32001R2252



Official Journal L 304 , 21/11/2001 P. 0008 - 0009


Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2252/2001

ta' l-20 ta' Novembru 2001

li jemenda r-Regolament (KE) No 2222/2000 li tistabilixi regoli finanzjarji għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) No1268/1999 fuq għajnuna tal-Komunità għall-miżuri qabel l-aċċessjoni għall-iżvilupp agrikolu u rurali fil-pajjiżi li qed japplikaw ta' l-Ewropa taċ-ċentru u tal-lvant fil-perjodu ta' qabel l-aċċessjoni

(Test b'relevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunitajiet Ewropej,

Wara li kkunsidraw Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1268/1999 tal-21 ta' Ġunju 1999 dwar l-appoġġ Komunitarja għall-miżuri ta' qabel is-sħubija għall-biedja u l-iżvilupp rurali fil-pajjiżi applikanti ta' l-Ewropa ċentrali u tal-lvant fil-perjodu taż-żmien ta' qabel is-sħubija [1], u b'mod partikolari l-Artikolu 9(2) u l-Artikolu 12(2) ta' dan,

Billi:

(1) L-Artikolu 2(g) tar-Regolament tal-Kummissjoni (EC) No 2222/2000 [2] li tistabilixxi regoli finanzjarji għall-applikazzjoni ta' Regolament (KE) No 1268/1999 li tindika li l-emendi finanzjarji annwali miftehma, kif xieraq, disposizzjonijiet stabbiliti fil-ftehim finanzjarju multi annwali. Possibilità għall-ftehim finanzjarju annwali biex jemenda, kif suppost, disposizzjonijiet stabbiliti fi ftehim finanzjarju annwali ta' iehor li kien sar qabel, inter alia, il-perjodi ta'impenn għandu jkun previst.

(2) L-Artikolu 7(3) tar-Regolament (KE) No 2222/2000 jniżżel li l-kummissjoni għandha tapplika regola kontra l-impenn stabbilita fl-Artikolu 31(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) No 1260/1999 [3], kif emendat fir-Regolament (KE) 1447/2001 [4] kif stabbilita fid-disposizzjonijiet ġenerali fuq Fondi Strutturali. Hekk kif l-ebda deciżjoni tal-kummissjoni li tagħti ġestjoni lill-aġenziji lill-pajjiżi applikanti tista tigi meħuda fl-2000 huwa xieraq li tiġi estiża d-data tal-limitu għall twaqqif ta' impenn ta' l-impenn ta' l-2000.

(3) L-Artikolu 9(1) tar-Regolament (KE) No 2222/2000 jillimita l-eliġibilità ta' l-ispiża mħallsa mill-benefiċjarji mid-data tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni li tagħti ġestjoni finanzjarja fuq l-aġenzija mogħtija lill-pajjiż applikant. Biex ikun hemm introduzzjoni bla problemi għas-sistema li hemm provvediment għaliha fir-Regolament (KE) No 1268/1999 u biex jippermetti partijiet ikkonċernati li jibbenefikaw sew minnu, huwa xieraq li jeskludu min din id-disposizzjoni ta' spiża fuq il-prattiċità u studji relatati li jikkonċernaw proġetti magħżula u spiża miġjuba taħt assistenza teknika.

(4) L-Artikolu 11(3) tar-Regolament (KE) No 2222/2000 ma jimponi ebda hlas dovut fuq interessi li jaqalgħu fuq il-kont ewro Sapard, minbarra dawk ta' natura fiskali. Madankollu, biex jiġi żgurat l-użu sħih tal-fondi tal-komunità għal għanijiet Sapard, din l-eċċezzjoni għandha tkun eliminata.

(5) Il-miżuri provduti f'dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat ta' l-Agrikoltura Garantita u Fond ta' Gwida (EAGGF),

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-Regolament (KE) Nru 2222/2000 qiegħed jiġi emendat kif ġej:

1. L-Artikolu 2(g) is mibdul b'dan li ġej:

"(g) "ftehim finanzjarju annwali" jfisser il-ftehim li jistabilixxi allokazzjoni finanzjarja għas-sena ikkonċernata fuq bażi ta' appropriazzjonijiet li daħlu fl-estimi tal-Komunità u jissuplimenta u jemenda, kif xieraq, disposizzjonijiet stabbiliti jew bi ftehim finanzjarju multiannwali jew fi ftehim finanzjarju annwali ta' qabel."

2. Is-subparagrafu li ġej jiġi miżjud ma' l-Artikolu 7(3):

"Permess ta' deroga mill-ewwel subparagrafu, il-Kummissjoni awtomatikament twaqqaf liema parti mill-impenn li jikkorispondi mas-sena 2000 li ma kienux mhallsa b'pagamenti fuq kont jew għal-liema ma kienx irċevut applikazzjoni ta' pagament aċċettabbli sal-31 ta' Diċembru 2003 l-aktar tard."

3. L-Artikolu 9(1), t-tieni indent, huwa mibdul b' dan li ġej:

"- ikun ibbażat fuq dikjarazzjonijiet ta' spiża magħmula mil-benefiċjarju. Din id-dikjarazzjoni għandha tinkludi biss proġetti magħżula u spiża mħallsa mid-data tad-deċisjoni tal-Kummissjoni li hemm referenza għaliha fl-Artikolu 3(1), u studji relalatati li jikkonċernaw proġetti magħżula u għal assistenza teknika."

4. L-Artikolu 11(3) jiġi mibdul b'dan li ġej:

"3. Interessi li jkunu ġew min fuq kont euro Separd għandu jkun użat esklużivament għal dan il-programm. Interessi bħal dawn m'għandhomx ikunu suġġetti għal riduzzjoni minħabba xi spejjeż."

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara l-pubblikazzjoni fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussel, 20 Novembru 2001.

Ghall-Kummissjoni

Franz Fischler

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 161, 26.06.99, p. 87.

[2] ĠU L 253, 07.10.00, p. 5.

[3] ĠU L 161, 26.06.99, p. 1.

[4] ĠU L 198, 21.07.01, p. 1.

--------------------------------------------------