. F'dan il-każ, il-fabbrikanti jew l-importaturi l-oħra jridu jagħmlu riferiment għat-testijiet imwettqa u jagħmlu kontribuzzjoni ġusta u ekwa rigward l-ispejjeż.

(6) Id-disposizzjonijiet ta' dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat stabbilit bl-Artikolu 15 tar-Regolament (KEE) Nru 793/93,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-fabbrikant/i u l-importatur/i tas-sustanzi elenkati fl-Anness ma' dan ir-Regolament, li ssottomettew it-tagħrif skond il-ħtiġiet ta' l-Artikoli 3, 4, u 9 tar-Regolament (KEE) Nru 793/93, għandhom jipprovdu t-tagħrif u jwettqu t-testijiet indikati fl-Anness ma' dan ir-Regolament u għandhom jikkunsinnaw ir-riżultati rilevanti lill-Istati Membri nnominati bħala relaturi.

It-testijiet għandhom jitwettqu skond il-protokolli speċifikati mill-Istati Membri nnominati bħala relaturi.

Ir-riżultati jridu jiġu mogħtija fil-limiti taż-żmien stabbiliti fl-Anness.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-20 jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussel, fit-28 ta' Diċembru 2001.

Għall-Kummissjoni

Margot Wallström

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 84, tal-5.4.1993, p. 1.

--------------------------------------------------

ANNESS

| in-Nru ta' l-Einecs | In-Nru tas-SAK | L-Isem tas-Sustanza | Ir-Relaturi | Il-ħtiġiet tat-tagħrif tat-testijiet | Ix-Xhur mid-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament |

1 | 200-539-3 | 62-53-3 | L-Anilina | D | L-informazzjoni dwar il-formazzjoni ta' l-anilina mill-kimiċi tal-gomma-listika (caoutchou) | 9 |

L-informazzjoni dwar ir-rilaxx fl-ilma ta' l-iskart u t-trattament ta' l-ilma ta' l-iskart li huwa rappreżentattiv ta' l-industrija Ewropea tal-gomma-listika (caoutchou) | 9 |

L-informazzjoni dwar ir-rilaxxi fl-atmosfra u l-metodi tat-teknika applikati għall-purifikazzjoni ta' l-arja mill-emissjonijiet fl-industrija tal-gomma-listika (caoutchou) | 9 |

It-test tal-fumigazzjoni tal-pjanti għat-tossiċità | 6 |

It-testijiet fuq it-tul taż-żmien għat-tossiċità fuq il-Lumbriculus variegatus u l-Chironomus riparius bis-sediment pre-inkubat | 6 |

It-test tal-bijo-akkumulazzjoni bil-Lumbriculus variegatus bis-sediment pre-inkubat | 6 |

It-testijiet għall-effett terrestrjali bil-ħamrija pre-inkubata It-testijiet tal-bijo-akkumulazjoni terrestrjali bil-ħamrija pre-inkubata | jiddependi mir-riżultati tat-testijiet attwali tat-3.4-dikloroanalin (effetti terrestjali) u r-riżultati tat-testijiet tas-sedimenti ta' l-anilina |

2 | 201-557-4 | 84-74-2 | Il-ftalat tad-dibutil | NL | It-test tat-tossiċità tal-pjanti | 12 |

3 | 202-627-7 | 98-01-1 | It-2-Furaldeid | NL | It-test in vivo tal-mutazzjoni tal-ġene | 12 |

4 | 202-974-4 | 101-77-9 | Il-4,4'-Metilenedijanalin | D | It-test tat-tossiċità fuq skond fit-tul fuq il-Lumbriculus variegatus | 6 |

5 | 204-211-0 | 117-81-7 | Il-Bis(2-etileksil)ftalat | S | L-istudju tal-ħut ta' multiġenerazzjoni fl-ilma ħelu | 18 |

6 | 204-825-9 | 127-18-4 | It-Tetrakloroetilene | UK | Il-programm tal-monitoraġġ ambjentali għat-tetrakolroetilene u l-aċidu trikloraċetat fil-UE L-analiżi ta' l-istampa tas-saba' ta' l-isotopu 14C fuq l-a1idu trikloroaċetat misjub fil-ħamrija fuq mill-inqas sit wieħed b'livelli għolja It-test għall-formazzjoni naturali possibbli ta' l-aċidu tikloroaċetiku fil-ħamrija fuq mill-inqas sit wieħed taħt kondizzjonijiet naturali, u li jiġi sabbilit il-fluss potenzjali minn dan is-sors | 18 |

7 | 214-604-9 | 1163-19-5 | Il-Bis(pentabromofenil) etere | F/UK | L-istudju tat-tossiċità developmentali | 3 |

It-testijiet tad-debrominazzjoni: | |

– id-degradazzjoni anerobika, | 3 |

– il-fotodegradazzjoni | 6 |

L-istudju ta' 28 jum tas-sediment tat-tossiċità fil-Lumbriculus variegatus | 6 |

It-test tat-tkabbir tal-pjanti | 6 |

It-test tat-tossiċità riproduttiva tal-ħanex ta' l-art | 6 |

L-istudju ta' l-inibizzjoni tar-respirazzjoni tal-ħama attivat | 6 |

8 | 231-152-8 | 7440-43-9 | Il-Kadmju | B: | Li tiġi stbbilita d-dissoluzzjoni/trasformazzjoni tas-sustanza fl-ilma | 3 |

9 | 231-765-0 | 7722-84-1 | Il-Perossidu ta' l-idroġenu | FIN | L-istudju ta' 90 jum tad-doża mtennija mat-teħid tan-nifs | 24 |

10 | 247-148-4 | 25637-99-4 | L-Eksabromoċiklododekan | S | L-istudju ta' 90 jum tat-tossiċità bid-doża mtennija | 6 |

11 | 251-087-9 | 32536-52-0 | L-Etere difenil, derivat ta' l-oltabromo | F/UK | L-istudju ta' 90 jum tal-ġbid man-nifs bl-eżami ta' l-organi riproduttivi u l-parametri ta' l-immuno-tossiċità | 3 |

It-testijiet tad-debrominazzjoni: | |

– id-degradazzjoni anerobika, | 6 |

– il-fotodegradazzjoni | 18 |

jew tagħrif ekwivalenti | |

L-istudju ta' 28 jum tas-sediment tat-tossiċità fil-Lumbriculus variegatus | 6 |

It-test tat-tkabbir tal-pjanti | 6 |

It-test tat-tossiċità riproduttiva tal-ħanex ta' l-art | 6 |

L-istudju ta' l-inibizzjoni tar-respirazzjoni tal-ħama attivat | 6 |

12 | 287-477-0 | 85535-85-9 | L-Alkani, C-14-17, kloro | UK | L-istudju ta' 28 jum tas-sediment tat-tossiċità fil-Lumbriculus variegatus. | 6 |

It-test ta' 28 jum ta' tossiċità fuq ispeċje ta' l-insett Chironomus. | 6 |

It-test tat-tkabbir tal-pjanti fuq it-tul taż-żmien | 6 |

It-test tat-tossiċità riproduttiva tal-ħanex ta' l-art | 6 |

--------------------------------------------------