32001R2244



Official Journal L 303 , 20/11/2001 P. 0016 - 0016


Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2244/2001

tad-19 ta’ Novembru 2001

li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1780/97 li jippreskrivi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 723/97 dwar l-implimentazzjoni tal-programmi ta’ azzjoni ta’ l-Istati Membri dwar il-kontroll ta’ l-infieq tat-Taqsima Garanziji tal-Fond Agrikolu Ewropew dwar Gwida u Garanzija - FAEGG

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 723/97 tat-22 ta’April 1997 dwar l-implimentazzjoni tal-programmi ta’ azzjoni ta’ l-Istati Membri dwar il-kontroll ta’ l-infieq tat-Taqsima Garanziji tal-FAEGG [1], kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 2136/2001 [2] u partikolarment l-Artikolu 6 tieghu,

Billi:

(1) Ir-Regolament (KE) Nru 2136/2001 itawwal b’sentejn il-perjodu ta’ ħames snin previst fir-Regolament (KE) Nru 723/97 għal parteċipazzjoni finanzjarja tal-Komunitá fil-programmi ta’ azzjoni ta’ l-Istati Membri.

(2) Bħala riżultat tad-data tad-dħul fis-seħħ tar-Regolament (KE) Nru 2136/2001 il-Kummissjoni ma setgħetx tiffissa l-ammont massimu tal-parteċipazzjoni finanzjarja tal-Komunitá għas-sena 2002 skomd ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1780/97 tal-15 ta’ Settembru 1997 li jipreskrivi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 723/97 dwar l-implimentazzjoni tal-programmi ta’ azzjoni ta’ l-Istati Membri dwar il-kontroll ta’ l-infieq tat-Taqsima Garanziji tal-FAEGG [3], kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 1890/98 [4]. Limitu ta’ żmien ġdid għad-deċiżjoni tal-Kummissjoni għandu għalhekk ikunu preskritt għal din is-sena u l-infieq eliġibbli għal ko-finanzjament tal-Komunitá għandu jkun determinat.

(3) Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma bi qbil ma’ l-opinjoni tal-Kumitat tal- Fond Agrikolu Ewropew dwar Gwida u Garanzija - FAEGG,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

L-Artikolu 1

Fl-Artikolu 2 tar-Regolament (KE) Nru 1780/97, jiżdied il-paragrafu li ġej:

"2a. B’deroga mill-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 2, il-Kummissjoni għandha tiffissa, fuq il-bażi ta’ l-informazzjoni provduta mill-Istati Membri, l-ammont massimu tal-parteċipazzjoni finanzjarja tal-Kommunità għas-sena 2002, espress f’euro, fi żmien tlett xhur wara l-għeluq taż-żmien għall-preżentazzjoni tal-programmi mill-Istati Membri.

L-infieq imħallas wara l-1 ta’ Jannar 2002 biss għandu jkun eliġibbli għal ko-finanzjament tal-Komunitá."

L-Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussel, fid-19 ta’ Novembru 2001.

Għall-Kummissjoni

Franz Fischler

Membru tal-Kummissjoni

[1] 1 ĠU L 108, tal-25.4.1997, p. 6.

[2] 2 ĠU L 288, ta’ l-1.11.2001, p. 1.

[3] 3 ĠU L 252, tas-16.9.1997, p. 20.

[4] 4 ĠU L 245, ta’ l-4.9.1998, p. 28.

--------------------------------------------------