32001R2396



Official Journal L 325 , 08/12/2001 P. 0011 - 0014


Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) nru 2396/2001

tas-7 ta’ Diċembru 2001

li jiffissa n-norma ta’ kummerċjaliżżazzjoni applikabbli għall-kurrat

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

wara li kkunsidrat ir-regolament (KE) nru 2200/96 tal-Kunsill tat-28 ta’ Ottubru 1996 li jwassal għal organizzazzjoni komuni ta’ swieq fis-settur tal-frott u l-legumi [1], mibdul fl-aħħar mir-regolament (KE) nru 911/2001 tal-Kummissjoni [2], u b’mod partikolari l-artiklu 2, paragrafu 2,

Billi:

(1) Skond l-anness I tar-regolament (KE) nru 2200/96, normi għall-kurrat ġew adottati mir-regolament (KEE) nru 1076/89 tal-Kummissjoni [3], mibdul mir-regolament (KE) Nru 888/97 [4].

(2) Għal raġunijiet ta’ trasparenza fuq is-suq dinji, jaqbel li tiġi kkunsidrata n-norma rakkomandata għall-kurrat mill-grupp tan-normaliżżazzjoni ta’ prodotti li jispiċċaw malajr u għall-iżvilupp tal-kwalità tal-Kummissjoni Ekonomika għall-Ewropa tan-Nazzjonijiet Uniti (KEE-ONU). Aktar minn hekk, jaqbel li tikber it-tolleranza għal kurrat ta’ kategorija I. Għalhekk hemm bżonn li jitneħħa r-regolament (KEE) nru 1076/89 u li jiġi mibdul ma’ regolament ġdid li jwaqqaf normi fejn tiġi kkunsidrata din l-informazzjoni.

(3) L-applikazzjoni ta’ dawn in-normi għandha jkollha bħala effett dak li telimina mis-suq prodotti ta’ kwalità mhix sodisfaċenti, li torjenta l-produzzjoni b’tali mod li tissodisfa l-esiġenzi tal-konsumaturi u li tiffaċilita r-relazzjonijiet kummerċjali fuq bażi ta’ konkorrenza leali, billi tgħin ukoll it-titjib tar-rendiment tal-produzzjoni.

(4) In-normi huma applikabbli fl-istadji kollha ta’ kummerċjaliżżazzjoni. It-trasport għal distanzi twal, il-ħażna ta’ ċertu tul ta’ żmien jew l-immaniġġjar differenti li jsir fuq il-prodotti jistgħu jġibu magħhom bidliet fil-prodotti dovuti għal evoluzzjoni bioloġika ta’ dawn l-istess prodotti jew għall-karatteristika ta’ ħażna tagħhom. Hemm lok li jiġu kkunsidrati dawn il-bidliet fit-twettiq tan-normi fl-istadju ta’ kummerċjaliżżazzjoni li jiġi wara l-istadju ta’ spedizzjoni.

(5) Il-miżuri previsti f’dan ir-regolament huma konformi ma’ l-opinjoni tal-Kumitat ta’ Ġestjoni tal-Frott u l-Legumi Friski,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

L-Artikolu 1

In-norma ta’ kummerċjaliżżazzjoni applikabbli għall-kurrat li għandha l-kodiċi NC 07039000 tidher fl-anness.

In-norma tiġi applikata fl-istadji kollha ta’ kummerċjaliżżazzjoni, fil-kundizzjonijiet previsti fir-regolament (KE) nru 2200/96.

Madankollu, fl-istadji li jiġu wara dak ta’ spedizzjoni, il-prodotti jistgħu juru, skond il-preskrizzjonijiet tan-norma, nuqqas żgħir ta’ stat ta’ freskezza u ta’ nefħa, u bdil żgħir dovut għall-evoluzzjoni tagħhom u għall-karatteristika ta’ ħażna tagħhom.

L-Artikolu 2

Ir-regolament (KEE) nru 1076/89 hu mħassar.

L-Artikolu 3

Dan ir-regolament jidħol fis-seħħ is-seba’ jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Ikun applikabbli mill-ewwel ta’ Marzu 2002 ‘il quddiem.

Dan ir-regolament ikun jorbot fl-intier tiegħu u jkun direttament applikabbli fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussel, fis-7 ta’ Diċembru 2001.

Mill-Kummissjoni

Franz Fischler

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 297 ta’ tal-21.11.1996, p. 1.

[2] ĠU L 129 ta’ tal-11.5.2001, p. 3.

[3] ĠU L 114 ta’ tas-27.4.1989, p. 14.

[4] ĠU L 126 ta’ tas-17.5.1997, p. 11.

--------------------------------------------------

L-ANNESS

NORMA GĦALL-KURRAT

I. DEFINIZZJONI TAL-PRODOTT

Din in-norma tinvolvi l-kurrat tal-varjetajiet (koltivabbli) mkabbra mill-Allium porrum L., destinati sabiex jaslu fi stat frisk għand il-konsumatur, minbarra l-kurrat destinat għat-trasformazzjoni industrijali.

II. DISPOSIZZJONIJIET RIGWARD IL-KWALITà

In-norma għandha tagħti definizzjoni tal-kwalità li għandu jkun jinsab fih il-kurrat wara li jiġi trattat u ppakkjat.

A. Karatteristiċi minimi

Fil-kategoriji kollha, wara li wieħed iżomm f’moħħu d-dispożizzjonijiet partikolari previsti għal kull kategorija u għat-tolleranzi ammessi, il-kurrat għandu jkun:

- sħiħ (din id-dispożizzjoni ma tgħoddx madankollu għall-għeruq u għall-parti estrema tal-weraq li jista’ jinqata’),

- b’saħħtu; huma esklużi l-prodotti li jitħassru malajr jew li li jinbidlu b’tali mod li ma jibqgħux tajbin għall-ikel,

- naturali, prattikament eżenti minn materjal barrani viżibbli, l-għeruq jistgħu jkunu miksija kemm kemm b’ħamrija mwaħħla magħhom,

- ta’ preżenza friska, mingħajr weraq niexef jew maħruq,

- prattikament eżenti minn parassiti,

- prattikament eżenti minn attakki ta’ parassiti,

- mhux fi stat li jinbidel f’żerriegħa

- eżenti minn umidità esterjuri anormali, jiġifieri li jibqa’ niexef biżżejjed wara ħasil eventwali,

- eżenti minn riħa u/jew togħma stramba.

Jekk il-weraq ikunu maqtugħa, dan għandu jsir b’mod regolari u mhux bl-addoċċ.

L-iżvilupp u l-istat tal-kurrat għandhom ikunu tali li jippermettu:

- li jissaportu trasport u manutenzjoni u

- li jaslu f’kundizzjoni sodifsaċenti fil-post ta’ destinazzjoni.

B. Klassifikazzjoni

Il-kurrat hu kklassifikat skond żewġ kategoriji deskritti hawn taħt:

(i) Kategorija I

Il-kurrat klassifikat f’din il-kategorija għandu jkun ta’ kwalità tajba. Għandu jippreżenta l-karatteristiċi tal-varjetà jew tip kummerċjali.

Għandu jkun ta’ kulur abjad ħadrani fi tliet kwarti tat-tul totali jew in-nofs tal-parti mgħottija. Madankollu, għall-kurrat bikri [1], il-parti bajda ħadranija għandha tiksi mill-inqas kwarti mit-tul totali jew terz mill-parti mgħottija.

Madankollu jista’ jippreżenta xi difetti żgħar minn dawn li ġejjin, bil-kundizzjoni li dawn ma jaffettwawx l-aspett ġenerali tal-prodott, il-kwalità u l-konservazzjoni tiegħu u l-preżentazzjoni fl-ippakkjar:

- difetti żgħar superfiċjali,

- ħsara żgħira minn parassiti fuq il-weraq iżda imkien ieħor,

- traċċi żgħar ta’ ħamrija fil-kanal.

(ii) Kategorija II

Din il-kategorija tinkludi l-kurrat li ma jistax jiġi klassifikat fil-kategorija I iżda jikkorrispondi għall-karatteristiċi minimi definiti hawn taħt.

Għandu jkun ta’ kulur abjad ħadrani fuq mill-anqas kwart tat-tul totali jew terzi tal-parti mgħottija.

Il-kurrat jista’ jkollu d-difetti li ġejjin, bil-kundizzjoni li jżomm il-karatteristiċi essenzjali ta’ kwalità, konservazzjoni u preżentazzjoni:

- zokk artab ta’ fjura, bil-kundizzjoni li jkun jinsab fil-parti mgħottija,

- tebgħat żgħar, ħsara kkważata minn parassiti u traċċi ħfief ta’ sadid fuq il-weraq, imkien ieħor,

- difetti żgħar fil-kulur,

- traċċi ta’ ħamrija fil-kanal.

III. DIPOSIZZJONIJIET DWAR IL-QIES

Il-qies hu determinat mid-diametru mkejjel fir-right angles sa’ l-assi lonġitudinali fuq l-għonq.

Id-dijametru minimu hu ta’ 8 millimetri għall-kurrat bikri u ta’ 10 millimetri għall-kurrat l-ieħor.

Għall-Kategorija I, id-dijametru ta’ l-ikbar kurrat fl-istess qatta’ m’għandux ikun akbar mid-doppju tad-dijametru ta’ l-iżgħar kurrat.

IV. DISPOSIZZJONIJIET DWAR IT-TOLLERANZI

Tolleranzi ta’ kwalità u qies huma ammessi f’kull pakkett, jew f’kull qatta’ fil-każ fejn il-kurrat mhux ippreżentat f’pakkett, għall-prodotti li ma jkunux konformi ma’ l-esiġenzi tal-kategorija indikata.

A. Tolleranzi ta’ kwalità

(i) Kategorija I

Għall-kurrat bikri, għaxra fil-mija f’numru jew piż ta’ kurrat li jkollu zokk ta’ fjura tari fil-parti mgħottija jew għaxra fil-mija f’numru jew f’piż ta’ kurrat li ma jaqbilx mal-karatterstiċi tal-kategorija għal raġunijiet oħra, iżda jkun konformi ma’ dawk tal-kategorija II, jew, b’mod eċċezzjonali, jkun ammess fit-tolleranzi ta’ din il-kategorija.

Għall-kurrat l-ieħor, għaxra fil-mija f’numru jew piż ta’ kurrat li ma jaqbilx mal-karatteristiċi tal-kategorija, iżda jkun konformi ma’ dawk tal-kategorija II, jew, b’mod eċċezzjonali, jkun ammess fit-tolleranzi ta’ din il-kategorija.

(ii) Kategorija II

Għaxra fil-mija f’numru jew piż ta’ kurrat li ma jaqbilx mal-karatteristiċi tal-kategorija, l-anqas mal-karatteristiċi minimi, minbarra prodotti li jitħassru malajr, bi ħsarat notevoli jew b’kull bdil ieħor li jagħmilhom mhux adekwati għall-użu.

B. Tolleranzi ta’ qies.

Għall-kategoriji kollha: għaxra fil-mija f’numru jew piż ta’ kurrat li ma jaqbilx mad-diametru minimu previst, jew għall-kurrat tal-kategorija I, għall-uniformità.

V. DISPOSIZZJONIJIET DWAR IL-PREŻENTAZZJONI

A. Uniformità

Il-kontenut ta’ kull pakkett jew ta’ kull qatta’ fl-istess pakkett għandu jkun uniformi, li ma jinkludix ħlief kurrat ta’ l-istess oriġini, varjetà jew tip kummerċjali, kwalità u qies (dejjem jekk, rigward l-aħħar kriterju, l-uniformità tkun intalbet) u b’mod viżibbli ta’ l-istess żvilupp u kulur.

Il-parti tal-kontenut tal-pakkett jew qatta’ li tkun tidher għandha tkun rappreżentattiva tat-total.

B. Ippakkjar

Il-kurrat għandu jkun ppakkjat b’tali mod li tiġi assigurata protezzjoni adekwata għall-prodott.

Il-materjal li jintuża fuq in-naħa ta’ ġewwa tal-pakkett għandu jkun ġdid, tajjeb u ta’ għamla li ma jħalli l-ebda effett estern jew intern fuq il-prodott. L-użu ta’ materjal u b’mod partikolari ta’ karta jew ta’ timbri li jġorru l-indikazzjonijiet kummerċjali hu awtorizzat, dejjem jekk it-timbru jsir grazzi għal linka jew kolla mhux tossiċi.

Il-pakketti, jew il-qatgħat f’każ ta’ preżentazzjoni mhix ippakkjata, għandhom ikunu eżenti minn kull materja barranija

Ċ. Preżentazzjoni

Il-kurrat jista’ jkun preżentat:

- mqiegħed b’mod regolari fil-pakketti,

- f’qatgħat, f’pakketti jew le.

Il-qatgħat ta’ l-istess lott għandhom ikunu uniformi.

VI. DISPOSIZZJONIJIET DWAR IL-MARKI

Kull qatta’ mibgħutha u mhux ippakkjata, għandu jkollha, f’karattri fuq l-istess naħa f’każ ta’ preżentazzjoni f’pakkett, faċli biex jinqraw, ma jitħassrux u li jinqraw anke minn barra, l-indikazzjonijiet li ġejjin:

A. Indentifikazzjoni

Min jippakkja u/jew jibgħat: isem u indirizz u identifikazzjoni permezz ta’ simbolu maħruġ jew rikonoxxut minn servizz uffiċjali. Madankollu, jekk kodiċi (identifikazzjoni simbolika) hu wżat, in-nota "min jippakkja u/jew jibgħat" (jew abbrevjazzjoni ekwivalenti) għandha tkun imniżżla qrib il-kodiċi (identifikazzjoni simbolika).

B. Natura tal-prodott

- "Kurrat" jekk il-kontenut ma jidhirx minn barra.

- "Kurrat bikri", skond il-każ.

Ċ. Oriġini tal-prodott

- Pajjiż ta’ oriġini, u, eventwalment, zona ta’ produzzjoni jew l-isem nazzjonali, reġjonali jew lokali tagħha.

D. Karatteristiċi kummerċjali

- Kategorija

- Numru ta’ qatgħat (f’każ ta’ preżentazzjoni f’qatgħat jew f’pakketti)

E. Marka uffiċjali ta’ kontroll (mhix obbligatorja)

Għall-kurrat mibgħut bil-balk, mqiegħed direttament fuq mezz ta’ trasport, l-informazzjoni li tissemmha fil-punt VI għandha tidher fuq dokument li jmur flimkien mal-merkanzija jew fuq nota mqiegħda b’mod viżibbli fil-meżż tat-trasport.

[1] Kurrat maħsud direttament bejn l-aħħar tax-xitwa u l-bidu tas-sajf.

--------------------------------------------------