32001R2423



Official Journal L 333 , 17/12/2001 P. 0001 - 0046


Ir-Regolament (KE) Nru 2423/2001 tal-Bank Ċentrali Ewropew

tat-22 ta' Novembru 2001

li għandu x'jaqsam mal-karta konsolidata tal-bilanċ tas-settur ta' l-istituzzjonijiet finanzjari monetarji

(BĊE/2001/13)

IL-KUNSILL REGOLATORJU TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW,

Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2533/98 tat-23 ta' Novembru 1998 dwar il-ġbir ta' tagħrif statistiku mill-Bank Ċentrali Ewropew [1], u partikolarment l-Artiklu 5(1) ul-Artiklu 6(4) miġjuba fih,

Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2531/98 tat-23 ta' Novembru 1998 dwar l-applikazzjoni ta' riservi minimi mill-Bank Ċentrali Ewropew [2], u partikolarment l-Artiklu 6(4) miġjub fih,

Billi:

(1) Ir-Regolament (KE) Nru 2819/98 tal-Bank Ċentrali Ewropew ta' l-1 ta' Diċembru 1998 li għandu x'jaqsam mal-karta konsolidata ta' bilanċ tas-settur ta' l-istituzzjonijiet finanzjarji monetarji (BĊE/1998/16) [3] diġa' ġie emendat mir-Regolament (KE) Nru 1921/2000 (BĊE/2000/8) [4]; issa li emendi sostanzjali qed isiru lir-Regolament imsemmi, huwa mixtieq li d-dispożizzjonijiet msemmija għandhom jiġu abbozzati mill-ġdid billi jingħaqdu flimkien f'test waħdieni f'dan ir-Regolament.

(2) Is-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali (SEBĊ) tirrikjedi, għat-twettieq tax-xogħolijiet tiegħu, il-produzzjoni tal-karta konsolidata ta' bilanċ tas-settur ta' l-istituzzjonijiet finanzjarji monetarji (MFI). L-għan prinċipali ta' dan huwa li l-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) jiġi pprovdut bi stampa statistika komprensiva ta' żviluppi monetarji fl-Istati Membri parteċipanti, li huma mħarsa bħala territorju wieħed ekonomiku. Dawn l-istatistiċi jkopru l-assi finanzjarji aggregati u r-responsabbiltajiet, f'termini ta' stokks, ċaqliq ta' kwalita għolja għal self u anke ċaqliq imtejjeb għal impriżi ta' sigurtajiet.

(3) Il-BĊE għandu, bi qbil mad-dispożizzjonijiet tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunitajiet Ewropej (minn issa 'l quddiem imsejjaħ "it-Trattat") fuq il-kundizzjonijiet preskritti fl-Istatut fl-Istatut tas-Sistema Ewropea ta' Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew (minn issa 'l quddiem imsejjaħ "l-Istatut"), jagħmel regolamenti sa fejn huwa meħtieġ li jimplimenta l-biċċiet tax-xogħol tal-SEBĊ kif definiti fl-Istatut u f'xi każi preskritti fid-dispożizzjonijiet adottati mill-Kunsill riferiti fl-Artiklu 107(6) tat-Trattat.

(4) L-Artiklu 5.1 ta' l-Istatut jirrikjedi li l-BĊE, megħjun mill-banek ċentrali nazzjonali (BĊNi), jiġbor it-tagħrif statistiku meħtieġ jew mill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti jew direttament minn aġenti ekonomiċi sabiex jidħol għax-xogħlijiet tal-SEBĊ. L-Artiklu 5.2 ta' l-Istatut jistipula li l-BĊNi għandhom iwettqu, sa fejn huwa possibbli, ix-xogħlijiet deskritti fl-Artiklu 5.1.

(5) Jista' jkun meħtieġ, u jista' jnaqqas il-piż tar-rappurtaġġ, li l-BĊNi jiġbru mill-popolazzjoni attwali tar-rappurtaġġ it-tagħrif statistiku meħtieġ biex jitwettqu l-Ħtiġiet statistiċi tal-BĊE bħala parti minn qafas ta' rappurtaġġ statistiku aktar wiesgħa li l-BĊNi jistabbilixxu skond ir-responsabbilita tagħhom stess skond il-liġi Komunitarji jew nazzjonali jew prattika stabbilita u li jservi għanijiet statistiċi oħra, basta illi t-twettieq tal-Ħtiġiet statistiċi tal-BĊE ma jkunux imqiegħda f'periklu. Sabiex titrawwem it-trasparenza, huwa xieraq, f'dawn il-każi, li jiġu nfurmati l-aġenti ta' rappurtaġġ li l-fatti magħrufa jiġu miġbura biex jitwettqu għanijiet statistiċi oħra. F'każi speċifiċi, il-BĊE jista' jistrieħ fuq tagħrif statistiku miġbur għal għanijiet bħal dawn biex jitwettqu l-Ħtiġiet tiegħu.

(6) L-Artiklu 3 tar-Regolament (KE) Nru 2533/98 jirrikjedi li l-BĊE jispeċifika l-popolazzjoni attwali ta' raġġurtaġġ fil-limiti tal-popolazzjoni ta' rappurtaġġ ta' riferenza u jintitolaħ sabiex jeżenta totalment jew parti minn klassijiet speċifiċi ta' aġenti ta' rappurtaġġ mill-Ħtiġiet ta' rappurtaġġ statistiċi tiegħu. L-Artiklu 6(4) jipprovdi li l-BĊE jista' jadotta regolamenti li jispeċifikaw il-kundizzjonijiet li fuqhom jista' jiġi eżerċitat id-dritt għall-verifika jew it-twettieq tal-ġbir obbligatorju ta' tagħrif statistiku.

(7) L-Artiklu 5 tar-Regolament (KE) Nru 2531/98 jagħti poteri lill-BĊE sabiex jadotta regolamenti jew deċiżjonijiet sabiex jeżenta istituzzjonijiet mill-Ħtiġiet minimi ta' riserva, biex jispeċifika modalitajiet biex jeskludu jew inaqqsu responsabbiltajiet li huma dovuti lil xi istituzzjoni oħra mill-bażi ta' riserva u biex jistabilixxi proporzjonijiet ta' riserva differenti għal kategoriji speċifiċi ta' responsabbiltajiet. Skond l-Artiklu 6, il-BĊE għandu d-dritt li jiġbor mill-istituzzjonijiet it-tagħrif meħtieġ għall-applikazzjoni ta' riservi minimi u d-dritt għall-verifika ta' l-eżattezza u l-kwalita tat-tagħrif li istituzzjonijiet jipprovdu biex tintwera konformita mal-Ħtiġiet minimi ta' riserva. Huwa mixtieq, sabiex jitnaqqas il-piż ta' rappurtaġġ totali, li jintuża' t-tagħrif statistiku li għandu x'jaqsam mal-karta ta' bilanċ ta' kull xahar, b'żieda ma' dan, għall kalkolu regolari tal-bażi ta' riserva ta' l-istituzzjonijiet ta' kreditu suġġetti għas-sistema ta' riserva minima tal-SEBĊ.

(8) L-Artiklu 4 tar-Regolament (KE) Nru 2533/98 jipprovdi biex l-Istati Membri jorganizzaw lilhom infushom fil-qasam ta' l-istatistika u jikkoperaw għal kollox mas-SEBĊ sabiex jiżguraw it-twettiq ta' l-obbligi li joħorġu mill-Artiklu 5 ta' l-Istatut.

(9) Waqt li huwa magħruf li r-regolamenti adottati mill-BĊE skond l-Artiklu 34.1 ta' l-Istatut ma jistgħux jagħtu xi drittijiet jew jimponu xi obbligazzjonijiet fuq Stati Membri mhux parteċipanti, l-Artiklu 5 ta' l-Istatut jgħodd kemm għal Stati Membri parteċipanti kif ukoll għal dawk mhux parteċipanti. Ir-Regolament (KE) Nru 253/98 ifakkar illi l-Artiklu 5 ta' l-Istatut, flimkien ma' l-Artiklu 5 tat-Trattat, jimplika obbligazzjoni ta' tfassil u ta' implimentazzjoni fil-livell nazzjonali tal-miżuri kollha li l-Istati Membri mhux parteċipanti iqisu bħala xierqa sabiex jitwettaq il-ġbir tat-tagħrif statistiku meħtieġ biex jitwettqu l-Ħtiġiet ta' rappurtaġġ statistiċi tal-BĊE u tħejjijiet f'waqthom fil-qasam ta' statistiċi sabiex huma jsiru Stati Membri parteċipanti.

(10) Sabiex tiġi faċilitata t-tmexxija ta' likwidità tal-BĊE u ta' istituzzjonijiet ta' kreditu, Ħtiġiet ta' riserva għandhom jiġu konfermati sa l-aktar tard l-ewwel jum tal-perjodu ta' manutenzjoni; il-bżonn jista' jinħoloq eċċezzjonalment biex istituzzjonijiet ta' kreditu jirrappurtaw reviżjonijiet lill-bażi ta' riserva jew biex jiġu riservati Ħtiġiet li jkunu ġew konfermati; il-proċeduri għall-konferma jew l-għarfien ta' ħtiġiet ta' riserva huma mingħajr preġudizzju għall-obbligazzjoni li aġenti ta' rappurtaġġ jirrappurtaw dejjem tagħrif statistiku u jirrevedu tagħrif statistiku mhux korrett li jistgħu jkunu rrappurtaw diġa.

(11) L-istabbilizzazzjoni ta' proċeduri speċifiċi għal għaqdiet u taqsimiet li jinvolvu istituzzjonijiet ta' kreditu hija meħtieġa sabiex jiġu ċċarati l-obbligazzjonijiet ta' dawn l-istituzzjonijiet rigward Ħtiġiet ta' riserva; id-definizzjonijiet ta' għaqdiet u taqsimiet preskritti f'dan ir-Regolament huma bbażati fuq definizzjonijiet diġa eżistenti f'leġislazzjoni Komunitarja sekondarja li għandha xi taqsam ma' kumpaniji pubbliċi ta' responsabilità limitata. Dawn id-definizzjonijiet ġew adattati għall-għanijiet ta' dan ir-Regolament; dawn il-proċeduri huma mingħajr preġudizzju għall-possibiltà li jinżammu riservi minimi permezz ta' intermedjarju.

(12) L-istatistiċi monetarji tal-BĊE huma derivati minn statistiċi ta' karta ta' bilanċ ta' MFI miġbura skond ir-Regolament (KE) Nru 2819/98 (BĊE/1998/16) li ġie mħejji matul it-tieni stadju ta' unjoni ekonomika u monetarja u għalhekk ġew meqjusa biss bħala s-sett minimu ta' fatti magħrufa meħtieġa għal għanijiet ta' politika monetarja. Barra minn hekk, ir-Regolament kopra biss il-ġbir ta' stokks ta' karti ta' bilanċ u mhux ir-rappurtaġġ ta' fatti magħrufa ta' aġġustament ta' rivalwazzjoni meħtieġa biex jinġabru statistiċi ta' ċaqliq għal kontrapartijiet ta' l-aggregat monetarju wiesgħa M3, li minnu huma derivati r-rati ta' tkabbir. Fil waqt li tqiesu l-limitazzjonijiet ta' dawn is-settijiet ta' fatti magħrufa, kien meħtieġ li l-istatistiċi tal-karta ta' bilanċ ta' l-MFI.

(13) Huwa meħtieġ li jinfirxu l-ħtiġiet ta' kull xahar biex jipprovdu tqassim ta' kull xahar ta' responsabbiltajiet ta' depożitu skond is-sotto-settur u aktar skond il-maturità/muniti u ta' self skond is-sotto-settur/maturità u l-għan minħabba li dan it-tqassim huwa meqjus essenzjali għal għanijiet ta' politika monetarja. Dan jinkludi l-integrazzjoni ta' fatti magħrufa miġbura biss minn qabel fuq bażi ta' kull kwart ta' sena.

(14) Huwa meħtieġ li statistiċi ta' stock u ċaqliq jiġu derivati minn aggregati u kontrapartijiet monetarji f'manjiera f'waqtha. Mill-karta konsolidata ta' bilanċ f'termini ta' stokks, statistiċi ta' ċaqliq huma derivati permezz ta' tagħrif statistiku li għandu x'jaqsam ma' tibdiliet fir-rata tal-kambju, tibdiliet oħra fil-valur ta' sigurtajiet u telf imniżżel/telf imħassar ta' telf u aġġustamenti oħra bħal ma huma klassifikazzjonijiet mill-ġdid.

(15) Huwa meħtieġ li tiġi żgurata d-disponibbiltà ta' fatti magħrufa armonizzata b'mod xieraq u ta' kwalita għolja fuq telf imniżżel/telf imħassar ta' self billi tiġi ndiriżżata ħtieġa lill-aġenti statistiċi ta' rappurtaġġ. Hemm bżonn ukoll ħtieġa li jinġabru fatti magħrufa fuq rivalwazzjonijiet ta' prezz ta' sigurtajiet.

(16) Il-kategorija ta' karta separata ta' bilanċ "karti tas-suq tal-flus" titneħħa u tingħaqad mal-kategorija ta' fatti magħrufa "sigurtajiet maħruġa fuq dejn" minn naħa tal-responsabilità. Strumenti klassifikati f'din il-kategorija jidħlu taħt "sigurtajiet maħruġa fuq dejn" u jiġu allokati skond il-maturità oriġinali tagħhom. Allokazzjoni mill-ġdid korrespondenti ittieħdet ukoll fuq in-naħa ta' l-assi tal-karta ta' bilanċ ta' l-MFI.

(17) Id-definizzjoni ta' depożiti għandha tqis l-użu ta' bilanċi li jirrappreżentaw ammonti mħallsa minn qabel fil-kuntest ta' flejjes elettroniċi.

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

L-Artikolu 1

Id-definizzjonijiet

Għall-għanijiet ta' dan ir-Regolament, it-termini "aġenti tar-rappurtaġġ", "Stat Membru parteċipanti", "resident" u "residenti" għandu jkollhom l-istess tifsira kif definita fl-Artiklu 1 tar-Regolament (KE) Nru 2533/98.

L-Artikolu 2

Popolazzjoni ta' rappurtaġġ attwali

1. Il-popolazzjoni attwali tar-rappurtaġġ għandha tikkonsisti fl-MFIs residenti fit-territorju ta' l-Istati Membru parteċipanti. Għall-għanijiet ta' l-istatistika, l-MFIs jikkomprendu istitużżjonijiet residenti ta' kreditu kif definiti fil-liġi tal-Komunita, u kull istituzzjoni finanzjarja oħra residenti li n-negożju tagħhom huwa li jirċievu depożiti u/jew sostituti mill-qrib għal depożiti minn entitajiet oħra għajr l-MFIs u li, għall-kontijiet tagħhom (għall-inqas f'termini ekonomiċi), jikkonċedu krediti u/jew jagħmlu investimenti f'sigurtajiet.

2. Il-banek ċentrali nazzjonali jistgħu jikkonċedu derogi lil MFIs żgħar, iżda jekk l-MFIs li jikkontribwixxu għall-kont tal-karta konsolidata tal-bilanċ ta' kull xahar ikopru mill-inqas 95 % tal-karta tal-bilanċ total ta' l-MFI f'kull Stat Membru parteċipanti. Il-BĊNi għandhom jiċċekkjaw it-twettiq ta' din il-kondizzjoni fi żmien f'waqtu sabiex jikkonċedu jew jirtiraw, jekk ikun hemm bżonn, kull deroga b'effett mill-bidu ta' kull sena.

L-Artikolu 3

Lista ta' MFIs għal skopijiet statistiċi

1. Bi qbil mal-prinċipji ta' klassifika dikjarati fil-Parti 1(I) ta' l-Anness I, il-BĊE għandu jibni u jżomm lista ta' l-MFIs għal skopijiet statistiċi, fil-waqt li jqis il-ħtiġiet ta' dak li għandu x'jaqsam mal-frekwenzi u l-wasliet fil-ħin li joħorġu mill-użu tiegħu fil-kuntest tas-sistema ta' riservi minimi tal-SEBĊ. Il-kompetenza li tinbena u tinżamm il-lista ta' l-MFIs għal skopijiet ta' statistika tappartjieni lill-Bord Eżekuttiv tal-BĊE.

2. Il-lista ta' l-MFIs għal skopijiet statistiċi u ż-żamma tagħha għandhom ikunu aċċessibbli mill-BĊNi u l-BĊE lill-istituzzjonijiet interessati u f'manjiera xierqa, inklużi mezzi elettroniċi, permezz ta' l-Internet, fuq it-talba ta' l-aġenti tar-rappurtaġġ interessati, u fuq il-karta.

3. Il-lista ta' l-MFIs għal skopijiet statistiċi għandha tkun għat-tagħrif biss. Iżda, fil-każ li l-aħħar verżjoni aċċessibbli tal-lista bi qbil mal-paragrafu 2 ma tkunx korretta, il-BĊE ma għandux jimponi sanzjonijiet fuq xi entita li ma twettaqx kif mistħoqq il-ħtiġiet tagħha ta' rappurtaġġ sakemm din tkun serrħet in bona fede fuq il-lista mhux korretta.

L-Artikolu 4

Ħteġijiet tar-rappurtaġġ statistiku

1. Għall-għanijiet tal-produzzjoni regolari tal-karta konsolidata ta' bilanċ tas-settur ta' l-MFI, f'termini ta' stokks u ċaqliq, il-popolazzjoni attwali ta' rappurtaġġ għandha tirrapporta tagħrif statistiku ta' kull xahar li jkollu x'jaqsam mal-karta tal-bilanċ tagħha ta' l-aħħar tax-xahar u aġġustamenti fiċ-ċaqliq ta' kull xahar rigward u telf imniżżel/telf imħassar ta' telf u rivalwazzjonijiet ta' prezz rigward impriżi ta' sigurtà matul il-perjodu ta' rappurtaġġ, lill-BĊN ta' l-Istat Membru li fih l-MFI hija residenti. Aktar dettalji fuq ċerti oġġetti fil-karta tal-bilanċ għandhom jiġu rappurtati kull kwart ta' sena, f'termini ta' stokks.

2. It-tagħrif statistiku meħtieġ huwa speċifikat fl-Anness I ma' dan ir-Regolament.

3. It-tagħrif statistiku meħtieġ għandu jiġi rappurtat bi qbil mal-livelli minimi tat-trasmissjoni, l-eżattezza, il-konformita konċettwali u r-reviżjonijiet kif dikjarati fl-Anness IV ma' dan ir-Regolament.

4. Il-BĊNi għandhom jiddefinixxu u jimplimentaw l-arranġamenti ta' rappurtaġġ li jridu jiġu segwiti mill-popolazzjoni attwali tar-rappurtaġġ bi qbil mal-karatteristiċi nazzjonali. Il-BĊNi għandhom jiżguraw li dawn l-arranġamenti ta' rappurtaġġ jipprovdu t-tagħrif statistiku meħtieġ u jippermettu spezzjonar ta' konformita mal-livelli minimi tat-trasmissjoni, l-eżattezza, il-konformita konċettwali u r-reviżjonijiet kif riferiti fl-Artiklu 4(3).

5. Id-derogi riferiti fl-Artiklu 2(2) għandu jkollhom l-effett li jnaqqsu l-ħtiġiet ta' rappurtaġġ statistiku ta' l-MFIs kif ġej:

- l-istituzzjonijiet ta' kreditu li għalihom japplikaw dawn id-derogi għandhom ikunu bla ħsara għall-ħtiġiet ta' rappurtaġġ imnaqqsa kif dikjarat fl-Anness II ma' dan ir-Regolament,

- dawk l-MFIs iż-żgħar li ma humiex istituzzjonijiet ta' kreditu għandhom ikunu bla ħsara għall-ħtiġiet ta' rappurtaġġ imnaqqsa kif dikjarat fl-Anness III ma' dan ir-Regolament.

MFIs żgħar jistgħu jagħżlu li ma jagħmlux użu mid-derogi u, minflok, iwettqu l-ħtiġiet kollha tar-rappurtaġġ.

6. Mingħajr preġudizzju għad-deroga fl-Artiklu 2(2), il-BĊNi jistgħu jikkonċedu deroga rigward ir-rappurtaġġ ta' aġġustamenti ta' rivalwazzjoni lill fondi fis-suq tal-flus (FSF-ijiet), fil waqt li jneħħu mill-FSF-ijiet kull ħtieġa li jiġi rappurtat l-aġġustament ta' rivalwazzjoni.

7. Il-BĊNi jistgħu jikkonċedu deroga rigward il-frekwenza u l-wasliet fil-ħin tar-rappurtaġġ ta' rivalwazzjonijiet ta' prezz ta' sigurtajiet u jeħtieġu dawn il-fatti magħrufa fuq bażi ta' kull kwart tas-sena u bl-istess wasliet fil-ħin tal-fatti magħrufa ta' l-istock rappurtat fuq bażi ta' kull kwart tas-sena, bla ħsara għal konformita mal-ħtiġiet li ġejjin:

- aġenti ta' rappurtaġġ għandhom jipprovdu lill-BĊNi bit-tagħrif rilevanti fuq prattiki ta' valwazzjoni, inklużi indikazzjonijiet kwantitattivi fuq il-persentaġġ ta' l-impriżi tagħhom ta' dawn l-istrumenti bla ħsara għal metodi differenti ta' valwazzjoni,

- fejn tkun seħħet rivalwazzjoni ta' prezz sostanzjali, il-BĊNi għandhom ikunu intitolati biex jitolbu lill-aġenti ta' rappurtaġġ biex jipprovdu tagħrif addizzjonali li għandu x'jaqsam max-xahar li fih ikun sar l-iżvilupp.

8. Fil-każ ta' għaqda, taqsima jew kull rijorganizzazzjoni oħra li tista' taffettwa it-twettieq ta' l-obbligazzjonijiet statistiċi tagħha, l-aġent ta' rappurtaġġ involut għandu jgħarraf lill-BĊN rilevanti, ladarba tkun saret pubblika l-intenzjoni ta' operat bħal dan u f'ħin f'waqtu qabel ma sseħħ l-għaqda, it-tqassim jew ir-rijorganizzazzjoni, tal-proċeduri li huma ppjanati li jwettqu l-ħtiġiet statistiċi ta' rappurtaġġ dikjarati f'dan ir-Regolament.

L-Artikolu 5

L-użu tat-tagħrif statistiku ta' rappurtaġġ għall-għanijiet tar-Regolament (KE) Nru 2818/98 (BĊN/1998/15)

1. It-tagħrif statistiku rappurtat bi qbil ma' dan ir-Regolament minn istituzzjionijiet ta' kreditu għandu jiġi wżat minn kull istituzzjoni ta' kreditu biex jikkalkola l-bażi tar-riserva bi qbil mar-Regolament (KE) Nru 2818/98 tal-Bank Ċentrali Ewropew ta' l-1 ta' Diċembru 1998 dwar l-applikazzjoni ta' riservi minimi (BĊE/1998/15) [5], kif emendat mir-Regolament (KE) Nru 1921/2000 (BĊE/2000/8). Partikolarment, kull istituzzjoni ta' kreditu għandha tuża dan it-tagħrif għalbiex tivverifika t-twettiq ta' l-ħtieġa tagħha ta' riserva matul il-perijodu taż-żamma.

2. Mingħajr preġudizzju għall-obbligazzjonijiet imposti fuq aġenti ta' rappurtaġġ mill-Artiklu 4 u ta' l-Anness IV ma' dan ir-Regolament, istituzzjonijiet ta' kreditu bla ħsara għal riservi minimi jistgħu jirrappurtaw reviżjonijiet lill-bażi ta' riserva u lill-ħtieġa ta' riserva bi qbil mal-proċeduri msemmija fl-Artiklu 5 tar-Regolament (KE) Nru 2818/98 (BĊE/1998/15).

3. Dispożizzjonijiet speċifiċi u transizzjonali għall-għan ta' l-applikazzjoni tas-sistema ta' riserva minima tal-SEBĊ huma dikjarati fl-Anness II ma' dan ir-Regolament. Id-dispożizzjonijiet speċifiċi ta' dan l-Anness għandhom jipprevalu fuq id-dispożizzjonijiet preskritti fir-Regolament (KE) Nru 2818/98 (BĊE/1998/15).

L-Artikolu 6

Verifika u ġbir obbligatorju

Id-dritt tal-verifika jew tal-ġbir ta' bil-fors tat-tagħrif li jipprovdu l-aġenti tar-rappurtaġġ b'konformita mal-ħtiġiet ta' rappurtaġġ statistiku dikjarati f'dan ir-Regolament għandhom jiġu eżerċitati mill-BĊNi, mingħajr preġudizzju għad-dritt tal-BĊE li jeżerċita huwa nnifsu dan id-dritt. Dan id-dritt għandu jiġi eżerċitat partikolarment meta istituzzjoni inkluża fil-popolazzjoni attwali tar-rappurtaġġ ma twettaqx il-livelli minimi ta' trasmissjoni, eżattezza, konformita konċettwali u reviżjonijiet dikjarati fl-Anness IV ma' dan ir-Regolament.

L-Artikolu 7

Dispożizzjonijiet transitorji

Dispożizzjonijiet transitorji għall-applikazzjoni ta' partijiet lil dan ir-Regolament huma preskritti fl-Anness V ma' dan ir-Regolament.

L-Artikolu 8

Ir-Revoka

1. Ir-Regolament (KE) Nru 2819/98 (BĊE/1998/16) huwa hawnhekk imħassar.

2. Ir-riferenzi għar-Regolament imħassar għandhom jinftiehmu bħala li jkunu saru għal dan ir-Regolament.

L-Artikolu 9

Dispożizzjonijiet finali

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-1 ta' Jannar 2002.

Magħmul fi Frankfurt am Main, fit-22 ta' Novembru 2001.

Għan-nom tal-Kunsill Regolatorju tal-BĊE

Il-President

Willem F. Duisenberg

[1] ĠU L 318, tas-27.11.1998, p. 8.

[2] ĠU L 318, tas-27.11.1998, p. 1.

[3] ĠU L 356, tat-30.12.1998, p. 7.

[4] ĠU L 229, tad-9.9.2000, p. 34.

[5] ĠU L 356, tat-30.12.1998, p. 1.

--------------------------------------------------

L-ANNESS I

ĦTIĠIET TA' RAPPURTAĠĠ STATISTIKU U TAL-PRINĊIPJI TA' KLASSIFIKA

PARTI 1

Istituzzjonijiet finanzjarji monetarju u ħtiġiet statistiċi ta' rappurtaġġ

Daħla

Il-ħtieġa hi li tiġi prodotta fuq bażi regolari karta tal-bilanċ konsolidata u ċara kif jixraq tal-bejjiena finanzjarji li joħolqu l-flus għall-Istati Membri parteċipanti, murija bħala territorju ekonomiku wieħed, f'termini ta' stokks u ċaqliq, ibbażat fuq settur monetarju u fuq popolazzjoni tar-rappurtaġġ kompleti u omoġenji.

Is-sistema statistika għall-Istati Membri parteċipanti li tkopri karta tal-bilanċ konsolidata tas-settur finanzjarju monetarju (MFI) għalhekk tikkomprendi dawn iż-żewġ elementi prinċipali li ġejjin:

- lista ta' MFIs għal skopijiet statistiċi, u

- speċifika tat-tagħrif statistiku rappurtat minn dawn l-MFIs fil-frekwenzi ta' kull xahar u ta' kull kwart ta' sena.

Dan it-tagħrif statistiku jiġi miġbur mill-banek ċentrali nazzjonali (BĊNi) mingħand l-MFIs skond il-proċeduri nazzjonali li jiddependu fuq id-definizzjonijiet u l-klassifiċi armonizzati dikjarati f'dan l-Anness.

I. Istituzzjonijiet finanzjarji monetarji

1. Il-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) jibni u jaġġorna fuq bażi regolari l-lista ta' l-MFIs għal skopijiet statistiċi bi qbil mal-prinċipji ta' klassifika miġbura hawn taħt. Aspett importanti huwa l-innovazzjoni finanzjarja, li hija nfisha affettwata mill-iżvilupp tas-suq waħdieni u mill-mixja lejn għaqda ekonomika u monetarja, li t-tnejn li huma jaffettwaw il-karatteristiċi ta' l-istrumenti finanzjarji u jġiegħlu istituzzjonijiet finanzjarji li jibdlu l-mira tal-kummerċ tagħhom. Proċeduri ta' monitorjar u ta' ċekkjar kontinwu jiżguraw li l-lista ta' MFIs tibqa' aġġornata, eżatta, omoġenja kemm jista' jkun u stabbli biżżejjed għall-iskopijiet ta' l-istatistika. Il-lista ta' l-MFIs għall-iskopijiet ta' l-istatistika tinkludi notament dwar jekk l-istituzzjonijiet humiex jew le legalment bla ħsara għas-sistema tar-riservi minimi tas-Sistema Ewropea ta' Banek Ċentrali (SEBĊ).

2. Għalhekk, bi qbil mad-definizzjoni dikjarata fl-Artiklu 2(1) ta' dan ir-Regolament, is-settur ta' l-MFI-jiet jikkomprendi, flimkien mal-banek ċentrali, żewġ gruppi wiesgħa ta' istituzzjonijiet finanzjarji residenti. Dawn huma istituzzjonijiet ta' kreditu kif definiti fil-liġi tal-Komunita ("impriża li n-negozju tagħha hija li terċievi mill-pubbliku depożiti jew fondi oħra li jistgħu jerġgħu jitħallsu [1] u li tikkonċedi krediti għall-kont tiegħu; jew istituzzjoni ta' flejjes elettroniċi fit-tifsira tad-Direttiva 2000/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Settembru 18 September 2000 dwar id-dħul, l-issoktar u s-sorveljanza prudenti tan-negozju ta' istituzzjonijiet ta' flejjes elettronċi") (ĠU L 275, tas-27.10.2000, p. 39) [2] u MFIs oħra, jiġifieri istituzzjonijiet finanzjarji residenti oħra li jwettqu d-definizzjoni ta' l-MFI, irrispettivament min-natura tan-negozju tagħhom. Il-livell ta' abbiltà ta' sostituzzjoni bejn l-istrumenti maħruġa minn dawn ta' l-aħħar u d-depożiti mqiegħda ma' l-istituzzjonijiet ta' kreditu jistabbilixxi l-klassifika tagħhom, iżda jekk jilħqu d-definizzjoni ta' MFI f'aspetti oħra.

3. Huwa notat li d-Direttiva 2000/12/KE parzjalment teskludi xi entitajiet mill-applikazzjoni tagħha. Dawn l-entitajiet eżentati għandhom jaqgħu taħt l-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament, basta iżda li jilħqu d-definizzjoni ta' l-MFI.

4. L-abbiltà ta' sostituzzjoni għal depożiti fejn għandha x'taqsam ma' strumenti finanzjarji maħruġa minn bejjiena finanzjarji għajr istituzzjonijiet ta' kreditu tiġi stabbilita mil-likwidità tagħhom, huma u jikkombinaw karatteristiċi ta' trasferibilita, konvertibilita, ċertezza u kemm jimxu fis-suq, u jqisu, fejn xieraq, l-iskond tagħhom ta' ħruġ.

5. Bil-għan li tiġi definita l-abbiltà ta' sostituzzjoni għal depożiti fil-paragrafu ta' qabel:

- it-trasferibilita tirreferi għall-possibilita li jiġu mobilizzati fondi mqiegħda fi strument finanzjarju bl-użu ta' faċilitajiet ta' pagament, bħalma huma ċekkijiet, ordnijiet ta' trasferiment, debiti diretti jew mezzi bħal dawn,

- il-konvertibilita tirreferi għall-possibiltà u l-prezz li tikkonverti strumenti finanzjarji f'munita jew depożiti trasferibbli; it-telf ta' vantaġġi fiskali f'din il-konverżjoni tista' tiġi kunsidrata bħala kwalita ta' penali li tnaqqas il-livell ta' likwidità,

- iċ-ċertezza tfisser li tkun jkun magħruf bil-preċiż minn qabel il-valur kapitali ta' strument finanzjarju f'termini ta' munita nazzjonali, u

- is-sigurtajiet kwotati u negozjati regolarment f'suq organizzat huma kunsidrati bħala kummerċjabbli fis-suq. Għal ishma f'impriżi ta' investment kollettiv mingħajr limiti, ma' hemm l-ebda suq fis-sens tas-soltu. Madankollu, l-investituri jafu kemm ikunu jiswew l-ishma ta' kuljum u jistgħu jiġbdu fondi b'dan il-prezz.

6. Fil-każ ta' impriżi ta' investiment kollettiv (IIK-ijiet), fondi fis-suq tal-flus (FSF-ijiet) iwettqu l-kondizzjonijiet miftiehma għall-likwidità u huma għalhekk inklużi fis-settur ta' l-MFIs. FSF-ijiet huma definiti bħala dawk l-IIK-ijiet li l-unitajiet tagħhom huma, f'termini ta' likwidità, sostituti mill-qrib ta' depożiti u li primarjament jinvestu fi strumenti tas-swieq tal-flus u/jew f'ishma/unitajiet ta' FSF u/jew fi strumenti oħra ta' dejn trasferibbli b'maturità residwali li twassal sa u tinkludi sena waħda, u/jew f'depożiti tal-bank, u/jew li jsegwu rata ta' ritorn li teqreb lejn ir-rati ta' imgħax ta' l-istrumenti tas-suq tal-flus. Il-kriterji applikati biex jiġu identifikati l-FSF-ijiet jistgħu jiġu mill-prospett pubbliku kif ukoll ir-regoli tal-fondi, l-istrumenti ta' inkorporazzjoni, l-istatuti jew ir-regolamenti ("bye-laws") stabbiliti, id-dokumenti ta' sottoskrizzjoni jew il-kuntratti ta' investimenti, dokumenti tas-suq, jew kull dikjarazzjoni oħra b'effett simili, ta' l-IIK-ijiet.

7. Għall-għanijiet biex jiġu definiti l-FSF-ijiet fil-paragrafu 6:

- IIK-ijiet għandhom ifissru impriżi li l-għan waħdieni tagħhom huwa l-investiment kollettiv ta' kapital miġbur minn fost il-pubbliku u li l-unitajiet tagħhom huma, fuq it-talba tal-possessuri, mixtrija mill-ġdid jew mifdija direttament jew indirettament mill-assi ta' l-impriża. Dawn l-impriżi jistgħu jkunu kostitwiti skond il-liġi, jew skond il-liġi tal-kuntratti (bħala fondi komuni maniġġjati minn kumpaniji ta' tmexxija), jew skond il-liġi tal-fondi (bħala fondi unitarji) jew skond statut (bħala kumpaniji ta' investment),

- depożiti bankarji għandhom ifissru depożiti fi flus kontanti ma' istituzzjonijiet ta' kreditu, ripagabbli mat-talba jew fuq avviż bil-quddiem ta' sa tliet xhur minn qabel, jew b'maturitajiet miftiema ta' sa sentejn, inklużi s-somom imħallsa lil istituzzjonijiet ta' kreditu rigward it-trasferiment ta' sigurtajiet skond operati ta' xiri mill-ġdid jew ta' self ta' sigurtajiet,

- abbiltà ta' sostituzzjoni mill-qrib għal depożiti f'termini ta' likwidità għandha tfisser l-abbiltà ta' unitajiet ta' l-IIK-ijiet, skond iċ-ċirkustanzi normali tas-suq, li jridu jinxtraw mill-ġdid, jiġu mifdija jew trasferiti, fuq it-talba tal-possessur, fejn il-likwidità ta' l-unitajiet hija komparabbli mal-likwidità tad-depożiti,

- primarjament għandhom jitqiesu li huma mill-inqas 85 % tal-portafoll ta' l-investiment,

- strumenti tas-suq tal-flus għandhom ifissru dawk il-klassijiet ta' strumenti ta' dejn trasferibbli li huma normalment negozjati fis-suq tal-flus (per eżempju, ċertifikati ta' depożiti, karti kummerċjali u aċċettazzjonjiet ta' bankier, kontijiet tat-teżor jew ta' awtoritajiet lokali) minħabba l-karatteristiċi li ġejjin:

(i) il-likwidità, fejn ikunu jistgħu jinxtraw mill-ġdid, jiġu mifdija jew mibjugħa għal nefqa limitata, fit-termini ta' ħlas u/jew offerta baxxi, u b'dewmien ta' ħlas qasir ħafna; u

(ii) il-kobor tas-suq, fejn huma negozjati f'suq li huwa kapaċi jassorbi volum kbir ta' transazzjonijiet, b'dan in-negozju ta' ammonti kbar ikollhom impatt limitat for il-prezz tagħhom; u

(iii) iċ-ċertezza fil-valur, fejn il-valur tagħhom jista' jiġi stabbilit b'eżattezza f'kull waqt jew għall-inqas darba fix-xahar; u

(iv) ir-riskju baxx fuq l-imgħax, fejn għandhom maturità residwa ta' sa u jinkludu sena waħda, jew aġġustamenti ta' ġabra ("yield") regolari par impar mal-kondizzjonijiet tas-suq tal-flus għall inqas kull 12-il xahar; u

(v) ir-riskju baxx ta' kreditu, fejn dawn l-istrumenti huma jew:

- imdaħħla fil-listi uffiċjali f'borża jew negozjati fi swieq oħra regolati li jaħdmu regolarment, huma magħrufa mill-pubbliku u miftuħa għalih, jew

- maħruġa taħt regolamenti mirati għalbiex jipproteġu l-investituri u t-tifdil, jew

- maħruġa minn:

- awtorita ċentrali, reġjonali jew lokali, il-bank ċentrali ta' Stat Membru, l-Unjoni Ewropea, il-BĊE, il-Bank Ewropew ta' Investiment, Stat mhux Membru jew, jekk dan ta' l-aħħar huwa stat federali, minn wieħed mill-membri li jiffurmaw il-federazzjoni, jew minn korp pubbliku internazzjonali li għalih jappartjieni Stat Membru wieħed jew aktar,

jew

- stabbiliment imwaqqaf bla ħsara għal sorveljanza prudenti, bi qbil mal-kriterji definiti bil-liġi Komunitarja jew minn stabbiliment li hu bla ħsara għal u jikkonforma mar-regoli ta' prudenza meqjusa mill-awtoritajiet kompetenti bħala ta' l-inqas stretti bħal dawk preskritti bil-liġi Komunitarja, jew garantiti minn kull stabbiliment bħal dan,

jew

- dħul għall-obbligu li s-sigurtajiet tagħhom ikunu ġew imdaħħla fil-lista uffiċjali ta' Borża jew huma negozjati fi swieq oħra regolati li jaħdmu regolarment, u li huma magħrufa u miftuħa għall-pubbliku.

8. Fis-Sistema Ewropea ta' Kontijiet (SEK 95), istituzzjonijiet finanzjarji klassifikati bħala MFIs huma kategorizzati f'żewġ sotto-setturi, jiġifieri banek ċentrali (S.121) [3] u MFIs oħra (S.122).

II. Regoli ta' kontabilità

Regoli ta' kontabilità segwiti mill-MFIs huma u jfasslu l-kontijiet tagħhom jikkonformaw mat-trapożizzjoni nazzjonali tad-Direttiva tal-Kunsill 86/635/KEE tat-8 ta' Diċembru 1986 dwar il-kontijiet annwali u l-kontijiet konsolidati ta' banek u istituzzjonijiet finanzjarji oħra [4] u xi livelli internazzjonali oħra li japplikaw. Mingħajr preġudizzju għall-prattiki ta' kontabilità u arranġamenti ta' netting li jipprevalu fl-Istati Membri, l-assi finanzjarji kollha u r-responsabbiltajiet kollha għandhom jiġu rappurtati fuq bażi gross għall-iskopijiet ta' l-istatistika.

III. Il-karta tal-bilanċ konsolidata fuq il-bażi ta' kull xahar: stokks

Għan

1. Il-għan huwa li jiġu forniti fatti magħrufa ("data") ta' kull xahar dwar in-negozju ta' l-MFIs f'termini ta' stokks. Il-fatti magħrufa huma forniti f'dettal biżżejjed għalbiex jipprovdi lill-BĊE bi stampa komprensiva ta' statistika dwar l-iżviluppi monetarji fl-Istati Membri parteċipanti kif tidher bħala territorju ekonomiku wieħed u li jħalli flessibilta fil-kalkolu ta' l-aggregati u l-kontrapartijiet monetarji li jkoprju din l-erja. Barra minn dan, il-fatti magħrufa individwali ta' l-istock ta' kull xahar rappurtati mill-istituzzjonijiet ta' kreditu bla ħsara għas-sistema ta' riservi minimi tal-SEBĊ jiġu wżati għall-kalkolu tal-bażi ta' riserva ta' l-istess istituzzjonijiet ta' kreditu bi qbil mar-Regolament (KE) Nru 2818/98 tal-Bank Ċentrali Ewropew ta' l-1 ta' Diċembru 1998 dwar l-applikazzjoni ta' riservi minimi (BĊE/1998/15) [5], kif emendat mir-Regolament Nru 1921/2000 (BĊE/2000/8) [6]. Il-ħtiġiet tar-rappurtaġġ ta' kull xahar rigward l-istokks jidhru fit-Tabella 1 hawn taħt. Ċelloli bi truf irqaq [7] jiġu rappurtati biss minn istituzzjonijiet ta' kreditu bla ħsara għall-ħtiġiet ta' riserva (għad-dettalji kollha, ara l-Anness II); dan ir-rappurtaġġ, huwa mandatorju minn barra għar-rapppurtaġġ ta' depożiti mifdija mat-talba ta' 'l fuq minn sentejn li jibqa' volontarju sakemm joħroġ avviż ieħor. Definizzjoni dettaljata ta' l-istrumenti hija miġjuba fil Parti 3 ta' dan l-Anness.

Ħtiġiet

2. Il-BĊE jibni l-aggregati monetarji għat-territorju ta' l-Istati Membri parteċipanti bħala ammonti li għadhom mhux imħallsa (stokks). Ħażniet ta' flus jinkludu bankonoti u muniti fiċ-ċirkulazzjoni u responsabbiltajiet monetarji (depożiti u strumenti oħra finanzjarji li huma sostituti mill-qrib tad-depożiti) ta' l-MFIs. Il-kontrapartijiet tal-flus ta' l-istokk jikkomprendu l-oġġetti l-oħra kollha fil-karta tal-bilanċ ta' l-MFIs. Il-BĊE jista' jibni wkoll ċaqliq li jinħolqu mill-istokks u mill-fatti magħrufa oħra, inklużi fatti magħrufa rappurtata mill-MFIs (ara taqsima V hawn taħt).

3. Il-BĊE jeħtieġ li t-tagħrif statistiku jinqasam f'termini ta' kategoriji ta' strumenti/maturità, ta' muniti u kontrapartijiet. Billi ħtiġiet separati japplikaw għar-responsabbiltajiet u għall-assi, iż-żewġ naħat tal-karta tal-bilanċ ta' l-MFI jiġu kunsidrati waħda wara l-oħra. Huma murija fit-Tabella A, f'Parti 2 ta' dan l-Anness.

(i) Kategoriji ta' strumenti u maturità

(a) Responsabbiltajiet

4. Il-bini ta' aggregati monetarji li jkopru l-Istati Membri parteċipanti jeħtieġ kategoriji rileventi ta' strumenti. Dawn huma Muniti fiċ-ċirkolazzjoni, responsabbiltajiet ta' depożiti, ishma/unitajiet ta' FSF maħruġa, sigurtajiet maħruġa ta' dejn, kapital u riservi u l-Il-bqija ta' l-assi. Sabiex jinfirdu r-responsabbiltajiet monetarji minn dawk mhux monetarji, responsabbiltajiet ta' depożitu jinqasmu wkoll, f'depożiti ta' matul il-lejl, depożiti b'maturità miftiehma, depożiti mifdija mat-talba u ftehim ta' xiri mill-ġdid (repos).

5. Wasliet tal-waqfa (cut-offs) tal-maturità jistgħu jipprovdu sostitut għad-dettall ta' l-istrument fejn l-istrumenti ma humiex paragunabbli għal kollox bejn is-swieq. Il-postijiet tal-wasliet tal-waqfa (cut-offs) għall-faxex ta' maturità (jew perijodi ta' talba) huma: għad-depożiti fuq maturità miftiehma, għall-maturità ta' sena waħda jew ta' sentejn mal-ħruġ; u għad-depożiti mifdija mat-talba, fuq avviż ta' tliet xhur u fuq avviż ta' sentejn. Ftehim għal xiri mill-ġdid (rep') ma jinqasmux skond il-maturità billi s-soltu dawn huma strumenti fuq skond qasir ħafna (is-soltu ta' maturità ta' inqas minn tliet xhur mal-ħruġ). Sigurtajiet ta' dejn maħruġa mill-MFIs ukoll jinqasmu f'dawk ta' sena u dawk ta' sentejn. L-ebda tqassim ta' maturità ma huwa meħtieġ għal ishma/unitajiet maħruġa minn FSF-ijiet.

(b) Assi

6. Impriżi ta' assi ta' l-MFIs jinqasmu fi flus kontanti, self, sigurtajiet għajr ishma, ishma/unitajiet tal-FSF-ijiet, ishma u ekwitajiet oħra, assi fissi u l-bqija ta' l-assi. Tqassim tal-maturità skond il-maturità oriġinali (f'faxex ta' maturità ta' sena u ta' ħames snin) huwa meħtieġ għal self ta' l-MFI lil residenti (għajr MFIs u gvern ġenerali) ta' l-Istati membri parteċipanti permezz ta' sotto-settur u aktar għal self ta' l-MFI lill-familji taħt saqaf wieħed bħala għan. Tqassim tal-maturità huwa meħtieġ ukoll għal impriżi ta' l-MFI f'sigurtajiet ta' dejn maħruġa minn MFIs oħra lokati fl-Istati Membri parteċipanti. Dawn l-impriżi jridu jinqasmu f'faxex ta' maturità ta' sena u sentejn biex jippermettu lill-impriżi fost l-MFIs ta' dan l-istrument li jiġu maħruġa mix-xibka (netted off) fil-kalkolu ta' l-aggregati monetarji.

(ii) Muniti

7. Il-BĊE irid ikollu l-għażla li jiddefinixxi aggregati monetarji hekk li jinkludi l-bilanċi denominati f'kull munita kombinati jew fl-Ewro biss. Il-bilanċi fl-Ewro huma għalhekk identifikati separatament fl-iskema ta' rappurtaġġ fejn għandhom x'jaqsmu ma' dawk l-oġġetti fil-karti tal-bilanċ li jistgħu jintużaw għall-bini ta' aggregati monetarji.

(iii) Kontrapartijiet

8. Il-bini ta' aggregati monetarji u ta' kontrapartijiet li jkopru lill-Istati Membri parteċipanti jeħtieġu l-identifikazzjoni ta' dawk il-kontrapartijiet lokati fit-territorju ta' l-Istati Membri parteċipanti li jifforma s-settur taż-żamma tal-flus. Il-kontrapartijiet lokati fit-teritorju domestiku u fl-Istati Membri parteċipanti l-oħra jiġu identifikati separatement u trattati bl-istess mod fit-taqsimiet statistiċi kollha. Ma teżistix ħtieġa għal taqsima ġografika għall-kontrapartijiet lokati 'l barra mit-territorju ta' l-Istati Membri parteċipanti fil-fatti magħrufa miġbura kull xahar.

9. Il-kontrapartijiet fit-territorju ta' l-Istati Membri parteċipanti huma identifikati skond is-settur domestiku tagħhom jew il-klassifika ta' l-istituzzjonijiet bi qbil mal-lista ta' l-MFIs għal skopijiet ta' statistika u għall-gwida tal-klassifika statistika tal-klijenti provvduta fil-Manwal tas-Settur Statistiku tal-Flus u Bankarju tal-BĊE ("Gwida għall-klassifika statistika tal-klijenti"), li jsegwi prinċipji ta' klassifika li huma konsistenti sa fejn hu possibbli mas-SEK 95. Sabiex tkun tista' ssir l-identifikazzjoni ta' settur ta' żamma tal-flus ta' l-Istati Membri parteċipanti, il-kontrapartijiet li mhumiex MFIs jinqasmu fi gvern ġenerali (S.13), bil-gvern ġenerali (S.1311) identifikat separatament fir-responsabbiltajiet totali ta' depożitu, u setturi residenti oħra. Sabiex jiġi kalkolat disaggregazzjoni tas-settur ta' kull xahar ta' l-aggregati monetarji u l-kontraparti ta' kreditu, setturi residenti oħra huma maqsuma aktar mis-sottosetturi li ġejjin: intermedjarji finanzjarji oħra + awżiljarji finanzjarji (S.123 + S.124), korporazzjonijiet ta' l-assigurazzjoni u fondijiet ta' pensjonijiet (S.125), korporazzjonijiet mhux finanzjarji (S.11) u familji taħt saqaf wieħed + istituzzjonijiet bla qligħ li jservu lill-familji taħt saqaf wieħed (S.14 + S.15). F'dak li għandu x'jaqsam ma' depożiti totali tar-responsabbiltajiet u l-kategoriji ta' depożitu "depożiti b'maturità miftiehma ta' fuq sentejn","depożiti mifdija mat-talba ta' sentejn" u "repojiet", għandha tintgħamel distizjoni addizzjonali bejn istituzzjonijiet ta' kreditu, konrapartijiet oħra għall-MFIs u l-gvern ċentrali għall-iskopijiet tas-sistema ta' riserva minima tal-SEBĊ.

(iv) Skop ta' self

10. Self lill-familji taħt saqaf wieħed (inklużi istituzzjonijiet bla qligħ li jaqdu lill-familji taħt saqaf wieħed) mhux maqsuma skond it-tip ta' self (kreditu tal-konsumatur; self għax-xiri tad-dar; oħrajn). Definizzjoni dettaljata ta' self tal-konsumatur u tad-djar tinstab fil-Parti 3 ta' tan l-Anness, fid-"Deskrizzjoni dettaljata ta' kategoriji ta' strument tal-karta tal-bilanċ tas-settur MFI aggregata għal kull xahar" taħt kategorija 2: "Self".

(v) Kategoriji ta' strumenti li r-relazzjoni tagħhom jaqsmu lil xulxin u ta' maturitajiet b'muniti u kontrapartijiet

11. Il-bini ta' statistika monetarja li tkopri l-Istati Membri parteċipanti u l-fatti magħrufa meħtieġa għall-kalkolu tal-bażi ta' riserva ta' istituzzjonijiet ta' kreditu bla ħsara għas-sistema ta' riservi minimi tal-SEBĊ iqajmu l-ħtieġa ta' ċerti relazzjonijiet li jaqsmu lil xulxin bejn strument/maturità/munita u l-kontrapartijiet li jidħlu fil-karta tal-bilanċ u b'żieda ma' dan għal self lill-familji taħt saqaf wieħed, aktar tqassim skond l-għan.

12. Il-ħtiġiet ta' fatti magħrufa huma l-aktar dettaljati fejn il-kontrapartijiet jagħmlu parti mis-settur taż-żamma tal-flus. Tagħrif statistiku dwar depożitu ta' responsabbiltajiet permezz tas-sottosettur u l-maturità klassifikati aktar skond il-munita huwa meħtieġ biex ikun permess analiżi aktar mill-qrib tal-komponenti ta' munita kurrenti barranija inklużi f'M3. Partikolarment, analiżi korrenti ta' dawn il-komponeneti tiffaċilita investigazzjonijiet li għandhom x'jaqsmu mal-grad ta' l-abbiltà ta' sostituzzjoni bejn il-munita barranija u komponenti denominati fl-Ewro tal-M3. Tqassim tal-pożizzjonijiet rigward MFIs oħra jiġu identifikati biss safejn huwa meħtieġ għalbiex jagħtu lok għat-tħassil (netting) ta' bilanċi fost l-MFIs jew biex jikkalkolaw il-bażi tar-riserva.

13. Pożizzjonijiet rigward il-bqija tad-dinja huma meħtieġa għal "depożiti b'maturità miftiehma ta' fuq sentejn", "depożiti mifdija mat-talba ta' fuq sentejn" u "repojiet" sabiex jiġi kalkolat il-bażi ta' riserva bla ħsara għall-proporzjon pożittiv tar-riserva u għal depożiti ta' responsabbiltajiet totali sabiex jiġu mibnija l-kontrapartijiet esterni. B'żieda ma' dan, għal skopijiet ta' bilanċ ta' pagamenti (b.t.p.) u kontijiet finanzjarji, responsabbiltajiet ta' depożitu u self vis-à-vis il-bqija tad-dinja jinqassmu b'maturità oriġinali ta' sena.

Ħin f'waqtu

14. Il-BĊE jirċievi karta tal-bilanċ aggregata għal kull xahar li tkopri l-pożizzjonijiet ta' l-MFIs ta' kull wieħed mill-Istati Membri parteċipanti ma' l-għeluq tan-negozju fil-15-il jum tax-xogħol wara l-aħħar tax-xahar li għalih jkunu miġbura l-fatti magħrufa. Il-BĊNi jiddeċiedu meta jeħtieġu li jirċievu l-fatti magħrufa minn għand l-aġenti ta' rappurtaġġ sabiex jilħqu din it-temma taż-żmien, billi jqisu l-ħin f'waqtu għas-sistema ta' riservi minimi tal-SEBĊ.

IV. Statistika ta' karti tal-bilanċ fuq frekwenza ta' kull kwart tas-sena (stokks)

Għan

1. Ċerti fatti magħrufa huma meħtieġa għal aktar analiżi ta' żviluppi monetarji u biex iservu aktar skopijiet statistiċi oħra bħal ma huma kontijiet finanzjarji u bilanċi ta' pagamenti. Il-għan hu li jiġu miksuba aktar dettalji dwar ċerti oġġetti fil-karta tal-bilanċ għal dawn l-iskopijiet.

Ħtiġiet

2. It-tqassim ta' kull kwart ta' sena jiġi provvdut biss rigward l-oġġetti-ċavetta fil-karta tal-bilanċ aggretata. Barra minn dan, il-BĊE jista' jħalli xi ftit tal-flessibilta fil-kalkoli ta' aggregati fejn ikun jista' jiġi muri miċ-ċifri miġbura f'livell aktar għoli ta' aggregazzjoni illi l-fatti magħrufa involuti x'aktarx ma jkunux sinifikanti.

(a) Tqassim tas-sottosettur u ta' maturità ta' kreditu lil istituzzjonijiet mhux MFIs ta' l-Istati Membri parteċipanti

3. Sabiex tgħin l-istruttura sħiħa tas-sottosettur u ta' maturità tal-finanzjament ta' kreditu totali ta' l-MFIs (self u sigurtajiet) vis-à-vis is-settur taż-żamma tal-flus li jrid jiġi monitorjat, self lill-gvern ġenerali għajr gvern ċentrali jrid jinqasam kull kwart ta' sena fil-maturitajiet u ż-żammiet ta' sigurtajiet ta' maturità oriġinali ta' sena u ta' ħames snin maħruġa mill-gvern ġenerali għajr il-gvern ċentrali f'maturità oriġinali ta' sena, kollha relatati bejn xulxin ma' tqassim ta' sottosettur (gvern ta' stat (S.1312), gvern lokali (S.1313) u fondi ta' sigurtà soċjali (S.1314)). Tqassim li jaqsam bejn xulxin skond is-sottosettur b'qasma ta' maturità, sa sena u aktar minn sena, ta' żammiet ta' sigurtajiet oħra għajr ishma maħruġa minn residenti oħra għajr MFIs u gvern ġenerali, huwa meħtieġ ukoll. Tqassim ta' żammiet ta' MFI ta' ishma u ekwitajiet oħra permezz ta' sottosettur huwa meħtieġ vis-à-vis is-sottosetturi li ġejjin: intermedjarji finanzjarji oħra + awżiljarji finanzjarji (S.123 + S.124), korporazzjonijiet ta' l-assigurazzjoni u fondijiet ta' pensjonijiet (S.125), korporazzjonijiet mhux finanzjarji (S.11).

4. Ammonti totali ta' self ta' MFI u żammiet ta' sigurtajiet ta' MFI oħra għajr ishma vis-à-vis il-gvern ċentrali (S.1311) huma meħtieġa wkoll.

(b) Tqassim f'sottosettur ta' responsabbiltajiet ta' depożitu ta' MFI lill-gvern ġenerali (għajr il-gvern ċentrali) ta' l-Istati Membri parteċipanti

5. Il-kategoriji ta' depożitu ta' responsabilità vis-à-vis gvern ġenerali għajr gvern ċentrali fl-Istati Membri parteċipanti jinqassmu fi gvern ta' l-istat (S.1312), gvern lokali (S.1313) u fondi ta' sigurtà soċjali (S.1314).

(ċ) Tqassim skond il-pajjiż

6. Kontrapartjiet għall-Istati Membri huma identifikati biex janalizzaw aktar żviluppi monetarji u anke għall-iskopijiet tal-ħtiġiet transizzjonali u għal spezzjonijiet ta' kwalita tal-fatti magħrufa. Sabiex jiġi provvdut tagħrif aħjar dwar iż-żammiet ta' sigurtajiet ta' dejn mill-pajjiż tal-ħruġ inkluż fl-aggregati monetarji, it-tqassim ta' maturità huwa meħtieġ f'faxex ta' maturità ta' sena u sentejn.

(d) Tqassim tal-munita

7. L-oġġetti-ċavetta tal-karta tal-bilanċ jitqassmu fil-muniti ta' l-Istati Membri mhux parteċipanti u fil-muniti maġġuri internazzjonali (id-dollaru Amerikan, il-yen u l-franc Svizzeru). Dan it-tqassim huwa meħtieġ għalbiex jippermettu l-kalkolu ta' statistiċi tal-mixi ta' aggregati monetarji u kontrapartijiet aġġustati għall-bdil tar-rata tal-kambju billi dawn l-aggregati huma definiti hekk li jinkludu l-muniti kollha magħquda flimkien. Għal b.t.p. u skopijiet ta' kontijiet finanzjarji, it-tqassim tal-munita għal responsabbiltajiet ta' depożitu u self vis-à-vis l-bqija tad-dinja huwa provvdut bi tqassim ta' maturità f'maturità oriġinali ta' sena.

(e) Tqassim skond is-settur ta' pożizzjonijiet bil-kontrapartijiet barra mill-Istati Membri parteċipanti (Stati Membri mhux parteċipanti u l-bqija tad-dinja)

8. Għall-pożizzjonijiet ta' MFIs vis-à-vis kontrapartijiet lokati barra mit-territorju ta' l-Istati Membri parteċipanti, jeħtieġ li jkun hemm distinzjoni bejn pożizzjonijiet ma' banek (jew MFIs fl-Istati Membri mhux parteċipanti) u dawk li mhumiex banek; rigward dawk li mhumiex banek teħtieġ distinjoni bejn gvern ġenerali u setturi residenti oħra. Il-klassifika tas-settur bi qbil ma' l-SNA 93 tapplika fejn is-SEK 95 ma tkunx fis-seħħ.

Ħin f'waqtu

9. Statistika għal kull kwart tas-sena tiġi mibgħuta mill-BĊNi lill-BĊE mal-għeluq tan-negozju fit-28 jum tax-xogħol wara t-tmiem tax-xahar li għalih ikunu miġbura. Il-BĊNi jiddeċiedu meta jeħtieġu li jirċievu l-fatti magħrufa minn għand l-aġenti tar-rappurtaġġ sabiex jilħqu din it-temma taż-żmien.

V. Bini tal-mixi (flows) ta' l-istatistika

Għan

1. Sabiex jinġabru statistiċi ta' ċaqliq rigward l-aggregati monetarji u kontrapartijiet, fatti magħrufa fuq il-valur ta' transazzjonijiet jinħtieġu li jiġu derivati f'manjiera f'waqtha mill-karta konsolidata ta' bilanċ f'termini ta' stokks, li jipprovdu tagħrif dwar assi u responsabbiltajiet li jibqgħu, u tagħrif statistiku addizzjonali li għandu x'jaqsam ma' klassifikazzjoni mill-ġdid, bdil fir-rati tal-kambju, tibdil ieħor fil-valwazzjoni u ċerti aġġustamenti oħra bħal ma huma telf imħassar ta' self.

Ħtiġiet

2. It-transazzjonijiet finanzjarji jiġu identifikati bħala d-differenza bejn il-pożizzjonijiet ta' l-istokks fid-dati tar-rappurtaġġ kull l-aħħar tax-xahar, li minnhom jitneħħa l-effett tal-bidliet li jitqajmu minħabba influwenzi oħra għajr transazzjonjiet. Għal dan il-għan, il-BĊE ikun jeħtieġ tagħrif statistiku dwar dawn l-influwenzi li jinfirxu fuq ħafna mill-oġġetti fil-karta tal-bilanċ ta' l-MFI. Dan it-tagħrif irid jieħu l-għamla ta' aġġustamenti li jkopru "klassifika mill-ġdid u aġġustamenti oħra" aġġustamenti fir-rata tal-kambju u "rivalwazzjoni u telf imniżżel/telf imħassar ta' self". B'żieda, il-BĊE jkollu bżonn tagħrif ta' spjega dwar l-aġġustamenti rigward "klassifika mill-ġdid u aġġustamenti oħra".

3. Il-ħtieġa statistika indirizzata lill-popolazzjoni ta' rappurtaġġ attwali taħt dan ir-Regolament tirrigwardja esklussivament l-"aġġustamenti ta' rivalwazzjoni", li jkopru telf imniżżel/telf imħassar ta' self u rivalwazzjonijiet ta' prezz rigward żammiet ta' sigurtajiet fil-perjodu ta' riferenza.

4. L-aġenti ta' rappurtaġġ huma bla ħsara għal ħtieġa ta' rappurtaġġ iffurmat mill-"Ħtiġiet minimi" identifikati fit-Tabella 1A f'Parti 2 ta' dan l-Anness. Il-"Ħtiġiet minimi" huma meqjusa bħala l-minimu meħtieġ sabiex jinġabru u jiġu stmati aġġustamenti rigward is-sett sħiħ ta' fatti magħrufa meħtieġa mill-BĊE. Il-BĊNi għandhom permess li jiġbru fatti magħrufa addizzjonali li mhumiex koperti mill-"Ħtiġiet minimi". Dawn il-fatti magħrufa addizzjonali jistgħu jirreferu għat-tqassim immarkati fit-Tabella 1 A oħra għajr il-"Ħtiġiet minimi".

5. Il-ħtieġa indirizzata lill-aġenti ta' rappurtaġġ ma tkoprix il-bdil fir-rata tal-kambju u l-aġġustament lill-klassifika mill-ġdid. Il-BĊE jikalkola l-aġġustament fir-rata tal-kambju ta' kull xahar minn fatti magħrufa ta' l-istokk munita b'munita fornita mill-aġenti ta' rappurtaġġ. Dawn il-fatti magħrufa huma forniti fuq bażi ta' kwart ta' sena bi qbil mat-Tabella 4 f'Parti 2 ta' dan l-Anness. Il-klassifika mill-ġdid msemmija fil-paragrafu 1 hija eskluża wkoll għaliex dawn il-fatti magħrufa huma miġbura mill-BĊNi infushom bl-użu ta' sorsi varji ta' tagħrif li huma diġa disponibbli lill-BĊNi.

Telf imniżżel/telf imħassar ta' self

6. L-aġġustament rigward it-telf imniżżel/telf imħassar huwa rappurtat sabiex jintneħħa mill-istatistiċi taċ-ċaqliq l-impatt ta' tibdiliet fil-valur ta' self rekordjat fuq il-karta ta' bilanċ li huwa kawżat mill-applikazzjoni ta' telf imniżżel/telf imħassar ta' self. Għandu jirrifletti wkoll it-tibdil fid-dispożizzjonijiet dwar self jekk BĊN jiddeċiedi li stokks li jibqgħu għandhom jiġu reġistrati bħala nett ta' dispożizzjonijiet. Telf imniżżel/telf imħassar li jintgħaraf fil-ħin li s-self jiġi mibjugħ jew trasferit lill-parti terza huwa inkluż wkoll, fejn ikun identifikabbli.

(i) Kategoriji ta' strumenti u maturità

7. Telf imniżżel/telf imħassar jirreferi għall-oġġett ta' l-assi "self". Tqassim ta' maturità mhuwiex meħtieġ bħala parti mill-"ħtieġijiet minimi". Il-BĊNi jistgħu madankollu jeħtieġu aġenti ta' rappurtaġġ biex jissottomettu fatti magħrufa addizzjonali skond it-tqassim ta' maturità abbozzata għall-fatti magħrufa stokk ta' kull xahar.

(ii) Muniti

8. Tqassim ta' l-"aġġustament ta' rivalwazzjoni" bi qbil mal-muniti (ewro/mhux ewro) tas-self mhuwiex inkluż fil-"Ħtiġiet minimi"; billi l-BĊNi jistgħu, madankollu, jeħtieġu tqassim ta' muniti.

(iii) Kontrapartijiet

9. Il-"Ħtiġiet minimi" jinkludu l-identifikazzjoni separata ta' ammonti imħassra jew imniżżla, u tibdil fid-dispożizzjonijiet fejn self huwa rapportat nett ta' dispożizzjonijiet, bi qbil mal-lokazzjoni ġografika tal-kontrapartijiet. B'żieda ma' dan, il-kontrapartijiet lokati fl-Istati Membri parteċipanti huma klassifikati skond is-settur istituzzjonali tagħhom, b'fatti magħrufa separati għal-MFIs u "settur residenti ieħor" u dan ta' l-aħħar b'aktar tqassim skond is-sottosettur jiġifieri intermedjarji finanzjarji oħra + awżiljarji finanzjarji (S.123 + S.124), korporazzjonijiet ta' assigurazzjoni u fondi ta' pensjonijiet (S.125), korporazzjonijiet mhux finanzjarji (S.11) u familji taħt saqaf wieħed + istituzzjonijiet bla qligħ li jservu familji taħt saqaf wieħed (S.14 + S.15). Barra minn hekk, is-settur tad-djar huwa rappurtat b'tqassim addizzjonali skond l-iskop tas-self, jiġifieri kreditu tal-konsumatur, self għal xiri ta' djar u oħrajn (residwali). L-ammonti totali huma rappurtati rigward is-self lill-bqija tad-dinja, mingħajr tqassim addizzjonali.

(iv) Ħin f'waqtu

10. Il-BĊE għandu jirċievi "aġġustament ta' rivalwazzjoni" aggregati rigward telf imħassar/telf imniżżel ta' self li għandhom x'jaqsmu mas-self mogħti mill-aġenti tar-rappurtaġġ ta' kull wieħed mill-Istati Membri parteċipanti ma' l-għeluq tan-negozju fil-15-il jum tax-xogħol wara l-aħħar tax-xahar li għalih jkunu miġbura l-fatti magħrufa. Il-BĊNi jiddeċiedu meta jeħtieġu li jirċievu l-fatti magħrufa minn għand l-aġenti tar-rappurtaġġ sabiex jilħqu din it-temma taż-żmien.

Rivalwazzjoni tal-prezz ta' sigurtajiet

11. L-aġġustament rigward ir-rivalwazzjoni tal-prezz ta' sigurtajiet jirreferi għal oxxillazzjonijiet fil-valwazzjoni ta' sigurtajiet li jinħolqu minħabba f'tibdil fil-prezz li bih jiġu reġistrati jew negozjati s-sigurtajiet. L-aġġustament jinkludi t-tibdiliet li jinħolqu matul iż-żmien fil-valur ta' karti tal-bilanċ ta' l-istokks ta' l-aħħar tal-perjodu li jinħolqu miż-żammiet ta' gwadann/telf. Jista' jinkludi wkoll tibdiliet ta' valwazzjoni li jinħolqu minn transazzjonijiet fis-sigurtajiet jiġifieri gwadann/telf realizzat.

(i) Kategoriji ta' strumenti u maturità

(a) Responsabbiltajiet

12. Bir-regoli ta' kontijiet li s-soltu huma wżati biex jinġabru l-fatti magħrufa ta' l-istokk, huwa stmat li l-aġġustament "ta' rivalwazzjoni l-ieħor" jirreferi biss għall-kategoriji ta' strument fuq in-naħa ta' l-assi kapaċi li jiġu affettwati minn żviluppi bħal dawn. Għalhekk, l-ebda ħtieġa ta' rappurtaġġ minimu ma huwa stabbilit għan-naħa tal-responsabilità tal-karta tal-bilanċ.

(b) Assi

13. L-aġġustament fir-rivalwazzjoni tal-prezz huwa miġbur minn MFIs rigward l-oġġetti "sigurtajiet oħra għajr ishma" u "ishma u ekwita oħra". Il-"Ħtiġiet minimi" jirreferu għal "sigurtajiet oħra għajr ishma" b'maturità oriġinali ta' aktar minn sentejn. Madankollu, l-BĊNi jistgħu jestendu l-ħtieġa lil hinn mill-Ħtiġiet minimi, billi jirrikjedu r-rappurtaġġ ta' l-istess munita u tqassim ta' maturità l-istess bħal fatti magħrufa ta' l-istokk ta' kull xahar. Rigward l-oġġett "ishma u ekwita oħra", il-"Ħtiġiet minimi" jirreferu għal ammonti totali skond is-settur u jikkoinċidu mal-ħtieġa tal-fatti magħrufa ta' l-istokk.

(ii) Muniti

14. Tqassim tar-rivalwazzjoni fil-prezz mhuwiex meħtieġ fil-"Ħtiġiet minimi". Il-BĊNi jistgħu jestendu l-ħtieġa lil hinn mill-"Ħtiġiet minimi" rigward it-tqassim tal-muniti (ewro/mhux ewro).

(iii) Kontrapartijiet

15. Rigward ir-rivalwazzjoni fil-prezz għall-oġġett "sigurtajiet oħra għajr ishma", il-"Ħtiġiet minimi" jirreferu għat-Tqassim tar-residenti domestiċi u tar-residenti ta' l-Istati Membri parteċipanti l-oħra skond is-settur, jiġifieri MFIs, gvern ġenerali u settur residenti ieħor. L-ammonti totali ta' l-aġġustament huma rappurtati rigward il-bqija tad-dinja. Il-BĊNi jistgħu jestendu l-ħtieġa biex ikopru l-istess tqassim.

16. Rigward ir-rivalwazzjoni fil-prezz għas-"sigurtajiet u ekwita oħra", il-"Ħtiġiet minimi" jirreferu għat-Tqassim tar-residenti domestiċi u tar-residenti ta' l-Istati Membri parteċipanti l-oħra skond is-settur, jiġifieri MFIs u setturi residenti oħra, u ammonti totali ta' l-aġġustament huma rappurtati rigward il-bqija tad-dinja. F'dan il-każ, is-sett ta' "Ħtiġiet minimi" jikkoinċidi mas-sett tal-fatti magħrufa rappurtati lill-BĊE mill-BĊN.

(iv) Ħin f'waqtu

17. Il-BĊE jirċievi l-aġġustamenti fir-rivalwazzjon aggregata jkopru ir-rivalwazzjonijiet fil-prezz ta' sigurtajiet li jikkorrespondu għal-aġenti ta' rappurtaġġ ta'' kull wieħed mill-Istati Membri parteċipanti ma' l-għeluq tan-negozju fil-15-il jum tax-xogħol wara l-aħħar tax-xahar li għalih jkunu miġbura l-fatti magħrufa. Il-BĊNi jiddeċiedu meta jeħtieġu li jirċievu l-fatti magħrufa minn għand l-aġenti tar-rappurtaġġ sabiex jilħqu din it-temma taż-żmien.

PARTI 2

Tqassim meħtieġ

Tabella A

Stħarriġ dettaljat għall-għanijiet tal-karta tal-bilanċ aggregata tas-settur ta' l-MFI

Kategoriji ta' strumenti/maturità, kontrapartijiet u muniti

(Tqassim ta' fatti magħrufa ta' kull xahar huma indikati b'tipi grassi b'asterisk)

KATEGORIJI TA' STRUMENTI/MATURITÀ

Assi | Responsabbiltajiet |

1.Flus kontanti *2.Self *sa sena waħda*aktar minn sena waħda u sa 5 snin*aktar minn 5 snin*3.Sigurtajiet oħra għajr ishma *sa sena waħda*aktar minn sena waħda u sa sentejn*aktar minn sentejn*4.Ishma/unitajiet ta' fondi fis-suq tal-flus *5.Ishma u ekwitajiet oħra *6.Assi fissi *7.Bqija ta' l-assi * | 8.Muniti fiċ-ċirkolazzjoni9.Depożiti *sa sena waħda*aktar minn sena*9.1.Depożiti ta' matul il-lejl*9.2.Depożiti b'maturità miftiehma *sa sena waħda *aktar minn sena waħda u sa sentejn *aktar minn sentejn*9.3.Depożiti li jistgħu jiġu mifdija b'avviż *sa 3 xhur*aktar minn 3 xhur *li minnhom fuq sentejn*9.4.Ftehim ta' xiri mill-ġdid*10.Ishma/unitajiet ta' fondi fis-suq tal-flus *11.Sigurtajiet ta' dejn maħruġasa sena waħda *aktar minn sena waħda u sa sentejn *aktar minn sentejn *12.Kapital u riservi *13.Il-bqija ta' l-assi * |

KONTRAPARTIJIET

Assi | Responsabbiltajiet |

A.Residenti domestiċi *MFIs *Mhumiex MFIs *Gvern ġenerali *gvern ċentraligvern stataligvern lokalifondi ta' sigurtà soċjaliSetturi residenti oħra*bejjiena finanzjarji oħra, eċċ (S. 123 + S. 124)*Korporazzjonijiet ta' l-assikurazzjoni u fondi ta' pensjonijiet (S. 125)*Korporazzjonijiet mhux finanzjarji (S. 11)*familji taħt saqaf wieħed, eċċ. (S. 14 + S. 15),*B.Residenti ta' l-Istat Membru parteċipanti l-ieħor *MFIs *Mhumiex MFIs *Gvern ġenerali *gvern ċentraligvern stataligvern lokalifondi ta' sigurtà soċjaliSetturi residenti oħra*intermedjarji finanzjarji oħra, eċċ. (S. 123 + S. 124)*Korporazzjonijiet ta' l-assikurazzjoni u fondi ta' pensjonijiet (S. 125)*Korporazzjonijiet mhux finanzjarji (S. 11)*familji taħt saqaf wieħed, eċċ. (S. 14 + S. 15)*C.Residenti tal-bqija tad-dinja *BanekMhumiex banekgvern ġeneraliSetturi residenti oħraD.Mhux allokati | A.Residenti domestiċi *MFIs *li minnu: Istituzzjonijiet ta ' kreditu *Mhumiex MFIs *Gvern ġenerali *gvern ċentrali *gvern stataligvern lokalifondi ta' sigurtà soċjaliSetturi residenti oħra*intermedjarji finanzjarji oħra, eċċ(S. 123 + S. 124),*Korporazzjonijiet ta' l-assikurazzjoni u fondi ta' pensjonijiet (S. 125)*Korporazzjonijiet mhux finanzjarji (S. 11)*familji taħt saqaf wieħed, eċċ. (S. 14 + S. 15)*B.Residenti ta' l-Istat Membru parteċipanti l-ieħor *MFIs *li minnu: Istituzzjonijiet ta ' kreditu *Mhumiex MFIs *Gvern ġenerali *gvern ċentraligvern stataligvern lokalifondi ta' sigurtà soċjaliSetturi residenti oħra*intermedjarji finanzjarji oħra, eċċ (S. 123 + S. 124),*Korporazzjonijiet ta' l-assikurazzjoni u fondi ta' pensjonijiet (S. 125)*Korporazzjonijiet mhux finanzjarji (S. 11)*familji taħt saqaf wieħed, eċċ. (S. 14 + S. 15)*C.Residenti tal-bqija tad-dinja *BanekMhumiex banekgvern ġeneralisetturi residenti oħraD.Mhux allokati |

Muniti

e | ewro | |

x | Muniti barranin | Muniti oħra għajr l-ewro (jiġifieri muniti ta' l-Istati Membri l-oħra, USD, JPY, CHF, muniti li jibqgħu) |

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

PARTI 3

Definizzjonijiet li għandhom x'jaqsmu mal-karta tal-bilanċ konsolidata mogħtija lill-BĊE -kategoriji ta' strumenti ta' responsabilità u ta' assi

Definizzjonijiet ġenerali

Għall-għan tal-bini tal-karta tal-bilanċ konsolidata tas-settur ta' l-MFI li jkopri l-Istati Membri parteċipanti, il-popolazzjoni tar-rappurtaġġ tikkonsisti fl-MFIs imniżżla fil-lista ta' l-MFIs għall-iskopijiet ta' statistika u residenti fit-territorju ta' l-Istati Membri parteċipanti. Dawn huma [18]:

- istituzzjonijiet inkorporati u lokati fit-territorju, inklużi s-sussidjarji ta' kumpaniji prinċipali lokati barra dan it-territorju, u

- friegħi ta' istituzzjonijiet li għandhom l-uffiċċju prinċipali tagħhom barra dan it-territorju.

Sussidjarji huma entitajiet inkorporati separati li fihom entita oħra għandha l-maġġoranza jew il-parteċipazzjoni sħiħa, fil-waqt li friegħi huma entitajiet mhux inkorporati (mingħajr status legali indipendenti) għal kollox possjeduti mill-istituzzjoni prinċipali.

L-MFIs jikkonsolidaw għal skopijiet statistiċi n-negozju ta' l-uffiċċji kollha tagħhom (uffiċċju reġistrat jew prinċipali u/jew friegħi) lokati ġewwa l-istess territorju nazzjonali. Ma hi permessa l-ebda konsolidazzjoni li taqsam il-fruntieri nazzjonali għall-għanijiet statistiċi.

Meta kumpanija prinċipali u s-sussidjarji tagħha huma MFIs lokati fl-istess territorju nazzjonali, il-kumpanija prinċipali hija permessa li tikkonsolida fil-prospetti statistiċi tagħha n-negozju ta' dawn is-sussidjarji, fil waqt li żomm n-negozju ta' istituzzjonijiet ta' kreditu u MFIs oħra separati, għall-għanijiet tas-sistema ta' riserva minima tas-SEBĊ.

Jekk istituzzjoni ikollha friegħi lokati fit-territorju ta' l-Istati Membri parteċipanti l-oħra, l-uffiċċju reġistrat jew prinċipali lokat fi Stat Membri parteċipanti partikolari għandu jikkunsidra l-pożizzjonijiet lejn dawn il-friegħi kollha bħala pożizzjonijiet lejn residenti fl-Istati Membri parteċipanti l-oħra. Reċiprokament, fergħa lokata fi Stat Membru parteċipanti prinċipali għandha tikkunsidra l-pożizzjonijiet lejn l-uffiċċju reġistrat jew prinċipali jew lejn friegħi oħra ta' l-istess istituzzjoni lokati fit-territorji ta' l-Istati Membri parteċipanti l-oħra bħala pożizzjonijiet lejn residenti fl-Istati Membri parteċipanti l-oħra. Reċiprokament, fergħa lokata fi Stat Membru parteċipanti prinċipali għandha tikkunsidra l-pożizzjonijiet lejn l-uffiċċju reġistrat jew prinċipali jew lejn friegħi oħra ta' l-istess istituzzjoni lokati fit-territorji ta' l-Istati Membri parteċipanti bħala pożizzjonijiet lejn residenti tal-bqija tad-dinja.

L-istituzzjonijiet lokati f'ċentri finanzjarji il barra mix-xtut (off-shore) jiġu trattati statistikament bħala residenti fit-territorji li fihom iċ-ċentri huma lokati.

Maturità mal-ħruġ (maturità oriġinali) tirreferi għal dak il-perijodu fiss fil-ħajja ta' strument finanzjarju li qablu ma jistax jiġi mifdi (p.e. sigurtajiet ta' dejn) jew li jista' jiġi mifdi minn qabel biss b'xi forma ta' penalita (p.e. xi tipi ta' depożiti). Il-perijodu taż-żmien ta' l-avviż jikkorrespondi maż-żmien bejn dak il-mument li l-possessur javża dwar l-intenzjoni tiegħu li jifdi l-istrument u d-data li l-possessur huwa mħolli li jaqilbu fi flus fil-pront mingħajr ma jġorr penalita. Strumenti finanzjarji jiġu klassifikati skond il-perijodu taż-żmien ta' l-avviż biss meta ma jkunx hemm maturità miftiehma.

Definizzjoni tas-setturi

L-SEK 95 tipprovdi l-livell stabbilit għall-klassifika skond is-settur. Għall-klassifika skond is-settur ta' kontrapartijiet mhumiex MFI-jiet li huma lokati barra t-territorju domestiku, aktar gwida tista' tinstab fil-Manwal tas-Settur ta' l-Istatistika Monetarja u Bankarja tal-BĊE.

Istituzzjonjiet bankarji lokati barra mill-Istati Membri huma riferiti bħala "banek" aħjar minn MFIs. L-istess, it-terminu "mhux MFI" japplika biss għall-Istati Membri; għal pajjiżi oħra huwa xieraq it-terminu "mhumiex banek". "Mhux MFIs" tikkomprendi s-setturi u s-sottosetturi li ġejjin:

- gvern ġenerali: unitajiet residenti li huma prinċipalment imqabbda biex jaħdmu oġġetti u servizzi mhumiex tas-suq, maħsuba għall-konsum individwali u kollettiv u/jew għat-tqassim mill-ġdid ta' qligħ ta' flus u għana nazzjonali (SEK 95, paragrafi 2.68 sa 2.70),

- gvern ċentrali: dipartimenti amministrattivi ta' l-Istat u aġenziji oħra ċentrali li l-kompetenza tagħhom tinfirex fuq it-territorju ekonomiku kollu, minbarra għall-amministrazzjoni ta' fondi ta' sigurtà soċjali (SEK 95, paragrafu 2.71),

- gvern statali: unitajiet istituzzjonali separati li jeserċitaw xi forma ta' funzjonijiet tal-gvern taħt il-livell ta' dak ta' gvern ċentrali u 'l fuq minn dak ta' gvern lokali, minbarra l-amministrazzjoni ta' fondi ta' siġurta soċjali (SEK 95, paragrafu 2.72),

- awtorijajiet lokali: amministrazzjoni pubblika li l-kompetenza tagħha tinfirex biss fuq parti lokali fit-territorju ekonomiku, minbarra aġenziji lokali ta' fondi ta' sigurtà soċjali (SEK 95, paragrafu 2.73),

- fondi ta' sigurtà soċjali: unitajiet istituzjonali ċentrali, statali u lokali li l-attivita prinċipali tagħhom hija li tipprovdi benefiċċji soċjali (SEK 95, paragrafu 2.74).

Is-setturi residenti l-oħra, jiġifieri residenti li mhumiex MFIs oħra għajr il-gvern ġenerali, jikkomprendu:

- intermedjarji finanzjarji oħra + awżiljari finanzjarji: korporazzjonijiet finanzjarji mhux monetarji u kważi-korporazzjonijiet (minbarra korporazzjonijiet ta' assigurazzjoni u fondi ta' pensjoni) prinċipalment imqabbda biex jaħdmu f'intermedjazzjoni finanzjarja billi jġorru responsabbiltajiet f'forom oħra għajr munita, depożiti u/jew sostituti mill-qrib għal depożiti minn unitajiet istituzzjonali oħra għajr MFIs (SEK 95, paragrafi 2.53 sa 2.56), Inlużi wkoll huma awżiljari finanzjarji li jikkonsistu mill-korporazzjonijiet finanzjarji u kważi korporazzjonijiet li huma mqabbda prinċipalment biex jaħdmu f'attivitajiet finanzjarji awżiljari (SEK 95, paragrafi 2.57 sa 2.59),

- korporazzjonijiet ta' l-assigurazzjoni u fondi tal-pensjonijiet: korporazzjonijiet finanzjarji mhux monetarji u kważi-korporazzjonijiet prinċipalment imqabbda biex jaħdmu fl-intermedjazzjoni finanzjarja bħala konsegwenza tal-ġbir flimkien bejniethom ta' riskji (SEK 95, paragrafi 2.60 sa 2.67),

- korporazzjonijiet mhux finanzjarji: korporazzjonijiet u kważi-korporazzjonijiet li mhumiex imqabbda biex jaħdmu fl-intermedjazzjoni finanzjarja imma prinċipalment fil-produzzjoni ta' oġġetti tas-suq u servizzi mhux finanzjarji (SEK 95, paragrafi 2.21 sa 2.31),

- familji taħt saqaf wieħed: individwi jew gruppi ta' individwi bħala konsumaturi, u produtturi ta' oġġetti u servizzi mhux finanzjarji esklusivament għall-konsum aħħari tagħhom stess, u bħala produtturi ta' oġġetti għas-suq u servizzi finanzjarji u mhux finanzjarji basta li l-attivitajiet tagħhom ma humiex dawk ta' kważi-korporazzjonijiet. Inklużi huma korporazzjonijiet bla qligħ li jservu familji taħt saqaf wieħed u li huma prinċipalment imqabbda biex jaħdmu oġġetti mhux għas-suq u servizzi maħsuba għal gruppi partikolari ta' familji taħt saqaf wieħed (SEK 95, paragrafi 2.75 sa 2.88).

Definizzjonijiet ta' kategoriji ta' strumenti

Definizzjonijiet ta' kategoriji ta' assi u responsabbiltajiet inklużi fil-karta tal-bilanċ konsolidata jieħdu f'kunsiderazzjoni l-karatteristiċi ta' sistemi finanzjarji differenti. Analiżijiet tal-maturità jistgħu jipprovdu sostitut għall-konsistenza fid-definizzjoni ta' l-istrumenti fejn l-istrumenti ma humiex paragunabbli għal kollox bejn is-swieq finanzjarji.

It-tabelli li ġejjin jipprovdu deskrizzjoni standard u dettaljata tal-kategoriji ta' l-istrumenti, li l-BĊNi jibdlu f'kategoriji applikabbli fuq il-livell nazzjonali bi qbil ma' dan ir-Regolament [19].

Deskrizzjoni dettaljata tal-kategoriji ta' strumenti tal-karta tal-bilanċ tas-settur MFI aggregata għal kull xahar

KATEGORIJI TA' ASSI

Kategorija | Deskrizzjoni tal-karatteristiċi prinċipali |

1. Flus kontanti | Żammiet ta' ewro u bankonoti barranin u muniti fiċ-ċirkolazzjoni li huma normalment użati biex isiru pagamenti |

2. Self | Għall-iskopijiet ta' l-iskema ta' rappurtaġġ dan jikkonsisti minn fondi mislufa minn aġenti ta' rappurtaġġ lill-persuni li jisselfu, li m'għandhomx dokumenti bħala xhieda jew huma rappreżenatati minn dokument wieħed (anke jekk ikun sar negozjabbli) jinkludi assi fil-għamla ta' depożiti: self mogħti lil familji taħt saqaf wieħed fil-forma ta' kreditu tal-konsumatur (self mogħti għall-għan ta' użu personali fil-konsum ta' oġġetti u servizzi),self għal xiri ta' djar (kreditu estiż għall-iskop ta' investiment fil-qasam tad-djar, inkluż bini u titjib fid-djar) u oħrajn (self mogħti għal skopijiet bħal ma huwa negozju, konsolidazzjoni tad-dejn, edukazzjoni, eċċ.).self għax-xiri ta' djar jikkomprendi self garantit bi propjeta residenzjali li huwa użat għall-iskop ta' xiri tad-djar u, fejn identifikabbli, self ieħor għal xiri tad-djar magħmul fuq bażi personali jew garantit kontra forom oħra ta' assidepożiti mqiegħda ma' MFIs oħrakiri finanzjarju mogħti lill-partijiet terziKiri finanzjarju huma kuntratti fejn is-sid legali ta' (lessor) tajjeb dejjiemi jislef dawn l-assi lill-parti terza (lessee) għall-kważi jekk mhux il-ħajja kollha ekonomika ta' l-assi, bi skambju għal akkonti li jkopru l-ispejjeż tat-tajjeb magħduda ma' ħlas ta' l-interessi imputed. Il-lessee huwa fil-fatt stmat li jerċievi l-benefiċċji kollha li joħorġu mill-użu tat-tajjeb u iwettaq l-ispejjeż u r-riskji assoċjati mal-pussess. Għal skopijiet statistiċi kiri finanzjarju huwa trattat bħala self mill-lessor għall-lessee (jħalli l-lessee jixtri t-tajjeb dejjiemi). Kiri finanzjarju mogħti minn MFI (li qed jaġixxi bħala lessor) jrid jiġi reġistrat fil-karta ta' bilanċ ta' l-MFI taħt is-self ta' oġġetti ta' l-assi. L-assi (oġġetti dejjiema) li jkunu ġew mislufa lill-lessee m' għandhomx jiġu reġstrati x'imkien ieħor fuq il-karta ta' bilanċ ta' l-MFIsself ta' debitu ħażin li għadhom ma tħallsux lura jew ma ġewx imħassraself ta' debitu ħażin huwa meqjus bħala self rigward liema ħlas lura imissu ilu li tħallas jew inkella identikat bħala mfixkel. Il-BĊNi jiddefinixxu jekk self ħażin għandux jiġi reġistrat bħala gross jew nett ta' dispożizzjonijietżammiet ta' sigurtajiet mhux negozjabbliŻammiet ta' sigurtajiet oħra għajr ishma u ekwita oħra li mhumiex negozjabbli u ma jistgħux jiġu negozjati fis-swieq sekondarji, ara wkoll self negozjat self negozjatdebitu subordinat fil-forma ta' depożitu jew selfSelf li de facto jkunu saru negozjabbli iridu jiġu klassifikati taħt is-self ta' l-oġġett ta' l-assi basta li jibqgħu ikollhom dokument waħdieni bħala xhieda u ikunu, bħala regola ġenerali, negozjati biss kull tant:debitu subordinat fil-forma ta' depożitu jew selfStrumenti ta' debitu subordinat jipprovdu pretensjoni sussidjarja fuq l-istituzzjoni tal-ħruġ li tista' tiġi eżerċitata biss wara li l-pretensjonijiet kollha bi status aktar għoli (p.e. depożiti/self) ikunu ġew sodisfatti, u jkun ingħatalhom xi wħud mill-karatteristiċi ta' ishma u ekwitajiet oħra. Għal skopijiet statistiċi, debitu subordinat għandu jiġi trattat skond in-natura ta' l-istrument finanzjarju, jiġifieri klassifikat jew bħala self jew sigurtajiet oħra għajr ishma skond in-natura ta' l-istrument. Fejn żammiet ta' l-MFI ta' kull forma ta' debitu subordinat ikunu identifikati korrentement bħala ċifra waħdanija għal skopijiet statistiċi, din iċ-ċifra trid tiġi klassifikata taħt is-sigurtajiet ta' l-oġġett minflok taħt l-ishma, fuq il-bażi li debitu subordinat huwa mibni prinċipalment fil-forma ta' sigurtajiet, aħjar milli bħala self pretensjonijiet skond repo-ijiet bil-maqlubKontraparti ta' flus kontanti mħallsa bi skambju għal sigurtajiet mixtrija minn aġenti ta' rappurtaġġ ara oġġett ta' responsabilità 9.4 L-oġġett li ġej mhuwiex trattat bħala self: self mogħti fuq bażi ta' fiduċjaself mogħti fuq bażi ta' fiduċja (self fuq bażi ta' fiduċja/self fiduċjarji) huwa self li jsir f'isem ta' parti waħda (it-trustee) f'isem parti terza (il-benefiċjarju). Għal skopijiet statistiċi, self fuq bażi ta' fiduċja ma jridux jiġu reġistrati fuq il-karta ta' bilanċ tat-trustee fejn ir-riskji u r-rigali ta' pussess tal-fondi jibqgħu mal-benefiċjarju. Ir-riskji u r-rigali tal-pussess jibqgħu mal-benefiċjarju fejn: (i) il-benefiċjarju jassumi r-riskju ta' kreditu tas-self (jiġifieri it-trustee huwa responsabbli biss għat-tmexxija amministrattiva tas-self); jew (ii) l-investiment tal-benefiċjarju huwa garantit kontra telf, jekk it-trustee jidħol f'likwidazzjoni (jiġifieri is-self fuq bażi ta' fiduċja mhuwiex parti mill-assi tat-trustee li jistgħu jitqassmu fil-każ ta' falliment |

3. Sigurtajiet oħra għajr ishma | Żammiet ta' sigurtajiet oħra għajr ishma u ekwitajiet oħra, li huma negozzjabbli u normalment negozjati fis-swieq sekondarju jew jistgħu jiġu ikkumpensati (offsett) fis-suq, u li ma jagħtux lill-possessur xi drittijiet ta' pussess fuq l-istituzzjoni tal-ħruġ. Dan l-oġġett jinkludi: żammiet ta' sigurtajiet li jagħtu lill-possessur id-dritt bla kundizzjoni għal qligħ fiss jew qligħ stabbilit b'kuntratt (contractually) fil-forma ta' pagamenti bil-kupuni (coupon) u/jew somma dikjarata fissata f'data speċifika (jew dati) jew li tibda minn data definita mal-waqt tal-ħruġself negozjabbli li ġie strutturat mill-ġdid f'numru kbir ta' dokumenti identiċi u li jista jiġi negozjat fis-swieq sekondarji, ara wkoll self negozjat f'kategorija 2)debitu subordinat fil-forma ta' sigurtajiet ta' debitu (ara wkoll debitu subordinat fil-forma ta' depożiti jew self f'kategorija 2) sabiex jinżamm konsistenza mat-trattament ta' operati tat-tip repo,sigurtajiet mislufa skond operati li jselfu sigurtajiet jibqgħu fil-karta tal-bilanċ tal-possessur (u ma jridux jiġu trasferiti fil-karta ta' bilanċ ta' l-akkwistatur temporanju) fejn ikun hemm rabta soda biex jiġi maqlub l-operat ( u mhux sempliċament għażla biex isir dan) |

3a. Sigurtajiet oħra għajr ishma ta' maturità oriġinali li twassal sa u tinkludi sena waħda | Żammiet ta' sigurtajiet negozzjabbli ta' debitu (b'dokumenti bħala xhieda u mingħajr) ta' ta' maturità oriġinali li twassal sa u tinkludi sena waħdaSelf negozzjabbli ta' maturità oriġinali li twassal sa u tinkludi sena waħda li huma strutturati mill-ġdid f'numru kbir ta' dokumenti identiċi u li huma negozjati fi swieq sekondarjiDebitu subordinat fil-forma ta' sigurtajiet ta' debitu ta' maturità oriġinali li twassal sa u tinkludi sena waħda |

3b. Sigurtajiet oħra għajr ishma ta' aktar minn sena u ta' maturità oriġinali li twassal u tinkludi sentejn | Żammiet ta' sigurtajiet negozzjabbli ta' debitu (b'dokumenti bħala xhieda u mingħajr) ta' ta' aktar minn sena u ta' maturità oriġinali li twassal sa u tinkludi sentejnSelf negozzjabbli ta' aktar minn sena u ta' maturità oriġinali li twassal sa u tinkludi sentejn li huma strutturati mill-ġdid f'numru kbir ta' dokumenti identiċi u li huma negozjati fi swieq sekondarjiDebitu subordinat fil-forma ta' sigurtajiet ta' debitu ta' aktar minn sena u ta' maturità oriġinali li twassal sa tinkludi sentejn |

3c. Sigurtajiet oħra għajr ishma ta' maturità oriġinali ta' aktar minn sentejn | Żammiet ta' sigurtajiet negozzjabbli ta' debitu (b'dokumenti bħala xhieda u mingħajr) ta' maturità oriġinali ta' aktar minn sentejnself negozjabbli ta' maturità oriġinali ta' aktar minn sentejn li huma struttutati mill-ġdid f'numru kbir ta' dokumenti identiċi u li huma negozjati fi swieq sekondarjidebitu subordinat fil-forma ta' sigurtajiet ta' debitu ta' maturità oriġinali ta' aktar minn sentejn |

4. Ishma ta' fondi fis-suq tal-flus/unitajiet | Dan l-oġġett ta' l-assi jinkludi żammiet ta' ishma/unitajiet maħruġa minn FSF-ijiet. FSF-ijiet huma impriżi ta' investiment kollettiv li l-ishma/unitajiet tagħhom huma, f'termini ta' likwidità, sostituti mill-qrib għal depożiti, u li primarjament jinvestu fi strumenti ta' flus fis-suq u/jew f'ishma/unitajiet ta' FSF u/jew fi strumenti oħra ta' debitu trasferibbli b'maturità residwali li twassal sa u tinkludi sena, u/jew f' depożiti tal-bank, u/jew li jsegwu rata ta' ritorn li tavviċina r-rati ta' interessi ta' strumenti ta' flus fis-suq (ara wkoll kategoriji 5 u 10) |

5. Ishma u ekwitajiet oħra | Żammiet ta' sigurtajiet li jirrappreżentaw drittijiet ta' propjeta f'korporazzjonijiet jew kważi-korporazzjonijiet. Dawn is-sigurtajiet ġeneralment jintitolaw lill-possessuri għal sehem fil-profitti ta' korporazzjonijiet jew kważi korporazzjonijiet u għal sehem fil-fondi tagħhom stess fil-każ ta' likwidazzjoni. Ishma ta' fondi mutwi (għajr ishma/unitajiet ta' l-FSF) huma inklużi hawnhekk. |

6. Assi fissi | Għall-iskopijiet ta' l-iskema ta' rappurtaġġ, dan jikkonsisti minn assi mhux finanzjarji, tanġibbli jew mhux tanġibbli, li huma maħsuba biex jintużaw għal numru ta' drabi għal aktar minn sena minn aġenti ta' rappurtaġġ. Dawn jinkludu art u bini okkupati mill-MFIs, kfi ukoll tagħmir, software u infrastruttura oħra. Assi finanzjarji fissi mhumiex reġistrati hawnhekk imma minflok taħt self/sigurtajiet oħra għajr ishma/ishma u ekwitajiet oħra, skond it-tip ta' strument |

7. Bqija ta' l-assi | L-oġġett tal-bqija ta' l-assi huwa meqjus bħala l-oġġett residwali fuq in-naħa ta' l-assi tal-karta ta' bilanċ, definit bħala assi mhux inklużi x'imkien ieħor Dan l-oġġett jista' jinkludi: pożizzjonijiet finanzjarji derivattivi b'valuri tas-suq gross posittivi għall-iskopijiet statistiċi, strumenti derivattivi finazjarji li humasuġġetti għal reġistrazzjoni fuq karta ta' bilanċ huma nklużi hawnhekkammonti gross li jiġu rċevuti rigward oġġetti sospiżioġġetti sospiżi huma bilanċi ta' l-assi miżmuma fil-karta ta' bilanċ ta' l-MFI li mhumiex reġistrati fl-isem ta' konsumaturi imma li madanakollu għandhom x'jaqsmu ma' fondi tal-konsumatur (p.e. fondi li qed jistennew investiment, trasferiment jew settlement)ammonti gross li jiġu rċevuti rigward oġġetti fi transituoġġetti fi transitu jirrappreżentaw (li normalment jappartjenu għal konsumaturi) li qed jiġu trasmessi bejn MFIs. Oġġetti jinkludu ċekkijiet u forom oħra ta' pagament li jwasslu biex jinġabru lill-MFIsinteressi miġbura rċevuti fuq selfInteressi miġbura fuq self jirreferi għal interessi li jkun rċevut fid-data ta' rappurtaġġ fuq il-karta ta' bilanċ, imma li mhuwiex dovut li jiġi rċevut sa data futura (jiġifieri sa wara dik id-data ta' rappurtaġġ). Interessi miġbura fuq self irid jiġi klassifikat fuq bażi gross taħt il-kategorija tal-bqija ta' l-assi. Interessi miġbura jridu jiġu esklużi mis-self li miegħu għandu x'jaqsam, li għandu jingħata valur bl-ammont nominali li jibqa' fid-data ta' rappurtaġġdividendi li jridu jiġu rċevutiammonti rċevuti mhux relatati man-negozju prinċipali ta' l-MFIkontraparti ta'l-assi għal muniti maħruġa mill-Istat (karti ta' bilanċ tal-BĊNi biss)Il-bqija ta' l-assi jistgħu jeskludu strumenti finanzjarji li jieħdu l-forma ta' assi finanzjarji (inklużi fl-oġġetti l-oħra tal-karta ta' bilanċ), ċerti strumenti finanzjarji li ma jieħdux il-forma ta' assi finanzjarji, bħal ma huma garanziji, rbit, self amministrat u fuq bażi ta' fiduċja (reġistrati minn fuq il-karta ta' bilanċ), u assi li mhumiex finanzjarji, bħal ma huma artijiet u komoditajiet (inklużi f'assi fissi) |

KATEGORIJI TA' LIJABILITA

Kategorija | Deskrizzjoni tal-karatteristiċi prinċipali |

8. Flus fiċ-ċirkulazzjoni | Il-kategorija ta' responsabilità ta' flus fiċ-ċirkolazzjoni hija definita bħala bankonoti u muniti fiċ-ċirkolazzjoni li huma normalment użati biex isiru pagamenti. Din il-kategorija tinkludi bankonoti maħruġa mill-BĊE u l-BĊNi. Flus fiċ-ċirkolazzjoni mhumiex responsabilità ta' l-MFIs fl-Istati Membri parteċipanti, imma responsabilità tal-gvern ċentrali. Madankollu, muniti huma parti mill-aggregati monetarji u, b'konvenzjoni, din il-responsabilità trid tiġi mniżżla taħt il-kategorija tal-muniti fiċ-ċirkolazzjoni. Il-kontraparti għal din il-responsabilità trid tiġi nkluża fil-bqija ta' l-assi |

9. Depożitii | Ammonti dovuti lill-kredituri mill-aġenti ta' rappurtaġġ, oħra għajr dawk li jinħolqu mill-ħruġ ta' sigurtajiet negozzjabbli. Għall-iskopijiet ta' l-iskema ta' rappurtaġġ, din il-kategorija hija maqsuma f'depożiti ta' matul il-lejl, depożiti b'maturità miftiehma, depożiti mifdija mat-talba u ftehim ta' xiri mill-ġdid Depożiti jkopru wkoll self bħala responsabbiltajiet ta' MFIs. F'termini konċettwali, self jirrappreżenta ammonti rċevuti mill-MFIs li mhumiex strutturati fil-forma ta' depożiti. L-SEK 95 jiddistingwi bejn self u depożiti fuq il-bażi tal-parti li tieħu l-inizjattiva (jekk dan ikun min qed jissellef, imbagħad jikkostitwixxi self, imma jekk dan ikun dak li qed jislef, imbagħad jikkostitwixxi depożitu), għalkemm fil-prattika ir-rilevanza ta' din id-distinzjoni tista' tvarja skond l-istruttura finanzjarji nazzjonali. Fl-iskema ta' rappurtaġġ, self mhuwiex mgħarraf bħala kategorija separata fuq in-naħa tar-responsabbiltajiet tal-karta ta' bilanċ. Minflok, bilanċi li huma meqjusa bħala self iridu jiġu klassifikati bla distinzjoni taħt l-oġġett ta' responsabbiltajiet ta' depożitu, għajr jekk ikunu rappreżentati permezz ta' strumenti negozjabbli. Dan huwa f'linja mad-definizzjoni ta' responsabbiltajiet ta' depożitu msemmija hawn fuq. Self lil MFIs li huma klassifikati bħala responsabbiltajiet ta' depożitu jridu jitqassmu skond il-ħtiġiet ta' l-iskema ta' rappurtaġġ (jiġifieri skond is-settur, strument, munita u maturità) Strumenti ta' debitu mhux negozjabbli maħruġa minn aġenti ta' rappurtaġġ ġeneralment iridu jiġu klassifikati bħala responsabbiltajiet ta' depożitu. Strumenti jridu jiġu riferiti bħala li mhumiex negozjabbli fis-sens li hemm restrizzjonijiet fuq it-trasferiment ta' possess legali ta' l-istrument li jfisser li ma jistgħux jinbiegħu fis-suq jew, għalkemm teknikament negozjabbli, ma jistgħux jiġu negozjati minħabba fl-assenza ta' suq organizzat. Strumenti li mhumiex negozjabbli maħruġa minn aġenti ta' rappurtaġġ li sosegwentement isiru negozjabbli u li jistgħu jiġu negozjati fi swieq sekondarji għandhom jiġu klassifikati mill-ġdid bħala sigurtajiet ta' debitu. Depożiti marġinali (marġini) li jsiru skond kuntratti derivattivi għandhom jiġu klassifikati bħala responsabbiltajiet ta' depożitu, fejn jirrappreżentaw kollaterali ta' flus kontanti depożitati ma' MFIs u fejn jibqgħu fil-pussess tad-depożitatur u li jistgħu jerġgħu jitħallsu lid-depożitatur meta jkun ingħalaq il-kuntratt. Fuq il-bażi ta' prattika korrenti tas-suq, huwa suġġerit ukoll li marġini rċevuti mill-aġent ta' rappurtaġġ għandhom jiġu klassifikati biss bħala responsabbiltajiet ta' depożitu sal punt li l-MFI jiġi provvdut b'fondi li huma disponibbli liberament għal on-lending. Fejn parti mill-marġini rċevut mill-MFI irid jitgħadda lill-parteċipant ieħor ta' derivattivi fis-suq (p.e. il-clearing-house), dik il-parti biss li tibqa' għad-dispożizzjoni ta' l-MFI għandhom bi prinċipju jiġu klassifikati bħala responsabbiltajiet ta' depożitu. Il-komplessitajiet ta' prattika korrenti fis-suq jistgħu jagħmluha diffiċli li jiġu identifikati dawk il-marġini li verament jistgħu jerġgħu jitħallsu, minħabba li tipi differenti ta' marġini jitqiegħdu b'mod li ma jistgħux jiġu distingwiti fl-istess kont, jew dawk il-marġini li jipprovdu lill-MFI b'risorsi għal on-lending. F'dawk il-każijiet, huwa aċċettabbli li jiġu klassifikati dawn il-marġini taħt il-bqija tal-responsabbiltajiet jew bħala responsabbiltajiet ta' depożitu, skond bilanċi assenjati ta' prattika nazzjonali relatati ma' p.e. kuntratti ta' kiri huma klassifikati bħala responsabbiltajiet ta' depożitu taħt depożiti b'maturità miftiehma jew depożiti mifdija mat-talba skond il-maturità/dispożizzjonijiet tal-kuntratt bażi Fondi (depożiti) rċevuti fuq bażi ta' fiduċja m' għandhomx jiġu reġistrati fuq il-karta ta' bilanċ statistika ta' l-MFI (ara self mogħti fuq bażi ta' fiduċja taħt kategorija 2) |

9.1. Depożiti ta' matul il-lejl | Depożiti li jistgħu jinqalbu f'muniti u/jew li huma trasferibbli mad-domanda permezz ta' ċekk, ordni ta' bankier, dħul ta' debitu jew mezz simili, mingħajr dewmien sinifikanti, restirzzjoni jew penali. Bilanċi li jirrappreżentaw ammonti mħallsa bil-quddiem fil-kuntest ta' flejjes elettroniċi, jew fil-forma ta' flejjes elettroniċi ibbażati fuq il-hardware (p.e. cards imħallsa bil-quddiem) jew flejjes elettroniċi bbżati fuq is-software,maħruġa mill-MFIs, huma nklużi taħt dan l-oġġett. Dan l-oġġett jeskludi depożiti li mhumiex trasferibbli li huma rtirati teknikament mat-talba imma li huma soġġetti għal penali sinifikanti: bilanċi (li jġorru l-imgħax jew le) li huma trasferibbli permezz ta' ċekk, ordni tal-bankier, dħul ta' debitu jew bħalhom, mingħajr xi penali jew restrizzjoni sinifikantibilanċi (li jġorru l-imgħax jew le) li jistgħu jinqalbu immedjatament f'muniti mat-talba jew permezz ta' għeluq tan-negozju fil-jum ta' wara dak li fih ikun sar id-depożitu, mingħajr xi penali jew restrizzjoni sinifikanti, imma li mhumiex trasferibblibilanċi (li jġorru l-imgħax jew le) li jirrappreżentaw ammonti mħallsa bil-quddiem fil-kuntest ta' flejjes elettroniċi bbażati fuq il-hardware jew fuq is-software (cards imħallsa bil-quddiem)self li jrid jitħallas mill-ġdid fil-jum ta' wara dak li fih ingħata s-self |

9.2. Depożiti b'maturità miftiehma | Depożiti li mhumiex trasferibbli li ma jistgħux jinqalbu f'muniti qabel skond fissat miftiehem jew li jisgħu jinqalbu biss f'muniti qabel dak l-iskond miftiehem basta illi l-possessur iħallas xi tip ta' penali. Dan l-oġġett jinkludi wkoll depożiti ta' tifdil regolati amministrattivament fejn il-kriterju relatat mal-maturità mhuwiex rilevanti (klassifikat fil-faxxa ta' maturità ta' aktar minn sentejn). Prodotti finanzjarji b'dispożizzjonijiet roll-over iridu jiġu klassifikati skond il-maturità l-aktar kmieni. Għalkemm depożiti b'maturità miftiehma jistgħu jikkaratterizzaw il-possibiltà' li jiġu mifdija aktar kmieni wara notifika minn qabel, jew jistgħu jiġu mifdija mat-talba bla ħsara għal ċerti penali, dawn il-karatteristiċi mhumiex meqjusa bħala rilevanti għal skopijiet ta' klassifika |

9.2a. Depożiti ta' maturità miftiehma li twasslu sa u tinkludi sena | Bilanċi mqegħda bi skond fissat ta' maturità ta' mhux aktar minn sena (minbarra depożiti b'maturità oriġinali ta' jum wieħed) li mhumiex trasferibbli li ma jistgħux jinqalbu f'muniti qabel dik il-maturitàBilanċi mqegħda bi skond fissat ta' maturità ta' mhux aktar minn sena li mhumiex trasferibbli imma jistgħu jiġu mifdija qabel dak l-iskond wara notifika minn qabel; fejn notifika tkun ingħatat, dawn il-bilanċi għandhom jiġu klassifikati f'9.3a jew 9.3b, fejn xieraqBilanċi mqegħda bi skond fissat ta' maturità ta' mhux aktar minn sena li mhumiex trasferibbli imma jistgħu jiġu mifdija mat-talba bla ħsara għal ċerti penaliPagamenti marġini li jsiru skond kuntratti derivattivi li jridu jingħalqu fi żmien sena, li jirrappreżentaw kollateral ta' flus kontatni mqegħda biex jipproteġu kontra riskju ta' kreditu imma li jibqgħu fil-pussess tad-depożitatur u li jistgħu jerġgħu jitħallsu lid-depożitatur meta jkun ingħalaq il-kuntratt.Self li jkollu bħala xhieda dokument waħdieni ta' maturità oriġinali li twassal sa u inkludi senaSigurtajiet ta' debitu mhux negozjabbli maħruġa mill-MFIs (li jkollhom jew ma jkollhomx dokumenti bħala xhieda) ta' maturità oriġinali li twassal sa u tinkludi sena waħdaDebitu subordinat maħruġ mill-MFIs fil-forma ta' depożiti jew self ta' maturità oriġinali li twassal sa u tinkludi sena waħda |

9.2b. Depożiti ta' aktar minn sena u ta' maturità oriġinali li twassal sa u tinkludi sentejn | Bilanċi mqegħda bi skond fissat ta' maturità ta' bejn sena u sentejn li mhumiex trasferibbli li ma jistgħux jinqalbu f'muniti qabel dik il-maturitàBilanċi mqegħda bi skond fissat ta' maturità ta' bejn sena u sentejn li mhumiex trasferibbli imma jistgħu jiġu mifdija qabel dak l-iskond wara notifika minn qabel; fejn notifika tkun ingħatat, dawn il-bilanċi għandhom jiġu klassifikati f'9.3a jew 9.3b, fejn xieraqBilanċi mqegħda bi skond fissat ta' maturità ta' bejn sena u sentejn li mhumiex trasferibbli imma jistgħu jiġu mifdija mat-talba bla ħsara għal ċerti penaliPagamenti marġini li jsiru skond kuntratti derivattivi li jridu jingħalqu bejn sena u sentejn, li jirrappreżentaw kollateral ta' flus kontanti mqegħda biex jipproteġu kontra riskju ta' kreditu imma li jibqgħu fil-pussess tad-depożitaturi u jistgħu jerġgħu jitħallsu meta jagħlaq il-kuntrattSelf li jkollu bħala xhieda dokument waħdieni ta' maturità oriġinali ta' bejn sena u sentejnSigurtajiet ta' debitu mhux negozjabbli maħruġa mill-MFIs (li jkollhom jew ma jkollhomx dokumenti bħala xhieda) ta' maturità oriġinali ta' aktar minn sena u li twassal sa u tinkludi sentejnDebitu subordinat maħruġ mill-MFIs fil-forma ta' depożiti jew self ta' maturità oriġinali ta' aktar minn sena u li twassal sa u tinkludi sentejn |

9.2c. Depożiti ta' maturità miftiehma ta' aktar minn sentejn | Bilanċi mqegħda bi skond fissat ta' maturità ta' mhux aktar minn sentejn li li mhumiex trasferibbli u li ma jistgħux jinqalbu f'muniti qabel dik il-maturitàBilanċi mqegħda bi skond fissat ta' maturità ta' mhux aktar minn sentejn li mhumiex trasferibbli imma jistgħu jiġu mifdija qabel dak l-iskond wara notifika minn qabel; fejn notifika tkun ingħatat, dawn il-bilanċi għandhom jiġu klassifikati f'9.3° jew 9.3b, fejn xieraqBilanċi mqegħda bi skond fissat ta' maturità ta' aktar minn sentejn li mhumiex trasferibbli imma jistgħu jiġu mifdija mat-talba bla ħsara għal ċerti penaliBilanċi (mingħajr ma jingħata każ ta' maturità) li fihom ir-rati ta' l-imgħax u/jew termini u kondizzjonijiet huma speċifikati fil-leġislazzjoni nazzjonali u li huma disinjati biex jinżammu għal skopijiet speċifiċi (p.e. finanzjament għal djar) li jseħħu wara sentejn (anke jekk teknikment jistgħu jiġu mifdija mat-talba)Pagamenti marġini li jsiru skond kuntratti derivattivi li jridu jingħalqu f'aktar minn sentejn, li jirrappreżentaw kollateral ta' flus kontatni mqegħda biex jipproteġu kontra riskju ta' kreditu imma li jibqgħu fil-pussess tad-depożitatur u li jistgħu jerġgħu jitħallsu lid-depożitatur meta jkun ingħalaq il-kuntratt.Self li jkollu bħala xhieda dokument waħdieni ta' maturità oriġinali ta' aktar minn sentejnSigurtajiet ta' debitu mhux negozjabbli maħruġa mill-MFIs (li jkollhom jew ma jkollhomx dokumenti bħala xhieda) ta' maturità oriġinali ta' aktar minn sentejnDebitu subordinat maħruġ mill-MFIs fil-forma ta' depożiti jew self ta' maturità oriġinali ta' aktar minn sentejn |

9.3. Depożiti mifdija mat-talba | Depożiti li mhumiex trasferibbli mingħajr maturità miftiehma li ma jistgħux jinqalbu f'muniti mingħajr perjodu ta' avviż' minn qabel, qabel l-iskond li fih il-bdil fi flus kontanti mhuwiex possibbli jew huwa possibbli biss b'penali. Dawn jinkludu depożiti li, għalkemm forsi jistgħu jiġu rtirati legalment mat-talba, ikunu soġġetti għal penali u restrizzjonijiet skond il-prattika nazzjonali (klassifikata fil-faxxa ta' maturità li twassal sa u tinkludi tliet xhur), u kontijiet ta' investimenti mingħajr perjodu ta' avviż jew maturità miftiehma, imma li jikkontjenu dispożizzjonijiet restrittivi ta' ħruġ ta' flus (klassifikati fil-faxxa ta' maturità ta' aktar minn tliet xhur) |

9.3a Depożiti mifdija b'avviż sa u jinkludi tliet xhur | Bilanċi mqegħda mingħajr maturità fissa li jistgħu jiġu rtirati biss bla ħsara għal stqarrija minn qabel ta' sa u inkluż tliet xhur; jekk ikun possibbli li jiġu mifdija qabel dak il-perjodu ta' l-avviż (je anke mat-talba), ikun jinvolvi l-ħlas ta' penaliDepożiti ta' tifdil mad-daqqa t' għajn li mhumiex trasferibbli u tipi oħra ta' depożiti bl-imnut li, għalkemm jistgħu jiġu mifdija legalment mat-talba, huma soġġetti għal penali sinifikantiBilanċi mqegħda bi skond fissat ta' maturità li mhumiex trasferibbli imma li jkunu ġew soġġetti għal notifika ta' inqas minn tliet xhur biex jiġu mifdija aktar kmieni |

9.3b. Depożiti mifdija fuq avviż ta' aktar minn tliet xhur li minhom fuq avviż ta' aktar minn sentejn (fejn ikun xieraq) | Bilanċi mqegħda mingħajr maturità fissa li jistgħu jiġu rtirati biss bla ħsara għal stqarrija minn qabel ta' aktar minn tliet xhur; jekk ikun possibbli li jiġu mifdija qabel dak il-perjodu ta' l-avviż (jew anke mat-talba), ikun jinvolvi l-ħlas penaliKontijiet ta' investiment mingħajr perjodu ta' avviż jew maturità miftiehma, imma li jikkontjenu dispożizzjonijiet restrittivi fuq il-ħruġ ta' flusBilanċi mqegħda bi skond fissat ta' maturità, li mhumiex trasferibbli imma li jkunu ġew soġġetti għal notifika ta' aktar minn tliet xhur jew li jkunu jisgħtu jiġu mifdija aktar kmieni |

9.4. Repo-jiet | Kontraparti ta' flus kontanti rċevuti bi skambju għal sigurtajiet/deheb minbjugħa minn aġenti ta' rappurtaġġ bil-prezz miftiehem taħt rabta soda biex l-istess (jew simili) sigurtajiet/deheb jerġgħu jinxtraw bi prez fiss f'data speċifikata aktar il-quddiem. Ammonti rċevuti minn aġenti ta' rappurtaġġ bi skambju għal sigurtajiet/deheb trasferiti lill-parti terza (akkwistatur temporanju) iridu jiġu klassifikati skond ftehim ta' xiri mill-ġdid fejn ikun hemm rabta soda biex jinqaleb l-operat u mhux sempliċement għażla biex isir dan. Dan jimplika li aġenti ta' rappurtaġġ iżommu pussess effettiv (ekonomiku) tas-sigurtajiet/deheb bħala bażi matul l-operat. f'dan ir-rigward, it-trasferiment ta' pussess legali mhijiex il-karatteristika rilevanti għall-istabbilizzazzjoni tat-trattament ta' operati tat-tip repo. Fejn l-akkwistatur temporanju jbigħ is-sigurtajiet rċevuti permezz ta' operat ta' repo, dan il-bejgħ irid jiġi reġistrat bħala transazzjoni outright f'sigurtajiet/deheb u mdaħħla fil-karta ta' bilanċ ta' l-akkwistatur temporanju bħala pożizzjoni negattiva fil-portafoll tas-sigurtajiet/deheb It-tliet varjanti li ġejjin ta' operati tat-tip repo huma kollha strutturati b'tali mod li jissodisfaw il-kondizzjonijiet meħtieġa għat-trattament bħala self kollateralizzat. Għalhekk ammonti rċevutti minn aġenti ta' rappurtaġġ (bi skambju għal sigurtajiet/deheb temporanjament trasferit lil parti terza) iridu jiġu klassifikati skond ftehim ta' ta' xiri mill-ġdid: ammonti rċevuti bi skambju għal sigurtajiet/deheb temporanjament trasferiti lil parti terza fil-forma ta' ftehim ta' xiri mill-ġdidammonti rċevuti bi skambju għal sigurtajiet/deheb temporanjament trasferiti lil parti terza fil-forma ta' self bond (kontra kollateral ta' flus kontanti)ammonti rċevuti bi skambju għal sigurtajiet/deheb temporanjament trasferiti lil parti terza fil-forma ta' ftehim ta' bejgħ/xiri lura |

10. Ishma/unitajiet ta' fondi fis-suq tal-flus | Ishma jew unitajiet maħruġa minn FSF-ijiet. FSF-ijiet huma impriżi ta' investiment kollettiv li l-ishma/unitajiet tagħhom huma, f'termini ta' likwidità, sostituti mill-qrib għal depożiti, u li primarjament jinvestu fi strumenti fis-suq tal-flus u/jew ishma/unitajiet fil-FSF u/jew fi strumenti oħra ta' debiti trasferibbli b'maturità residwali li twassal sa u tinkludi sena, u/jew f'depożiti tal-bank, u/jew li jsegwu rata ta' ritorn li tavviċina r-rati ta' l-imgħax ta' strumenti fis-suq tal-flus |

11. Sigurtajiet ta' dejn maħruġa | Sigurtajiet oħra għajr ekwitajiet maħruġa minn aġenti ta' rappurtaġġ, li huma strumenti normalment negozjabbli u negozjati fis-swieq sekondarju jew jistgħu jiġu ikkumpensati (offsett) fis-suq u li ma jagħtux lill-possessur xi drittijiet ta' pussess fuq l-istituzzjoni tal-ħruġ. Dan l-oġġett jinkludi sigurtajiet li jagħtu lill-possessur id-dritt bla kundizzjoni għal qligħ stabbilit fissat jew b'kuntratt (contractually) fil-forma ta' pagamenti bil-kumpuni u/jew somma dikjarata fissa f'data speċifika (jew dati) jew li tibda minn data definita mal-waqt tal-ħruġ. Strumenti li mhumiex negozjabbli maħruġa minn aġenti ta' rappurtaġġ li sosegwentement isiru negozjabbli għandhom jiġu klassifikati mill-ġdid bħala sigurtajiet ta' debitu (ara wkoll kategorija 9) Debitu subordinat maħruġ mill-MFIs irid jiġi trattat bl-istess mod bħal debitu miġrur mill-MFIs għall-iskopijiet ta' statistiċi ta' flus u bankarji. Għalhekk, debitu subordinat maħruġ fil-forma ta' sigurtajiet irid jiġi klassifikat bħala sigurtajiet ta' debitu maħruġ, billi debitu subordinat maħruġ mill-MFIs fil-forma ta' depożiti jew self irid jiġi klassifikat bħala responsabbiltajiet ta' depożitu. Fejn id-debitu subordinat kollu maħruġ mill-MFIs irid jiġi identifikat bħala ammont waħdieni għal għanijiet statistiċi, din iċ-ċifra trid tiġi klassifikata taħt l-oġġett ta' sigurtajiet ta' debitu maħruġa, fuq il-bażi li debitu subordinat huwa mibni prinċipalment fil-forma ta' sigurtajiet aħjar milli bħala self. Debitu subordinat m' għandux jiġi klassifikat skond l-oġġett ta' responsabilità kapital u riservi |

11a. Sigurtajiet ta' debitu ta' maturità oriġinali li twassal sa u tinkludi sena | Sigurtajiet ta' debitu negozjabbli maħruġa mill-MFIs (li jkollhom jew ma jkollhomx dokumenti bħala xhieda) ta' maturità oriġinali li twassal sa u tinkludi sena waħdaDebitu subordinat maħruġ mill-MFIs fil-forma ta' sigurtajiet ta' debitu ta' maturità oriġinali li twassal sa u tinkludi sena waħda |

11b. Sigurtajiet ta' debitu ta' maturità oriġinali ta' aktar minn sena u li twassal sa u tinkludi sentejn | Sigurtajiet ta' debitu negozjabbli maħruġa mill-MFIs (li jkollhom jew ma jkollhomx dokumenti bħala xhieda) ta' maturità oriġinali ta' aktar minn sena u li twassal sa u tinkludi sentejnDebitu subordinat maħruġ mill-MFIs fil-forma ta' sigurtajiet ta' debitu ta' maturità oriġinali ta' aktar minn sena u li twassal sa u tinkludi sentejn |

11ċ. Sigurtajiet ta' debitu ta' maturità oriġinali ta'aktar minn sentejn | Sigurtajiet ta' debitu negozjabbli maħruġa mill-MFIs (li jkollhom jew ma jkollhomx dokumenti bħala xhieda) ta' maturità oriġinali ta' aktar minn sentejnDebitu subordinat maħruġ mill-MFIs fil-forma ta' sigurtajiet ta' debitu ta' maturità oriġinali ta' aktar minn sentejn |

12. Kapital u riservi | Għall-iskopijiet ta' l-iskema ta' rappurtaġġ, din il-kategorija tikkomprendi l-ammonti li jinħolqu mill-ħruġ ta' kapital ta' ekwita minn aġenti ta' rappurtaġġ lill-azzjonisti jew proprjetarji oħra, li jirrappreżentaw għall-possessur drittijiet ta' propjeta fl-MFI u ġeneralment intitolament għal sehm fil-qligħ tiegħu u sehem fil-fondi tiegħu stess fil-każ ta' likwidazzjoni. Fondi li jinħolqu minn benefiċċji mhux distribwiti jew fondi imwarrba minn aġenti ta' rappurtaġġ f'antiċipazzjoni ta' pagamenti obbligazzjonijiet li x'aktarx isiru fil-futur u li huma nklużi wkoll. Dan jinkludi: kapital ta' l-ekwitàbenefiċċji jew fondi mhux distribbwitidispożizzjonijiet speċifiċi u ġenerali kontra self, sigurtajiet u tipi oħra ta' assi (jistgħu jiġu reġistrati skond ir-regoli tal-kontijiet) |

13. Bqija tar-responsabbiltajiet | L-oġġett tal-bqija tar-responsabbiltajiet huwa meqjus bħala l-oġġett residwali fuq in-naħa tar-responsabbiltajiet tal-karta ta' bilanċ, definit bħala responsabbiltajiet mhux inklużi x'imkien ieħor Dan l-oġġett jista' jinkludi: pożizzjonijiet finanzjarji derivattivi b'valuri tas-suq gross negattivi għall-iskopijiet statistiċi, strumenti derivattivi finazjarji li huma suġġetti għal reġistrazzjoni fuq karta ta' bilanċ huma nklużi hawnhekk ammonti gross pagabbli rigward oġġetti sospiżiOġġetti sospiżi huma bilanċi miżmuma fil-karta ta' bilanċ ta' l-MFI li mhumiex reġistrati fl-isem ta' konsumaturi imma li madanakollu għandhom x'jaqsmu mal-fondi tal-konsumatur (p.e. fondi li qed jistennew investiment, trasferiment jew settlement) ammonti gross pagabbli rigward oġġetti in transituOġġetti fi transitu jirrappreżentaw fondi (li normalment jappartjenu għal konsumaturi) li huma fil-proċess li jiġu trasmessi bejn MFIs.Oġġetti jinkludu trasferimenti ta' kreditu li ġew debitati minn kontijiet tal-konsumaturi u oġġetti oħra li għalihom il-pagament korrespondenti ma jkunx għadu sar mill-aġent ta' rappurtaġġimgħax miġbur pagabbli fuq depożitiimgħax miġbur fuq depożiti jirreferu għal imgħax li jkun pagabbli fid-data ta' rappurtaġġ fuq il-karta ta' bilanċ, imma li mhuwiex dovut li jiġi imħallas sa data futura (jiġifieri sa wara dik id-data ta' rappurtaġġ). Bi qbil mal-prinċipju ġenerali ta' akkumulazzjoni ta' imgħax fuq kontijiet (accruals accounting) imgħax imħallas fuq depożiti għandu jiġi suġġetti għal reġistrar fuq il-karta ta' bilanċ waqt li jakkumula (jiġifieri fuq bażi ta' akkumulazzjoni) aħjar milli meta fil-fatt jiġi mħallas (jiġifieri fuq bażi ta' flus kontanti). Imgħax miġbur fuq depożiti irid jiġi klassifikat fuq bażi gross taħt il-kategorija tal-bqija tar-responsabbiltajiet.imgħax miġbur irid jiġi eskluż mill-kategorija tad-depożitu li għandu x'jaqsam miegħu, li għandu jingħata valur bl-ammont nominali li jibqa' fid-data ta' rappurtaġġdividenti li jridu jiġu mħallsaammonti mħallsa mhux relatati man-negozju prinċipali ta' l-MFI (ammonti dovuti lil fornituri, taxxa, pagi, kontribuzzjonijiet soċjali eċċ.)dispożizzjonijiet li jirrappreżentaw responsabbiltajiet kontra partjiet terzi (pensjonijiet, dividendi eċċ.)pagamenti marġini magħmula skond kuntratti derivattivipagamenti marġinali (marġini) li jsiru skond kuntratti derivattivi għandhom normalment jiġu klassifikati bħala responsabbiltajiet ta' depożitu (ara kategorija 9)Il-kumplessitajiet ta' prattika korrenti tas-suq jistgħu jaħmluha diffiċli biex jiġu identifikati dawk il-marġini li verament jistgħu verament jitħallsu mill-ġdid, minħabba li tipi differenti ta' marġini jitqegħdu b'mod mhux distingwibbli fl-istess kont, jew dawk dawk il-marġini li jipprovdu lill-MFI b'risorsi għal on-lending. F'dawn il-każijiet, huwa aċċettabbli li dawn il-marġini jiġu klassifikati skond il-bqija tar-responsabbiltajiet jew bħala responsabbiltajiet ta' depożitu, skond prattika nazzjonalipożizzjonijiet nett li jinħolqu minn sigurtajiet ta' self mingħajr kollateral ta' flus kontantiammonti nett pagabbli rigward settlements fil-futur ta' transazzjonijiet f' sigurtajiet jew operati ta' skambju barraniIl-bqija tar-responsabbiltajiet jistgħu jeskludu kważi l-istrumenti finanzjarji kollha li jieħdu l-forma ta' responsabbiltajiet finanzjarji (inklużi fl-oġġetti l-oħra tal-karta ta' bilanċ); ċerti strumenti finanzjarji li ma jieħdux il-forma ta' responsabbiltajiet finanzjarji bħal ma huma garanziji, rbit, self amministrat u fuq bażi ta' fiduċja (reġistrati minn fuq karta tal-bilanċ), u responsabbiltajiet mhux finanzjarji bħal ma huma oġġetti ta' kapital fuq in-naħa tar-responsabbiltajiet (inklużi mal-kapital u riservi). |

[1] Inklużi d-dħul ta' flus li jinħoloq mill-bejgħ ta' bonds tal-banek lill-pubbliku

[2] L-Artiklu 1 tad-Direttiva 2000/12/KE tal-Parlament Ewropew u l-Kunsill ta' l-20 ta' Marzu 2000 li għandu x' jaqsam mad-dħul u l-issuktar tan-negozju ta' istituzzjonijiet ta' kreditu (ĠU L 126, tas-26.5.2000, p. 1), kif emendat bid-Direttiva 2000/28/KE (ĠU L 275, tas-27.10.2000, p. 37), u kif tista' tiġi emendata minn żmien għal żmien.

[3] Din u r-riferenzi ta' warajha huma setturi u sottosetturi fis-SEK 95.

[4] ĠU L 372, tal-31.12.1986, p. 1

[5] ĠU L 356, tat-30.12.1998, p. 1.

[6] ĠU L 229, tad-9.9.2000, p. 34.

[7] Istituzzjonijiet ta' kreditu jistgħu jirrappurtaw pożizzjonijiet vis-à-vis "IFM-ijiet oħra għajr istituzzjonijiet ta' kreditu bla ħsara għal riservi minimi, il-BĊE u l-BĊN-ijiet" aktar milli rigwardanti "IFM-ijiet" u "istituzzjonijiet ta' kreditu bla ħsara għal riservi minimi, il-BĊE u l-BĊN-ijiet", basta li ma jkun implikat l-ebda telf ta' dettall u l-ebda pożizzjonijiet stampati bl-oħxon ma jiġu affettwati.

[18] In the tables of Part 2 of this Annex, the ECB is to be classified as to MFIs resident of the country where the ECB is physically located.

[19] In other words, these tables are not lists of individual financial instruments.

--------------------------------------------------

L-ANNESS II

DISPOŻIZZJONIJIET SPEĊIFIĊI U TRANSIZZJONALI U DISPOŻIZZJONIJIET FUQ GĦAQDIET LI JINVOLVU ISTITUZZJONIJIET TA' KREDITU RIGWARD L-APPLIKAZZJONIJIET TAS-SISTEMA MINIMA TA' RISERVI

PARTI 1

Dispożizzjonijiet speċifiċi

I. Istituzzjonijiet ta' kreditu bħala korrispondenti sħaħ

1. Sabiex isir kalkolu korrett tal-bażi ta' riserva li għalih ikun applikat proporzjon pożittiv ta' riserva, huwa meħtieġ it-tqassim dettaljat ta' kull xahar tad-depożiti b'maturità miftiehma ta' aktar minn sentejn, tad-depożiti ta' aktar minn sentejn mifdija mat-talba u tar-responsabbiltajiet repo ta' istituzzjonijiet ta' kreditu rigward l-("Istati Membri parteċipanti domestiċi u oħrajn") "MFIs", "istituzzjonijiet ta' kreditu soġġetti għal riservi minimi, il-BĊE u l-BĊNi" u s-setturi ta' "gvern ċentrali", u rigward "il-bqija tad-dinja". Istituzzjonijiet ta' kreditu jistgħu jirrappurtaw pożizzjonijiet vis-à-vis "MFIs oħra għajr istituzzjonijiet ta' kreditu bla ħsara għal riservi minimi, il-BĊE u l-BĊNi" aktar milli rigwardanti "MFIs" u "istituzzjonijiet ta' kreditu bla ħsara għal riservi minimi, il-BĊE u l-BĊNi", basta li ma jkun implikat l-ebda telf ta' dettall u l-ebda pożizzjonijiet stampati bl-oħxon ma jiġu affettwati. Barra minn dan, skond kif jiddependi mis-sistemi nazzjonali ta' ġbir u mingħajr preġudizzju għall-konformita sħiħa mad-definizzjonijiet u l-prinċipji ta' klassifika tal-karta tal-bilanċ ta' l-MFIs dikjarati f'dan ir-Regolament, l-istituzzjonijiet ta' kreditu soġġetti għall-ħtiġiet ta' riservi minimi jistgħu alternattivament jirrapputaw fatti magħrufa meħtieġa biex jikkalkolaw il-bażi tar-riserva, minbarra dawk fi strumenti negozjabbli, bi qbil ma' l-Anness 1, Tabella 1, nota f'qiegħ il-paġna 5, basta li ma tiġi affettwata l-ebda pożizzjoni stampata b'tipi ħoxnin.

II. Skema ta' rappurtaġġ għall-instituzzjonijiet ta' kreditu fid-"denb"

2. Għall-iskopijiet tas-sistema minima ta' riservi tas-SEBC, istituzzjonijiet żgħar ta' kreditu fir-rapport "denb", bħala minimu, fatti magħrufa ta' kull kwart tas-sema meħtieġa biex jiġi kkalkolat il-bażi ta' riserva bi qbil mat-tabella f'dan l-Anness. Istituzzjonijiet ta' kreditu fid-"denb" jiżguraw li r-rappurtaġġ skond din it-Tabella huwa konsistenti mad-definizzjonijiet u l-klassifika applikabbli fit-tabella 1. L-istituzzjonijiet fid-"denb" jirriservaw fatti magħrufa dwar il-bażi ta' riserva għal tliet perijodi ta' żmien (ta' kull xahar) tal-manutenzjoni tar-riservi huma bażati fuq il-fatti magħrufa fl-aħħar l-kwart tas-sena miġbura mill-BĊNi b'temma taż-żmien ta' 28 jum tax-xogħol wara t-tmiem tal-kwart li magħhom għandhom x'jaqsmu.

III. Rappurtaġġ fuq bażi konsolidat bħala grupp minn istituzzjonijiet ta' kreditu bla ħsara għas-sistema ta' riservi minimi tal-SEBĊ

3. Hekk kif jirċievu l-awtorizzazzjoni mill-BĊE, l-istituzzjonijiet ta' kreditu soġġetti għal riservi minimi jistgħu jidħlu għar-rappurtaġġ statistiku konsolidat għal grupp ta' istituzzjonijiet ta' kreditu bla ħsara għar-riservi minimi ġewwa territorju nazzjonali waħdieni, basta illi l-istituzzjonijiet interessati jkunu rinunzjaw għall-benefiċċju ta' xi rimunerazzjoni f'somma waħda mill-ħtieġa tar-riserva. Il-benefiċċju ta' rimunerazzjoni f'somma waħda jibqa', iżda, għall-grupp kollu bħala wieħed. L-istituzzjonijiet kollha interessati huma inklużi separatament fil-lista tal-BĊE ta' l-MFIs.

4. Jekk il-grupp kollu, bħala wieħed, ta' l-istituzzjonjiet ta' kreditu jagħmel parti minn dak li jissejjaħ id-"denb", jeħtieġlu biss li jikkonforma mar-rappurtaġġ simplifikat għal istituzzjonijiet fid-"denb". Inkella, l-iskema ta' rappurtaġġ għal korrespondenti sħaħ tapplika għall-grupp kollu bħala wieħed.

IV. Il-kolonna "li minnhom istituzzjonijiet ta' kreditu soġġetti għall-ħtiġiet ta' riserva, il-BĊE u l-BĊNi"

5. Il-kolonna "li minnhom istituzzjonijiet ta' kreditu soġġetti għall-ħtiġiet ta' riservi, il-BĊE u l-BĊNi" ma tinkludix ir-responsabbiltajiet ta' aġenti tar-rappurtaġġ fejn għandhom x'jaqsmu istituzzjonijiet imniżżla bħala eżenti mis-sistema ta' riservi minimi tal-SEBĊ, jiġifieri istituzzjonijiet li huma eżenti għal raġunijiet oħra għajr li huma soġġetti għal miżuri ta' rijorganizzazzjoni.

6. Il-lista ta' l-istituzzjonijiet eżenti fiha biss dawk l-istituzzjonmijiet li huma eżenti għal raġunijiet oħra għajr li huma soġġetti għal miżuri ta' rijorganizzazzjoni. L-istituzzjonijiet li huma temporanjament eżenti mill-ħtiġiet ta' riserva minima minħabba li huma soġġetti għal miżuri ta' rijorganizzazzjoni jiġu trattati bħala istituzzjonijiet soġġetti għall-ħtiġiet ta' riservi minimi u, għalhekk, ir-responsabbiltajiet li jirrigardaw lil dawn l-istituzjonijiet huma koperti fil-kolonna "li minnhom istituzzjonijiet ta' kreditu soġġetti għall-ħtiġiet ta' riserva minima, il-BĊE u l-NBC-jiet". Ir-responsabbiltajiet rigward istituzzjonijiet mhux attwalment meħtieġa li jżommu ħażniet ta' riserva mas-SEBĊ minħabba l-applikazzjoni tar-rimunerazzjoni f'somma waħda huma wkoll koperti b'din il-kolonna.

PARTI 2

Dispożizzjonijiet transitorji

7. Ir-rappurtaġġ ta' tagħrif dwar id-depożiti ta' aktar minn sentenjn mifdija mat-talba huwa volontarju sakemm joħroġ avviż ieħor. L-aġenti ta' rappurtaġġ għandhom l-għażla li jilħqu din il-ħtieġa permezz ta' rappurtaġġ volontarju, jiġifieri jitħallew li jirrapportaw jew ċifri veri (inklużi pożizzjonijiet nil) jew "tagħrif nieqes" (permezz tas-simbolu xieraq). Ġaladarba ssir il-għażla li jirrappurtaw iċ-ċifri veri, aġenti ta' rappurtaġġ ma jkunux aktar jistgħu jirrappurtaw "tagħrif nieqes".

PARTI 3

Għaqdiet li jinvolvu istituzzjonijiet ta' kreditu

8. Għall-għan ta' dan l-Anness, it-termini "għaqdiet", "istituzzjonijiet ta' għaqdiet", u "istituzzjoni t' akkwist" għandhom it-tifsira dikjarata fir-Regolament (KE) Nru 2818/98 tal-Bank Ċentrali Ewropew ta' l-1 ta' Diċembru 1998 dwar l-applikazzjoni ta' riservi minimi (BĊE/1998/15) [1], kif emendat mir-Regolament (KE) Nru 1921/2000 (BĊE/2000/8) [2].

9. Għall-perjodu ta' manutenzjoni li fih isseħħ għaqda, il-ħtiġiet ta' riserva ta' l-istituzzjoni ta' l-akkwist huma kalkolati u jridu jitwettqu kif dikjarat fl-Artiklu 13 tar-Regolament (KE) Nru 2818/98 (BĊE/1998/15).

10. Għal perjodi ta' manutenzjoni konsekuttivi, il-ħtieġa ta' riserva ta' l-istituzzjoni ta' l-akkwist hija kalkolata fuq il-bażi ta' bażi ta' riserva u ta' tagħrif statistiku rappurtat bi qbil mar-regoli dikjarati fl-Appendiċi ma' dan l-Anness, jekk ikun applikabbli. Mill-bqija, ikunu japplikaw ir-regoli normali għar-rappurtaġġ ta' tagħrif statistiku u l-kalkolu ta' ħtiġiet ta' riserva, kif dikjarati fl-Artiklu 3 tar-Regolament (KE) Nru 2818/98 (BĊE/1998/15).

11. Deroga temporanja mill-proċeduri normali ta' rappurtaġġ għall-istituzzjoni ta' l-akkwist

Mingħajr preġudizzju għall-obbligazzjonijiet dikjarati fil-paragrafi preċedenti, il-BĊN rilevanti jista' jawtorizza lill-istituzzjoni ta' akkwist biex iwettaq l-obbligazzjoni tiegħu li jirrapporta tagħrif statistiku permezz ta' proċeduri temporanji, per eżempju formoli separati għal kull wieħed mill-istituzzjonijiet li qed jingħaqdu matul diversi perjodi wara li tkun saret l-għaqda. Din id-deroga minn proċeduri normali ta' rappurtaġġ trid tiġi limitata skond il-ħin minimu possibbli u m'għandhiex teċċedi sitt xhur wara li tkun seħħet l-għaqda. Din id-deroga hija mingħajr preġudizzju għall-obbligazzjoni biex l-istituzzjoni ta' l-akkwist twettaq l-obbligazzjonijiet tagħha ta' rappurtaġġ bi qbil ma' dan ir-Regolament, u jekk ikun applikabbli, l-obbligazzjoni tagħha li tassumi l-obbligazzjonijiet ta' rappurtaġġ ta' istituzzjonijiet ta' għaqda bi qbil ma' dan l-Anness.

+++++ TIFF +++++

[1] ĠU L 356, tat-30.12.1998, p. 1.

[2] ĠU L 229, tad-9.9.2000, p. 34

--------------------------------------------------

L-ANNESS III

ĦTIĠIET STATISTIĊI TA' MFIS ŻGĦAR LI MHUMIEX ISTITUZZJONIJIET TA' KREDITU

F'dak li għandu xjaqsam ma' MFIs żgħar (MFIs) li ma humiex istituzzjonijiet ta' kreditu, il-banek ċentrali nazzjonali li jiddeċiedu li jserrħu lill-MFIs żgħar mill-ħtiġiet tar-rappurtaġġ għandhom jgħarrfu lill-istituzzjonijiet interessati dwar dan il-fatt, imma jissoktaw, bħala minimu, li jiġbru l-fatti magħrufa rigward il-karta totali tal-bilanċ għall inqas bi frekwenza annwali sabiex b'hekk ikun jista' jiġi monitorjat id-daqs tad-"denb" tar-rappurtaġġ.

--------------------------------------------------

L-ANNESS IV

LIVELLI MINIMI LI JRIDU JIĠU APPLIKATI MILL-POPOLAZZJONI ATTWALI TA' RAPPURTAĠĠ

Il-livelli minimi li ġejjin iridu jitwettqu mill-aġenti tar-rappurtaġġ sabiex jintlaħqu l-ħtiġiet statistiċi tar-rappurtaġġ tal-BĊE.

1. Livelli minimi għat-trasmissjoni

(a) Ir-rappurtaġġ lil-BĊN għandu jkun f'waqtu u fil-limiti tat-temmiet taż-żmien stabbiliti mill-BĊNi;

(b) ir-rapporti statistiċi jridu jieħdu l-forma u l-format mill-ħtiġiet tekniċi tar-rappurtaġġ dikjarat mill-BĊNi;

(ċ) il-persuna(i) tal-kuntatt fl-aġent ta' rappurtaġġ għandu jiġi identifikat; u

(d) iridu jiġu segwiti l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi għat-trasmissjoni tal-fatti magħrufa lill-BĊNi.

2. Livelli minimi għall-eżattezza

(e) It-tagħrif statistiku jrid ikun korrett:

- iridu jiġu mwettqa l-kostrizzjonijiet kollha lineari (p.e. il-karti tal-bilanċ iridu jibbilanċjaw, is-sotto-totali jridu jaqblu mat-totali); u

- il-fatti magħrufa jridu jkunu konsistenti bejn il-frekwenzi kollha;

(f) aġenziji tar-rappurtaġġ iridu jkunu kapaċi li jipprovdu tagħrif dwar l-iżviluppi insinwati fil-fatti magħrufa provvduti;

(g) it-tagħrif statistiku jrid ikun komplet; vojtijiet eżisteni jridu jiġu konoxxuti, spjegati lill-BĊNi u, fejn applikabbli, mimlija mill-aktar fis;

(h) it-tagħrif statistiku ma jridx ikun fih vojtijiet kontinwi u strutturali;

(i) l-aġenti tar-rappurtaġġ iridu jsegwu d-dimensjonijiet u d-deċimali stabbliti mill-BĊNi għat-trasmissjoni teknika tal-fatti magħrufa; u

(j) l-aġenti tar-rappurtaġġ iridu jsegwu l-politika ta' tneħħija tax-xtur ("rounding") stabbilita mill-BĊNi għat-trasmissjoni teknika tal-fatti magħrufa.

3. Livelli minimi għal konformita konċettwali

(k) It-tagħrif statistiku jrid jikkonforma mad-definizzjonijiet u l-klassifiċi li jinstabu f'dan ir-Regolament;

(l) fil-każ ta' devjazzjonijiet minn dawn id-definizzjonijiet u klassifiċi, fejn ikun applikabbli, l-aġenti tar-rappurtaġġ għandhom jimmonitorjaw fuq bażi regolari u jikkwantifikaw id-differenza bejn il-miżura wżata u l-miżura li tinsab f'dan ir-Regolament; u

(m) l-aġenti tar-rappurtaġġ iridu jkunu kapaċi jispjegaw qtugħ fil-fatti magħrufa provvduti paragunati maċ-ċifri tal-perijodi ta' żmien ta' qabel.

4. Livelli minimi għal reviżjonijiet

(n) Il-politika ta' reviżjonijiet u proċeduri stabbiliti mill-BĊE u l-BĊNi trid tiġi segwita. Reviżjonijiet li jiddevjaw mir-reviżjonijiet regolari għandhom jiġu akkompanjati b'noti ta' spjega.

--------------------------------------------------

L-ANNESS V

DISPOŻIZZJONIJIET TRANSIZZJONALI GĦALL-APPLIKAZZJONI TA' DAN IR-REGOLAMENT

1. L-ewwel rappurtaġġ skond dan ir-Regolament jibda b'fatti magħrufa ta' kull xahar għal Jannar 2003.

2. Għal perjodu transizzjonali ta' 12-il xahar, il-Ħtiġiet statistiċi ġodda ta' kull xahar dwar fatti magħrufa ta' l-istokk jistgħu jiġu rappurtati lill-BĊE b'dewmien ta' aktar minn xahar mill-għeluq tan-negozju fil-15-il jum tax-xogħol li jiġi wara l-aħħar tax-xahar li miegħu għandhom x'jaqsmu l-fatti magħrufa. Il-BĊNi jiddeċiedu meta jeħtieġu li jirċievu l-fatti magħrufa minn għand l-aġenti tar-rappurtaġġ sabiex jilħqu din it-temma taż-żmien.

3. Għal perjodu transizzjonali ta' 12-il xahar, il-ħtiġiet dwar telf imħassar/telf imniżżel ta' self u r-rivalwazzjonijiet fil-prezz dwar fatti magħrufa ta' sigurtajiet jistgħu jiġu rappurtati lill-BĊE b'dewmien ta' aktar minn xahar mill-għeluq tan-negozju fil-15-il jum tax-xogħol li jiġi wara l-aħħar tax-xahar li miegħu għandhom x'jaqsmu l-fatti magħrufa. Il-BĊNi jiddeċiedu meta jeħtieġu li jirċievu l-fatti magħrufa minn għand l-aġenti tar-rappurtaġġ sabiex jilħqu din it-temma taż-żmien.

4. Għat-tqassim ta' maturità ta' kull xahar ta' self/depożiti rigward il-bqija tad-dinja u t-tqassim addizzjonali ta' muniti ta' kull kwart tas-sena ta' dan is-self/depożiti, li l-oġġetti tagħhom huma meħtieġa għal statistiċi ta' bilanċ ta' pagamenti (b.t.p), kull Stat Membru ikun jista' jiddefinixxi orarju għall-użu ta' l-istatistiċi tal-karta ta' bilanċ ta' l-MFI għal skopijiet ta' b.t.p skond il-bżonnijiet speċifiċi tiegħu.

5. Karatteristika transizzjonali separata hija l-adozzjoni sosegwenti ta' l-ewro mill-Istati Membri l-oħra. L-MFIs jagħtu kont ta' dan billi jżommu l-kapaċita li joħorġu taqsimiet bil-pożizzjoni tal-pajjiżi bir-residenti ta' Stati Membri mhux parteċipanti. Fil-prinċipju, ikun ukoll meħtieġ li jsiru taqsimiet għal dawn il-bilanċi fuq il-bażi ta' munita b'munita, billi tiġi identifikata separatament il-munita domestika ta' l-Istati Membri parteċipanti, l-ewro u muniti oħra. Biex titnaqqas il-probabbilità ta' piż tqil ta' rappurtaġġ, il-fatti magħrufa kollha li jkunu b'lura li jkopru l-perijodu taż-żmien qabel ma tkun magħrufa l-bidla fil-kompożizzjoni ta' l-Istati Membri parteċipanti jistgħu jinkisbu b'xi ftit ta' l-ħsieb għall-flessibilta, bla ħsara għall-approvazzjoni ta' l-BĊE.

6. Bil-ħsieb tal-qlib fil-flus kontanti mwettaq fil-kuntest ta' l-adozzjoni ta' l-ewro minn Stat Membru, l-oġġetti fl-iskema ta' rappurtaġġ denominati fil-munita nazzjonali ta' l-Istati Membru parteċipanti huma nklużi fl-oġġetti denominati fil-"ewro" mid-data tad-dħul ta' dan l-Istat Membru fl-unjoni monetarja u qabel it-tlestija ta' qlib għall-ewro tal-munita konċernata.

--------------------------------------------------