32001R2590



Official Journal L 345 , 29/12/2001 P. 0020 - 0022


Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2590/2002

tal-21 ta’ Diċembru ta’ l-2001

li japprova l-kundizzjonijiet għall-verifiki ta’ konformità tal-istandards tal-marketing applikabbli għall-frott frisk u ħxejjex esegwiti fl-Isvizzera qabel l-importazzjoni fil-Komunità Ewropea

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2200/96 tat-28 ta’ Ottubru ta’ l-1996 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq tal-frott u l-ħxejjex [1], kif l-aħħar emendat permezz tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 911/2001 [2], u b’mod partikolari l-Artikolu 10 tiegħu,

Billi:

(1) Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1148/2001 tat-12 ta’ Ġunju ta’ l-2001 dwar verifiki fuq il-konformità tal-istandards tal- marketing applikabbli għall-frott u ħxejjex friski [3], kif emendat permezz tar-Regolament (KE) Nru 2379/2001 [4], jistabbilixxi l-kundizzjonijiet li bihom l-Kummissjoni tista’ tapprova operazzjonijiet ta’ verifiki magħmula minn pajjiżi terzi li jinħtieġu hekk qabel l-importazzjoni fil-Komunità, konformi mall-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 1148/2001.

(2) L-awtoritajiet Svizzeri bagħatu lill-Kummissjoni talba għall-approvazzjoni ta’ l-operazzjonijiet ta’ verifiki magħmula mill-Qualiservice bir-responsabbilita’ ta’ l-Office Federal de l’Agriculture. Dan jistqarr li dak l-istabbiliment għandu l-impjegati neċessarji, tagħmir u faċilitajiet li jesegwixxu l-verifiki, jiġifieri, metodi ta’ użu ekwivalenti għal dawk imsemmija fl-Artikolu 9 tar-regolament (KE) Nru 1148/2001 u li l-frott u l-ħxejjex friski esportati mill-Isvizzera lill-Komunità għandhom jilħqu l-istandards ta’ marketing tal-Komunità.

(3) L-informazzjoni mibgħuta mill-Istati Membri u fil-pussess tal-Kummissjoni turi li, fil-perijodu ta’ bejn l-1997 u l-2000, importazzjonijiet ta’ frott u ħxejjex frisk mill-Isvizzera li ppreżentaw inċidenza relattivament baxxa mall-konformità mal-istandards tal-marketing.

(4) Għal numru ta’ snin il-korpi ta’ spezzjonijiet Svizzeri, u l-awtoritajiet ta’ superviżjoni tagħhom, kienu parteċipanti regolari fl-isforzi internazzjonali sabiex jiftehmu man-normalitajiet ta’ negozju għall-frott u ħxejjex, bħal Working Party on Standardisation of Perishable Produce u l-Quality Development of the United Nations Economic Commission for Europe (UNECE) u l-isekma OECD għall-Applikazzjoni ta’ Normalitajiet Internazzjonali għall-Frott u l-Ħxejjex.

(5) Importazzjonijiet ta’ frott u ħxejjex friski mill-Isvizzera lill-Komunità ma humiex soġġetti għal verifika ta’ kwalità qabel ir-rilaxx għaċ-ċirkolazzjoni ħielsa fis-suq Svizzeru.

(6) L-Anness 10 tal-Ftehim dwar in-Negozju fil-Prodotti Agrikoli bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera jistipula li l-kontrolli magħmula skond ir-responsabbilità ta’ l-Office Federal de l’Agriculture għandhom ikunu rikonoxxuti mill-Komunità, inkluż dawk fuq prodotti li joriġinaw fil-Komunità u li reġa’ ġew esportati mill-Isvizzera fil-Komunità. Id-dispożizzjonijiet rilevanti ta’ dak il-Ftehim għandhom ikunu implimentati qabel ma jsiru applikabbli u konsegwentament deroga għandha tingħata mir-Regolament (KE) Nru 1148/2001 għal dak li għandu x’jaqsam ma’ l-oriġini tal-prodotti eliġibbli.

(7) Il-miżuri provduti f’dan ir-regolament huma konformi ma’ l-opinjoni tal-Kumitat ta’ l-Ġestjoni għall-Frott u l-Ħxejjex Friski,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

L-Artikolu 1

1. Verifiki dwar konformità tal-istandards tal-marketing esegwiti mill-Isvizzera fuq frott u ħxejjex friski mill-Isvizzera għandhom ikunu approvati b’ konformità mall-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 7(1) tar-Regolament (KE) Nru 1148/2001.

2. Permezz ta’ deroga mill-Artikolu 7(1) tar-Regolament (KE) Nru 1148/2001, il-paragrafu 1 għandu japplika ukoll għall-frott u ħxejjex li joriġinaw fil-Komunità u huma esportati mill-ġdid mill-Isvizzera lill-Komunità.

3. Il-Paragrafi 1 u 2 ma għandhomx japplikaw għall-frott taċ-ċitru.

L-Artikolu 2

Il-korrispondent uffiċjali fl-Isvizzera, li għandu r- responsabbilità l-operazzjonijiet ta’ verifiki huma magħmula, u l-korpi ta’ spezzjoni li jieħdu ħsieb l-esekuzzjoni ta’ dawk il-verifiki, huma msemmija fl-Artikolu 7(2) tar-Regolament (KE) Nru 1148/2001, huma stipulati fl-Anness I għal dan ir-Regolament.

L-Artikolu 3

Iċ-ċertifikati msemmija fit-tieni subparagrafu ta’ l-Artikolu 7(3) tar-Regolament (KE) Nru 1148/2001, maħruġ wara l-verifiki msemmija fl-Artikolu 1 ta’ dan ir-Regolament, għandhom ikunu magħmulin fuq forom konformi mall-mudell li hemm fl-Anness II għal dan ir-Regolament.

L-Artikolu 4

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-20 jum mill-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Għandu japplika mid-data ta’ pubblikazzjoni fis-serje C tal-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej ta’ l-avviż msemmi fl-Artikolu 7(8) tar-Regolament (KE) Nru 1148/2001 li jirrigwarda l-istabbiliment ta’ l-kooperazzjoni amministrattiva bejn il-Komunità Ewropea u l-Isvizzera.

Dan ir-regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussel,, il-21 ta’ Diċembru ta’ l-2001.

Għall-Kummissjoni

Franz Fischler

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 297, tal-21.11.1996, p.1

[2] ĠU L 129, tal-11.5.2001, p.3.

[3] ĠU L 156, tat-13.6.2001, p.9.

[4] ĠU L 321, tas-6.12.2001, p.15.

--------------------------------------------------

L-ANNESS I

Korrispondent uffiċjali ma’ l-Artikolu 7(2) tar-Regolament (KE) Nru 1148/2001:

Office federal de l’agricolture

Departement federal de l’economie

Mattenhofstrasse 5,CH-3003

Berne

Tel. (41-31) 324 84 21

Fax (41-31) 323 05 55

Korp ta’ spezzjoni ma’ l-Artikolu 7(2) tar-Regolament (KE) Nru 1148/2001:

Qualiservice Sarl

Kapellenstrasse 5

Case postale 7960

CH-3001

Berne

Tel. (41-31) 385 36 90

Fax (41-31) 385 36 99

--------------------------------------------------

L-ANNESS II

+++++ TIFF +++++

--------------------------------------------------