Official Journal L 327 , 12/12/2001 P. 0003 - 0004
Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2415/2001 ta' l-10 ta' Diċembru 2001 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2666/2000 dwar għajnuna għall-Albanija, l-Bosnja u Herzegovina, Il-Kroazja, r-Repubblika Federali tal-Jugoslavja u l-ex Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja u r-Regolament (KE) Nru 2667/2000 dwar l-Aġenzija Ewropea għar-Rikostruzzjoni IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA, Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 308 tiegħu, Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni [1], Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Parlament Ewropew [2], Billi: (1) Il-Komunità Ewropea hija impenjata li tipprovdi għajnuna finanzjarja lill-ex Repubblika Jugoslavja tal-Maċedonja, inkluż fl-appoġġ u l-implimentazzjoni tal-Qafas tal-Ftehim tat-13 ta' Awissu 2001. (2) Is-sitwazzjoni fil-pajjiż teħtieġ it-twassil effiċjenti u mgħaġġel ta' għajununa tal-Komunità li huwa l-aħjar faċilitat permezz ta' l-implimentazzjoni lokali. (3) L-Aġenzija Ewropea għar-Rikostruzzjoni, hawnhekk iżjed ‘il quddiem imsejjħa "l-Aġenzija", imwaqqfa taħt ir-Regolament (KE) Nru 2667/2000 [3], għandha esperjenza wiesgħa u hija mqiegħeda sew biex twassal l-għajuna tal-Komunità. (4) Ir-Regolament (KE) Nru 2666/2000 [4] u r-Regolament (KE) Nru 2667/2000 għandu għalhekk jiġi emendat biex jestendi l-attivitajiet ta' l-Aġenzija għall-ex Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja. (5) L-implimentazzjoni ta' l-għajuna tal-Komunità fir-Repubblika Federali tal-Jugoslavja u l-ex Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja deċiża taħt strumenti oħra tista' tiġi delegata mill-Kummissjoni lill-Aġenzija. (6) It-Trattat ma jipprovdix, għall-addozzjoni ta' dan ir-Regolament, setgħat barra minn dawk taħt l-Artikolu 308, ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT: Artikolu 1 Ir-Regolament (KE) Nru 2666/2000 qiegħed b'dan jiġi emendat kif ġej: fl-Artikolu 4(1) u (2) "Repubblika Federali tal-Jugoslavja" għandha tiġi mibdula fir-"Repubblika Federali tal-Jugoslavja u l-ex Repubblika Federali tal-Jugoslavja". Artikolu 2 Ir-Regolament (KE) Nru 2667/2000 qiegħed b'dan jiġi emendat kif ġej: 1. L-Artikolu 1 huwa mibdul b'dan li ġej: "Artikolu 1 1. Il-Kummissjoni tista' tiddelega x-xogħlijiet li ġejjin lill-Aġenzija: (i) implimentazzjoni ta' għajnuna tal-Komunità provduta fl-Artikolu 1 tar-Regolament (KE) Nru 2666/2000 lir-Repubblika Federali tal-Jugoslavja u l-ex Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja; (ii) implimentazzjoni ta' għajnuna tal-Komunità deċiża mill-Kummissjoni fuq il-bażi ta' l-istrumenti oħra disponibbli għall-pajjiżi konċernati. F'dawn il-każi dan għandu jsir skond id-disposizzjonijiet relevanti tar-Regolamenti u l-Artikolu 2(1)(b) u (c), l-Artikolu 2(2), (3) u (4), l-Artikolu 4 u l-Artikolu 5(1)(a) sa (c) u (h) ta' dan ir-Regolament m'għandhomx japplikaw. 2. L-Aġenzija Ewropea għar-rikostruzzjoni, hawnhekk iżjed ‘il quddiem imsejħa "l-Aġenzija", għandha titwaqqaf għal dak il-għan bil-mira li timplimenta l-għajnuna tal-Komunità riferita fil-paragrafu 1." 2. l-Artikolu 2(1) u (2) "Repubblika Federali tal-Jugoslavja" għandha tiġi mibdula fir-"Repubblika Federali tal-Jugoslavja u l-ex Repubblika Federali tal-Maċedonja". 3. L-Artikolu 4(1) u (2) "Repubblika Federali tal-Jugoslavja" għandha tiġi mibdula fir-"Repubblika Federali tal-Jugoslavja u l-ex Repubblika Federali tal-Maċedonja". 4. Fl-ewwel subparagrafu ta' l-Artikolu 7(1) u (2) "Repubblika Federali tal-Jugoslavja" għandha tiġi mibdula fir-"Repubblika Federali tal-Jugoslavja u l-ex Repubblika Federali tal-Maċedonja". 5. Fl-ewwel subparagrafu ta' l-Artikolu 7(3) "Repubblika Federali tal-Jugoslavja" għandha tiġi mibdula fir-"Repubbilka Federala tal-Jugoslavja u l-ex Repubblika Federali tal-Maċedonja". 6. F-Artikolu 15 "Repubblika Federali tal-Jugoslavja" għandha tiġi mibdula fir-"Repubblika Federali tal-Jugoslavja u l-ex Repubblika Federali tal-Maċedonja". Artikolu 3 Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej. Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha. Magħmul fi Brussel, fl-10 ta' Diċembru 2001. Għall-Kunsill Il-President L. Michel [1] ĠU C 332 E, 27.11.2001, p. 338. [2] Opinjoni mogħtija fid-29 ta' Novembru 2001 (għada mhux pubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali). [3] ĠU L 306, 7.12.2000, p. 7. [4] ĠU L 306, 7.12.2000, p. 1. --------------------------------------------------