32001R2251



Official Journal L 304 , 21/11/2001 P. 0006 - 0007


Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2251/2001

ta' l-20 ta'Novembru 2001

li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2759/1999 li jippreskrivi regoli għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1268/1999 dwar l-appoġġ Komunitarju għall-miżuri ta' qabel is-sħubija għall-biedja u l-iżvilupp rurali fil-pajjiżi applikanti ta' l-Ewropa ċentrali u tal-lvant fil-perijodu taż-żmien ta' qabel is-sħubija

(Test b'relevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISJONI TA' KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi il-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1268/1999 tal-21 ta' Ġunju 1999 dwar l-appoġġ Komunitarja għall-miżuri ta' qabel is-sħubija għall-biedja u l-iżvilupp rurali fil-pajjiżi applikanti ta' l-Ewropa ċentrali u tal-lvant fil-perijodu taż-żmien ta' qabel is-sħubija [1], u b'mod partikolari l-Artikolu 12(1) tiegħu,

Billi:

(1) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2759/1999 [2], kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 2356/2000 [3], li jippreskrivi regoli dettaljati sabiex jiġi applikat ir-Regolament (KE) Nru 1268/1999, jiffissa l-għotja għal gruppi produtturi bħala persentaġġ tal-produzzjoni mibjugħa fis-suq. Huwa xieraq li dawn il-persentaġġi jkunu jistgħu jikkostitwixxu saqaf li fih l-ammont attwali jista' jiġi stabbili, sabiex tiżdied il-flessibilità fl-istabbilizzazzjoni ta' l-għajnuna mogħtija lil organizzazzjonijiet produtturi.

(2) L-Artikolu 8(2) tar-Regolament (KE) Nru 2759/1999 iddikjara d-data li fiha l-pjan ta' żvilupp rurali ġie sottomess lill-Kummissjoni bħala l-punt tal-bidu ta' eliġibilita ta' nefqa. Sabiex tiġi żgurata koerenza mal-ftehimijiet konklużi ma' pajjiżi applikanti, li jipprevedu li n-nefqa biss mħallsa mill-Aġenzija mid-data ta' meta l-Kummissjoni tikkonferixxi tmexxija finanzjarja fuq dik l-Aġenzija hija eliġibbli, din id-disposizzjoni għandha tiġi mibdula kif mistħoqq.

(3) Skond ir-regoli esterni ta' għajnuna fil-manwal ta' struzzjonijiet "Kuntratti għal xogħlijiet, provvisti u servizzi konklużi għall-għanijiet ta' koperazzjoni tal-Komunità ma' pajjiżi terzi" [4], appoġġ għal investiment jeħtieġ li s-servizzi, xogħlijiet, makkinarju u provvisti kollha joriġinaw fil-Komunità jew f'pajjiżi applikanti; jekk dan ikun meħtieġ, il-benefiċjarju għandu jkun jista' jistabbilixxi l-oriġini ta' inputs f'xogħlijiet jew kuntratti ta' servizz finanzjati skond l-istrument presenti, bl-użu ta' kull mezz aċċettat ta' xhieda.

(4) Il-miżuri provvduti f'dan ir-Regolament huma bi qbil ma' l-opinjoni tal-Kumitat ta' l-Istrutturi Agrikoli u l-Iżvilupp Rurali,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-Regolament (KE) Nru 2759/1999 huwa emendat kif ġej:

1. Fl-Artikolu 6(2), l-ewwel sentenza tiġi mibdula b'dan li ġej:

"4. L-għajnuna riferita fil-paragrafu 3 għandha tiġi stabbilita għal kull organizzazzjoni produttriċi fuq il-bażi tal-produzzjoni miftuħa fis-suq annwali tagħha u m'għandhiex taqbeż:"

2. Fl-Artikolu 8(2), l-ewwel paragrafu jiġi mibdul b'dan li ġej:

"2. Nefqa mħallsa mill-Aġenzji biss mid-data tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni li tikkonferixxi tmexxija finanzjarja fuq dik l-Aġenzija, jew id-data(i) speċifikata(i) fiha, għandha tkun eliġibbli għal appoġġ Komunitarju. Biex proġett ikun eliġibbli għal appoġġ Komunitarju s-servizzi, xogħlijiet, makkinarju u provvisti kollha għandhom joriġinaw fil-Komunità jew fil-pajjiżi applikanti; jekk dan ikun meħtieġ, il-benefiċjarju finali għandu jkun jista' jistabbilixxi l-oriġini ta' inputs f'xogħlijiet jew kuntratti ta' servizz, bl-użu ta' kull mezz aċċettat ta' xhieda."

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Dan ir-Regolament għandu jkun jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussel, fl-20 ta' Novembru 2001.

Għall-Kummissjoni

Franz Fischler

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 161, tas-26.6.1999, p. 87.

[2] ĠU L 331, tat-23.12.1999, p. 51.

[3] ĠU L 272, tal-25.10.2000, p. 13.

[4] SEC(1999) 1801/2.

--------------------------------------------------