32001R2105



Official Journal L 283 , 27/10/2001 P. 0011 - 0011


Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Numru 2105/2001

tas-26 ta’ Ottubru 2001

li jemenda r-Regolament (KE) Numru 1093/2001 dwar l-importazzjoni tal-qanneb

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Numru 1673/2000 tas-27 ta’ Lulju 2000 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq tal-kittien u l-qanneb mkabbra għal fibra [1], u partikolarment l-Artikoli 9 u 14 tiegħu,

Billi:

(1) Regoli ġodda dwar l-importazzjoni tal-qanneb huma stipulati fir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Numru 1093/2001 [2], li jemenda r-Regolament (KE) Numru 245/2001 [3] li jistab-bilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament (KE) Numru 1673/2000. l-Artikolu 2 tar-Regolament (KE) Numru 1093/2001 jistipula li dawk ir-regoli għandhom japplikaw mill-1 ta’ Novembru 2001.

(2) Il-ħolqien ta’ miżuri nazzjonali li jikkorrispondu mar-regoli l-ġodda dwar l-importazzjoni tal-qanneb teħtieġ tibdil nazzjonali leġislattivi, amministrattivi maġġuri u prattiċi. B’ konseg-wenza, xi Stati Membri ma jkunux jistgħu jiggarantixxu li r-regoli jiġu applikati fid-data mbassra, l-1 ta’ Novembru 2001. L-Istati Membri għandhom jingħataw iżjed żmien biex jassiguraw li r-regoli jidħlu fis-seħħ fl-istess żmien u b’ l-istess mod, u għalhekk id-data ġdida ta’ l-1 ta’ Mejju 2002 għandha tiġi ffissata għall-applikazzjoni tar-regoli l-ġodda. Bħala konsegwenza, il-miżuri ta’ kontroll fis-seħħ qabel id-data ta’ qabel għandhom ikomplu fl-applikazzjoni sat-30 ta’ April 2002.

(3) Il-miżuri maħsuba f’ dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat ta’ Ġestjoni għall-Fibri Naturali,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

L-Artikolu 1

F’ l-Artikolu 2 tar-Regolament (KE) Numru 1093/2001, id-data "1 ta’ Novembru 2001" hija sostitwita b’ "1 ta’ Mejju 2002" u d-data "31 ta’ Ottubru 2001" hija sostitwita b’ "30 ta’ April 2002".

L-Artikolu 2

Dan ir-Regolament ghandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum ta’ wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussel, fis-26 ta’ Ottubru 2001.

Għall-Kummissjoni

Franz Fischler

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 193, tad-29.7.2000, p. 16.

[2] ĠU L 150, tas-6.6.2001, p. 17.

[3] ĠU L 35, tas-6.2.2001, p. 18.

--------------------------------------------------