Official Journal L 328 , 13/12/2001 P. 0029 - 0030
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2430/2001 tat-12 ta' Diċembru 2001 li jissupplementa l-Anness tar-Regolament (KE) Nru 2301/97 dwar id-dħul ta' ċerti ismijiet fir-Reġistru ta' ċertifikati ta' karattru speċifiku li hemm provvediment dwaru fir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2082/92 dwar iċ-ċertifikati ta' karattru speċjali għall-prodotti agrikoli u l-oġġetti ta' l-ikel IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ, Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2082/92 ta' l-14 ta' Lulju 1992 dwar ċertifikati ta' karattru speċifiku għall-prodotti agrikoli u ta' l-ikel [1], u partikolarment l-Artikolu 9(1) tiegħu, Billi: (1) Bi qbil ma’ l-Artikolu 7 tar-Regolament (KEE) Nru 2082/92, l-Isvezja bagħtet applikazzjoni lejn il-Kummissjoni biex l-isem "Falukorv" jiddaħħal fir-Reġistru taċ-ċertifikati ta' karattru speċifiku. (2) Id-deskrizzjoni "speċjalità tradizzjonali garantita" tista' tintuża biss ma’ l-ismijiet imdaħħla f'dak ir-Reġistru. (3) L-ebda oġġezzjoni permezz ta' l-Artikolu 8 ta' dak ir-Regolament ma ntbagħtet lejn il-Kummissjoni wara l-pubblikazzjoni fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej [2] dwar l-ismijiet elenkati fl-Anness ta' hawnhekk. (4) Bħala konsegwenza, l-isem elenkat fl-Anness għandu jkun imdaħħal fir-Reġistru taċ-ċertifikati ta' karattru speċifiku u b'hekk protett bħala speċjalità tradizzjonali garantita fi ħdan il-Komunità permezz ta' l-Artikolu 13(2) tar-Regolament (KEE) Nru 2082/92. (5) L-Anness t'hawn jissupplimenta l-Anness tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2301/97 [3], kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 1482/2000 [4], ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT: L-Artikolu 1 L-isem fl-Anness t'hawn huwa miżjud ma’ l-Anness tar-Regolament (KE) Nru 2301/97 u mdaħħal fir-Reġistru ta' ċertifikati ta' karattru speċjali bi qbil ma’ l-Artikolu 9(1) tar-Regolamenti (KEE) Nru 2082/92. Għandu jkun protett bi qbil ma’ l-Artikolu 13(2) ta' dak ir-Regolament. L-Artikolu 2 Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej. Dan ir-Regolament għandu jkun jorbot fl-intier tieghu u jkun direttament applikabbli fl-Istati Membri kollha. Magħmul fi Brussel, fit-12 ta’ Diċembru 2001. Għall-Kummissjoni Franz Fischler Membru tal-Kummissjoni [1] ĠU L 208, 24.07.92, p. 9. [2] ĠU K 78, 10.03.01, p. 16. [3] ĠU L 319, 21.11.97, p. 8. [4] ĠU L 167, 07.07.00, p. 8. -------------------------------------------------- PŘÍLOHA Masné výrobky - Falukorv --------------------------------------------------