32001R2163



Official Journal L 291 , 08/11/2001 P. 0013 - 0020


Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2163/2001

tas-7 ta' Novembru 2001

rigward l-arranġamenti tekniċi għat-trasmissjoni tad-data għal statistika dwar it-trasport tal-merkanzija bit-triq

(Test b'relevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1172/98 tal-25 ta' Mejju 1998 dwar prospetti ta' l-istatistika rigward it-trasport ta' merkanzija bit-triq [1], kif emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2691/1999 [2], u partikolarment l-Artikolu 5(2) u l-Artikolu 9 tiegħu,

Billi:

(1) Bi qbil ma' l-Artikolu 5(2) tar-Regolament (KE) Nru 1172/98, il-Kummissjoni għandha tiddetermina l-arranġamenti għat-trasmissjoni ta' data mill-Istati Membri.

(2) Huwa meħtieġ li jkun speċifikat il-format li bih id-data għandha tkun trasmessa lejn l-Eurostat f'dettal suffiċjenti sa biex jassigura li d-data tista' tkun ipproċessata b'mod imħaffef u b'mod effettiv biex jitnaqqsu l-ispejjeż.

(3) Dan ir-Regolament ma jibdilx l-istat tal-varjabbli li huma ddikjarati bħala mhux obbligatorji fir-Regolament (KE) Nru 1172/98.

(4) Il-miżuri li hemm provvediment dwarhom f'dan ir-Regolament huma fi qbil ma' l-opinjoni tal-Kumitat tal-Programm ta' l-Istatistika, stabbilit bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 89/382/KEE, Euratom [3],

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-format tekniku għat-trasmissjoni tad-data lejn il-Kummissjoni (Eurostat) huwa ddefinit fl-Anness ta' dan ir-Regolament.

L-Istati Membri għandhom jużaw dan il-format għad-data li tikkonċerna s-sena ta' referenza 2002 u s-snin sussegwenti.

Artikolu 2

L-Istati Membri għandhom jittrasmettu lejn il-Kummissjoni (Eurostat) id-data u l-metadata meħtieġa b'dan ir-Regolament fil-forma elettronika, b'konformità ma' standard ta' skambju propost mill-Kummissjoni (Eurostat).

Artikolu 3

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-20 jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussel, fis-7 ta' Novembru 2001.

Għall-Kummissjoni

Pedro Solbes Mira

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 163, 6.6.1998, p. 1.

[2] ĠU L 326, 18.12.1999, p. 39.

[3] ĠU L 181, 28.6.1989, p. 47.

--------------------------------------------------

ANNESS

IL-FORMAT TEKNIKU GĦAT-TRASMISSJONI TAD-DATA

1. L-ISTRUTTURA TAD-DATA

Ir-reġistrazzjoni individwali tad-data għal kull kwart ta' sena, li għandhom jintbagħtu lejn l-Eurostat, għandhom jikkonsistu fi tliet settijiet tad-data marbutin li jkopru:

A1 il-varjabbli rrelatati mal-vetturi

A2 il-varjabbli rrelatati mal-vjaġġ

A3 il-varjabbli rrelatati mal-merkanzija (fl-operazzjoni bażika tat-trasport).

Kull "reġistrazzjoni tal-vettura" A1 hija marbuta mar-"reġistrazzjoni tal-vjaġġ" 1-n (sett ta' data A2) li fihom id-data fuq il-vjaġġi li saru minn dik il-vettura f'dak il-perjodu ta' stħarriġ (normalment ġimgħa waħda). Kull reġistrazzjoni tal-vjaġġ għandu imbagħad ikun marbut ma' 0-m "reġistrazzjoni tal-merkanzija" (sett ta' data A3) li fihom id-data fuq l-operazzjonijiet bażiċi tat-trasport li jifformaw dak il-vjaġġ.

Il-Figura 1 turi l-istruttura tad-data.

Għandu jkun innotat li ma jistgħux ikun hemm reġistrazzjonijiet tal-merkanzija multipli għal kull reġistrazzjoni ta' vjaġġ.

+++++ TIFF +++++

Għal vjaġġi mgħobbija, jiddependi mill-metodu użat biex ikunu rreġistrati l-vjaġġi, u/jew fuq it-tip tal-vjaġġ, jista' jkun hemm reġistrazzjoni waħda biss tal-merkanzija kif marbuta ma' kull reġistrazzjoni ta' vjaġġ. Għal vjaġġi mingħajr tagħbija, għandu s-soltu ma jkun hemm l-ebda reġistrazzjoni tal-merkanzija marbuta (għalkemm l-eżistenza ta' reġistrazzjoni tal-merkanzija marbuta għal vjaġġi vojta huma permissibbli).

L-"Appendiċi metodoloġiku" fl-Anness A tar-Regolament (KE) Nru 1172/98 jipprovdi aktar informazzjoni.

2. LISTA TA' OQSMA

L-informazzjoni segwenti hija pprovduta għal kull qasam:

- in-numru tal-qasam: dan jiddentifika l-pożizzjoni tal-qasam fir-reġistrazzjoni,

- varjabbli: din hija r-referenza għall-varjabbli fir-Regolament (KE) Nru 1172/98, jew mezz ta' identifikazzjoni interna,

- deskrizzjoni: deskrizzjoni qasira tal-kontenut tal-qasam,

- l-ikkodifikar: il-varjabbli għandhom jingħataw kodiċi bi qbil ma' l-Annessi A sa G tar-Regolament (KE) Nru 1172/98. Ir-Regoli tal-kodiċi addizzjonali huma annotati hawn. Aktar spjegazzjonijiet u rakkomandazzjonijiet fuq il-kodiċi jistgħu jkunu pprovduti mill-Eurostat fil-ktejjeb tar-referenza għall-implimentazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1172/98,

- it-tip tal-qasam: jindika jekk il-qasam ikun fih kwantità numerika jew sekwenza ta' test,

- ħlief għall-varjabbli A1.9, l-oqsam numeriċi kollha għandhom ikunu pprovduti bħala integri,

- il-varjabbli A1.9 għandhom ikun fihom virgola (",") bħala s-separatur deċimali,

- varjabbli mhux obbligatorja: bandiera għall-varjabbli li ma humiex obligatorji bi qbil ma' l-Anness A tar-Regolament (KE) Nru 1172/98,

- it-tul massimu: it-tul massimu tad-data mistennija għal dan il-qasam. Dettal li huma twal iżżejjed ma jistgħux jittellgħu,

- il-qasam primarju: it-taħlita tal-valuri fl-oqsma primarji għal sett tad-data għandhom jikkonsistu f'valur primarju uniku fi ħdan dak is-sett. Jekk il-valuri primarji duplikati jinstabu, it-telliegħ tas-sett tad-data u s-settijiet tad-data marbutin tiegħu jitwaħħlu, għax ir-reġistrazzjoni tal-vettura, tal-vjaġġ u tal-merkanzija ma jistgħux ikunu marbuta b'mod korrett.

Sett tad-Dettal A1: Varjabbli rrelatati mal-vettura

In-numru tal-qasam | Varjabbli | Deskrizzjoni | Kodiċi | It-tip tal-qasam | * = varjabbli mhux obbligatorju | It-tul massimum | il-qasam primarju | Kodiċi speċifiċi għal valuri neqsin |

1 | R għadd | Il-pajjiż li qed jirraporta | | Test | | 2 | * | |

2 | IDSetD | L-identifikazzjoni tas-sett tad-data | A1 | Test | | 2 | * | |

3 | Sena | Is-sena tas-sett tad-data | 4 ċifri | Test | | 4 | * | |

4 | Kwart | Il-kwart ta' sena tas-sett tad-data | K1, K2, K3 jew K4 | Test | | 2 | * | |

5 | Qwest N | L-identifikazzjoni tal-kwestjonarju | | Test | | 9 | * | |

6 | A1.1 | Il-possibbiltà ta' l-użu tal-vettura għal trasport magħqud | Biex ikun żviluppat | Test | * | 1 | | |

7 | A1.3 | L-età tal-vettura bil-mutur tat-triq (trakk jew trattur tat-triq) | Snin mill-ewwel reġistrazzjoni | Numerika | | 2 | | 99 |

8 | A1.6 | Ir-Reviżjoni NACE 1 tal-klassita' l-attvità ta' l-operatur tal-vettura | NACE livell ta' 4 ċifri | Test | * | 5 | | |

9 | A1.8.1 | Kilometri totali tal-vettura waqt il-perjodu ta' l-istħarriġ — mgħobbi | km | Numerika | | 4 | | |

10 | A1.8.2 | Kilometri totali tal-vettura waqt il-perjodu ta' l-istħarriġ — vojta (inklużi vjaġġi tat-trattur mingħajr semi-trejler) | km | Numerika | * | 4 | | |

11 | A1.9 | Il-piż tal-vettura biex tintuża ħalli jinkibu riżultati sħaħ mid-data individwali, jekk il-kollezzjoni ta' data sseħħ minn kampjun | | Numerika | | 8 | | |

12 | Saff | L-identifikazzjoni tas-saff identifikatur għal-kampjun li fih tidher il-vettura | | Test | | 7 | | |

13 | rabta A2 | Nurmu ta' reġistrazzjoni marbutin A2 | Numerika | Numerika | | 5 | | |

Sett tad-data A2: Varjabbli rrelatati mal-vjaġġ

In-numru tal-qasam | Varjabbli | Deskrizzjoni | Kodiċi | It-tip tal-qasam | * = varjabbli mhux obbligatorju | It-tul Massimum | il-qasamprimarju | Kodiċi speċifiċi għal valuri neqsin |

1 | R Għadd | Il-pajjiż li qed jirrapporta | | Test | | 2 | * | |

2 | IDSetD | L-identifikazzjoni tas-sett tad-data | A2 | Test | | 2 | * | |

3 | Sena | Is-sena tas-sett tad-data | 4 ċifri | Test | | 4 | * | |

4 | Kwart | Il-kwart ta' sena tas-sett tad-data | K1, K2, K3 jew K4 | Test | | 2 | * | |

5 | NKwest | L-identifikazzjoni tal-kwestjonarju | | Test | | 9 | * | |

6 | NVjaġġ | L-identifikazzjoni tal-vjaġġ | | Test | | 5 | * | |

7 | A1.2 | Il-konfigurazzjoni tal-fus | L-Anness B tar-Regolament (KE) Nru 1172/98 | Test | * | 3 | | |

8 | A1.4 | Il-piż massimu mgħobbi permessibbli | 100kg | Numerika | | 4 | | |

9 | A1.5 | Il-kapaċità tat-tagħbija | 100kg | Numerika | | 4 | | |

10 | A1.7 | It-tip ta' trasport | L-Anness A tar-Regolament (KE) Nru 1172/98 | Test | | 1 | | 9 |

11 | A2.1 | It-tip tal-vjaġġ | L-Anness Ċ tar-Regolament (KE) Nru 1172/98 | Test | | 1 | | |

12 | A2.2 | Piż tal-merkanzija | Piż gross f'100kg | Numerika | | 4 | | |

13 | A2.3 | Il-post tat-tagħbija (tal-merkanzija għal vettura tal-mutur tat-triq għal vjaġġ mgħobbi) | | Test | | 5 | | XX |

14 | A2.4 | Il-post tal-ħatt (tal-merkanzija għal vettura bil-mutur tat-triq għal vjaġġ mgħobbi) | | Test | | 5 | | XX |

15 | A2.5 | Id-distanza vjaġġata: attwali bl-esklużjoni tad-distanza koperta mill-merkanzija tal-vettura bil-mutur tat-triq waqt li kienu ttrasportati b'mezz ta' trasport ieħor | km | Numerika | | 4 | | |

16 | A2.6 | Tunnellati × km effettwati waqt il-vjaġġ | tunnellata/km | Numerika | | 8 | | |

17 | A2.7 | Il-pajjiżi li għadda minnhom fit-transitu (mhux iktar minn 5) | | Test | | 10 | | |

18 | A2.8 | Il-post tat-tagħbija, jekk hemm, tal-vettura bil-mutur tat-triq tal-merkanzija fuq mezz ta' trasport ieħor | | Test | * | 5 | | XX |

19 | A2.9 | Il-post tal-ħatt, jekk hemm, tal-vettura bil-mutur tat-triq tal-merkanzija minn mezz ieħor tat-trasport | | Test | * | 5 | | XX |

20 | A2.10 | Grad tat-tagħbija tal- vettura (f'termini tal-volum massimu ta' l-ispazju użat waqt il-vjaġġ) | | Test | * | 1 | | 9 |

21 | A3 rabta | In-Numru tar-reġistrazzjoni A3 irreġistrati | | Numerika | | 8 | | |

Sett tad-data A3: Il-Varjabbli rrelatati mal-merkanzija (fl-operazzjoni bażika tat-trasport).

In-numru tal-qasam | Varjabbli | Deskrizzjoni | Kodiċi | It-tip tal-qasam | * = varjabblimhux obbligatorju | It-tul massimum | il-qasam primarju | Kodiċi speċifiċi għal valuri neqsin |

1 | R Għadd | Il-pajjiż li qed jirrapporta | | Test | | 2 | * | |

2 | IDSetD | L-identifikazzjoni tas-sett tad-data | A3 | Test | | 2 | * | |

3 | Sena | Is-sena tas-sett tad-data | 4 ċifri | Test | | 4 | * | |

4 | Kwart | Il-kwart ta' sena tas-sett tad-data | K1, K2, K3 jew K4 | Test | | 2 | * | |

5 | Quest N | L-identifikazzjoni tal-kwestjonarju | | Test | | 9 | * | |

6 | Vjaġġ N | L-identifikazzjoni tal-vjaġġ | | Test | | 4 | * | |

7 | Merkanzija N | L-identifikazzjoni ta' l-operazzjoni tal-merkanzija | | Test | | 6 | * | |

8 | A3.1 | It-tip tal-merkanzija, skond il-gruppi b'referenza għall-klassifikazzjoni xierqa | L-Anness D tar-Regolament (KE) Nru 1172/98 (NST/R) | Test | | 2 | | |

9 | A3.2 | Piż tal-merkanzija | Piż gross f'100kg | Numerika | | 4 | | |

10 | A3.3 | Il-klassifikazzjoni ta' merkanzija perikoluża | L-Anness E tar-Regolament (KE) Nru 1172/98 (il-kategoriji prinċipali tad-Direttiva 94/55/KE) | Test | | 3 | | |

11 | A3.4 | It-tip ta' tagħbija | L-Anness F tar-Regolament (KE) Nru 1172/98 (livell ta' ċifra-1 tar-Rakkomandazzjoni Nru 21 tal-Ġnus Maqgħuda) | Test | * | 1 | | |

12 | A3.5 | Il-post tat-tagħbija tal-merkanzija | | Test | | 5 | | XX |

13 | A3.6 | Il-post tal-ħatt tal-merkanzija | | Test | | 5 | | XX |

14 | A3.7 | Id-distanza vjaġġata, id-distanza attwali bl-esklużjoni tad-distanza koperta mal-vettura bil-mutur tal-merkanzija tat-triq waqt li kienu ttrasportati b'mezz ta' trasport ieħor | km | Numerika | | 4 | | |

3. IL-VALURI NEQSIN

B'mankaza, il-valuri neqsin fir-reġistrazzjoni tad-data għandhom ikunu kkodifikati bħala qasam vojt (l-ebda data bejn żewġ separaturi ta' l-oqsma). Għal ċerti oqsma, il-Eurostat tista' tirrakkomanda l-użu ta' kodiċi speċifiċi għall-valuri neqsin jew valuri speċjali oħrajn (ara l-kolonna "kodiċi speċifiċi għal valuri neqsin").

Informazzjoni addizzjonali hija pprovduta fil-ktejjeb tar-referenza għall-implimentazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1172/98 dwar l-istatistiċi fuq it-trasport tal-merkanzija fit-triq.

4. BIDLA FIL-KONFIGURAZZJONI JEW FIT-TIP TAT-TRASPORT

L-Anness A tar-Regolament (KE) Nru 1172/98 innota li waqt il-perjodu ta' stħarriġ vettura tista' tkun soġġetta għal bidla fil-konfigurazzjoni (addizzjoni ta' trejler li jagħti lok għal bidla fil-konfigurazzjoni tal-fus u l-kapaċità tat-tagħbija) jew it-tip tat-trasport jista' jvarja bejn il-vjaġġi. Dawn il-bidliet għandhom ikunu irreġistrati, għalkemm dan mhuwiex obbligatorju.

Sa biex ikun permissibbli t-trasmissjoni ta' din id-data fi ħdan l-istrutturi normali tad-data deskritti hawn, il-varjabbli A1.2, A1.4, A1.5 u A1.7 għandhom ikunu trasmessi bħala parti tas-sett tad-data A2 (il-varjabbli rrelatati mal-vjaġġ)

5. IL-VALIDITÀ TAD-DETTAL MILL-EUROSTAT

Il-Eurostat għandha tapplika xi spezzjonijiet tal-validità dwar id-data trasmessa mill-Istati Membri, qabel mad-data tkun mtella' fid-database tal-produzzjoni. Meta jkun hemm numru sinifikanti ta' reġistrazzjonijiet li ma jgħaddux minn dawn l-ispezzjonijiet, il-Eurostat għandha tinnotifika lill-Istat Membru tar-reġistrazzjoni li qegħdin bl-iżbalji u tipprovdi l-indikazzjoni tar-raġunijiet għalfejn ma aċċettathomx. L-Istat Membru għandu jintalab biex jikkoreġi l-iżbalji nnotati u mbagħad tissottometti s-sett komplet tat-tliet settijiet tad-data għal dak il-kwart ta' sena mill-ġdid (mhux biss ir-reġistrazzjoni li kien fihom l-iżbalji). Din il-proċedura hija meħtieġa sa biex tkun iggarantita l-korrettezza tal-piż tal-fatturi u l-koerenza bejn ir-reġistrazzjoni tal-vettura, tal-vjaġġ u tal-merkanzija.

Meta n-numru tar-reġistrazzjoni li fihom żbalji jkun wieħed żgħira ħafna u l-effett mistenni fuq xi analażi tkun waħda insinifikanti, il-Eurostat għandha ttella' dawk ir-reġistrazzjonijiet li jgħaddu l-ispezzjonijiet tal-verifikazzjoni u tneħħi dawk ir-reġistrazzjonijiet li huma bl-iżbalji. F'każ bħal dan l-Istat Membru għandu jkun informat bir-reġistrazzjonijiet li ma jkunux għaddew mill-ispezzjonijiet u l-għaliex ikun sar dan. L-Istat Membru għandu jkun mistieden, jekk hekk ikun jixtieq, biex jikkoreġi l-iżbalji li nstabu u terġa' tissottometti s-sett komplet tat-tliet settijiet tad-data għal dak il-kwart ta' sena mill-ġdid (mhux biss ir-reġistrazzjoni li kien fihom l-iżbalji). Meta ssir s-sottomissjoni mill-ġdid, il-Eurostat għandha ittella' d-data riveduta iżda jekk ma ssir l-ebda sottomissjoni mill-ġdid, il-Eurostat għandha tuża d-data li diġà tkun aċċettat għall-preparazzjoni tat-tabelli aggregati.

6. L-GĦOTI TA' L-ISMIJIET TA' SETTIJIET TAD-DATA

L-ismijiet tas-settijiet tad-data għandhom ikunu, skond ir-rekwiżiti ta' l-iStadium, fil-forma "PPSSKnROADAx.ZZZ" meta:

PP | Il-pajjiż li qed jirrapporta |

SS | l-aħħar 2 ċifri tas-sena (per eżempju "01" għas-sena 2001) |

Kn | Kwart: n = 1 sa 4 |

ROADAx | Sett tad-data ta' l-identifikazzjoni: A1sett tad-data tal-vetturaA2sett tad-data tal-vjaġġA3sett tad-data tal-merkanzija |

.ZZZ | it-tip tas-sett tad-data: .datsettijiet tad-data individwali.zipsettijiet ta' data kkompressati fil-format ta' Pkzip jew WinZip |

Eżempji:

1. Is-sett tad-data"ES99K2ROADA1.zip" hija sett tad-data kompressa "zip" li jkun fih sett tad-data A1 għal Spanja, tas-sena 1999 u it-2 kwart tas-sena ("ES99K2ROADA1.dat").

2. Is-sett tad-data "UK99K3ROADA2.dat" huwa s-sett tad-data li jikkontjeni għar-Renju Unit, tas-sena 1999, tat-3 kwart tas-sena, is-sett tad-data A2.

L-isem tas-sett tad-data speċifikat hawn fuq għandu jidher fil-linja tas-suġġett tal-posta elettronika.

7. IL-MEDJA TAT-TRASMISSJONI

Is-sostenn tat-trasmissjoni preferit huwa Stadium, mibgħut lill-indirizz li għandu jkun innotifikat mill-Eurostat. Innota li l-posta elettronika hija soġġetta għal limiti ta' daqs massimu li jista' jeskludi l-użu tiegħu għal settijiet ta' data kbar.

8. IL-PERIJODU TRANSITORJU

Fil-perjodu transitorju, id-data tista' tintbagħat wkoll f'settijiet tad-data ASCII b'oqsma ta' tul varjabbli. Il-punt u virgola (";") tintuża bħala separattur ta' l-oqsma.

L-oqsma kollha għandhom ikunu preżenti anke jekk huma vojta (jiġifieri, żewġ separatturi ta' l-oqsma suċċessivi).

Spazji addizzjonali fl-oqsma tad-data għandhom ikunu injorati, sa kemm l-istruzzjonijiet speċifiċi għal qasam jipprojbixxu l-preżenza ta' spazji addizzjonali.

Apparti minn hekk waqt dan il-perjodu transitorju l-Eurostat għandha tagħti sostenn għar-riċeviment ta' data bil-posta fuq disketti jew disketti kompatti li jistgħu jkunu rekordjati (CD-R). Id-data m'għandhiex tkun aċċettata fuq tejpijiet magnetiċi jew fuq il-karta.

Meta d-data għandha tintbagħat bil-posta elettronika, ir-regoli segwenti għandhom japplikaw fil-perjodu transitorju:

- id-data għandha tintbagħat fil-forma ta' settijiet ta' data mhemuża,

- sett wieħed biss ta' data jista' jkunu mhemuż ma' kull messaġġ,

- l-isem tas-sett tad-data għandu jintuża bħala s-suġġett tal-messaġġ,

- il-kummenti fuq id-data (bħal noti metodoloġiċi, rimarki fuq il-kwalità tad-data eċċ.) jistgħu jiddaħħlu bħala test mingħajr tiżjin fil-qafas tal-messaġġ li magħha d-data huma mhemuża. It-test ifformattjat ma għandux jintuża,

- il-kummenti fuq data jistgħu jintbagħtu ukoll bħala messaġġ f'test mingħajr tiżjin (mingħajr sett tad-data mhemuża) bl-użu tal-qasam tas-suġġett: "PPSSKnROADAx.rem". Test formattjat ma għandux jintuża,

- korrezzjonijiet: biex ikun ikkorreġut fajl tad-data li ntbagħtet qabel lejn l-Eurostat, is-sett tad-data kkorreġuta għandha tintbagħat bl-istess isem tas-sett tad-data, flimkien ma' nota spjegatorja f'format ta' test bla tiżjin fil-qafas tal-posta elettronika.

--------------------------------------------------