32001R2528



Official Journal L 341 , 22/12/2001 P. 0001 - 0002


Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2528/2001

tas-17 ta' Diċembru 2001

dwar il-konklużjoni tal-Protokoll li jistabbilixxi l-opportunitajiet ta' sajd u l-kontribuzzjoni finanzjarja msemmija fil-Ftehim dwar il-koperazzjoni fis-settur ta' sajd fil-baħar bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika Islamika tal-Mawritanja għall-perjodu bejn l-1 ta' Awissu 2001 u l-31 ta' Lulju 2006

IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunitajiet Ewropej, u b'mod partikolari l-Artikolu 37 flimkien ma' l-Artikolu 300(2) u l-ewwel subparagrafu ta' l-Artikolu 300(3) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni,

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew [1],

Billi:

(1) Skond il-Ftehim dwar il-koperazzjoni fis-settur ta' sajd fil-baħar bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika Islamika tal-Mawritanja [2], iż-żewġ Partijiet żammew negozjati biex jiddeterminaw kull amenda jew addizzjoni li għandha issir għall-Ftehim.

(2) Bħala riżultat ta' dawn in-negozjati, Protokoll ġdid kien mibdi fil-31 ta' Lulju 2001 biex jistabbilixxi l-opportunitajiet ta' sajd u l-kontribuzzjoni finanzjarja msemmija fil-Ftehim t'hawn fuq għall-perijodu mill-1 ta'Awissu 2001 sal-31 ta' Lulju 2006.

(3) Hu fl-interess tal-Komunità li tapprova dan il-Protokoll.

(4) Il-metodu għall-allokazzjoni ta' l-opportunitajiet ta' sajd fost l-Istati Membri għandu jkun imfisser,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-Protokoll li jistabbilixxi l-opportunitajiet ta' sajd u l-kontribuzzjoni finanzjarja msemmija fil-Ftehim ta' koperazzjoni fis-settur ta' sajd fil-baħar bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika Islamika tal-Mawritanja għall-perijodu bejn l-1 ta' Awissu 2001 u l-31 ta' Lulju 2006 hu hawnhekk approvat f'isem il-Komunità.

It-test tal-Protokoll hu mehmuż ma' dan ir-Regolament [3].

Artikolu 2

L-opportunitajiet ta' sajd stabbiliti fil-Protokoll għandhom ikunu allokati fost l-Istati Membri kif ġej:

Kategorija ta' sajd | Stati Membri | Tunnellaġġ totali reġistrat (GRT) | Numru ta' bastimenti li jistgħu jintużaw |

Krustaċji ħlief awwisti | Spanja | 4364 | |

L-Italja | 1091 | |

Il-Portugall | 545 | |

Marlozz iswed | Spanja | 8500 | |

Speċi li jgħixu qrib qiegħ il-baħar għajr marlozz iswed | Spanja | 1300 | |

Tagħmir għajr gangmu | il-Portugall | 2000 | |

Speċi li jgħixu qrib qiegħ il-baħar – gangmu | Spanja | 4000 | |

Ċefalopodi | Spanja | | 50 |

l-Italja | | 5 |

Awwisti | Il-Portugall | 200 | |

Sajjieda bit-tartarun għat-tonn | Spanja | | 18 |

Franza | | 18 |

Bastimenti tat-tuna bil-qlugħ u bil-ħbula | Spanja | | 20 |

Lixki tat-troll | Portugall | | 3 |

Franza | | 8 |

Speċi pelaġiċi | | | 15 |

Jekk l-applikazzjonijiet għal-liċenzi minn dawn l-Istati Membri ma jkoprux l-opportunitajiet ta' sajd kollha ffissati mill-Protokoll, il-Kummissjoni tista' tikkunsidra applikazzjonijiet għal-liċenzi minn kull Stat Membru ieħor.

Artikolu 3

L-Istati Membri li l-bastimenti tagħhom jistadu skond il-Protokoll għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni tal-kwantitajiet ta' kull ammont meħuda fiż-żona ta' sajd tal-Mawritanja skond l-arranġamenti stabbiliti fir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru. 500/2001 ta' l-14 ta' Marzu 2001 li jniżżel r-regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru. 2847/93 dwar l-osservazzjoni tal-qbid meħuda mill-bastiment ta' sajd tal-Komunità f'ibħra ta' pajjiż terz u f'ibħra mbiegħda mill-art, fejn l-ebda pajjiż ma jista' jimponi l-liġijiet tiegħu [4].

Artikolu 4

Il-President tal-Kunsill huwa hawnhekk awtorizzat biex jinnomina l-persuni li għandhom il-poter li jiffirmaw il-Protokoll sabiex jorbot lill-Komunità.

Artikolu 5

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum ta' wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussel, fis-17 ta' Diċembru 2001.

Għall-Kunsill

Il-President

A. Neyts-Uyttebroeck

[1] Opinjoni mogħtija fit-13 ta' Diċembru 2001 (għadha mhux ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali).

[2] ĠU L 334, it-23.12.96, p. 20.

[3] Ara paġna 125 ta' dan il-Ġurnal Uffiċjali.

[4] ĠU L 73, il-15.3.2001, p. 8.

--------------------------------------------------