32001R1601



Official Journal L 211 , 04/08/2001 P. 0001 - 0019


Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1601/2001

it-2 ta'Awissu 2001

l-imposizzjoni ta' taxxa definitiva kontra d-dumping u l-ġbir definitiv tat-taxxa proviżorja kontra d-dumping imposta fuq l-importazzjoni ta'ċertu ħbula u kejbils tal-ħadid jew azzar ġejjin mir-Repubblika Ċeka, mir-Russja, mit-Tajlandja u mit-Turkija

Il-Kunsill ta' l-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropej,

Wara li kkunsidra Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 384/96 tat-22 ta' Diċembru 1995 dwar il-protezzjoni kontra importi li jifqgħu s-suq minn pajjiżi terzi li mhux Membri tal-Komunità Ewropea [1], u b'mod partikolari l-Artikolu 9 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta ta'Kummissjoni, wara konsultazzjoni mal-Kumitat Konsultattiv,

Billi:

A. PROĊEDURA

1. Miżuri proviżjorji

(1) Skond Regola (KE) Nru 230/2001 [2] ("Regola proviżorja"), il-Kummissjoni timponi taxxa proviżorja kontra d-dumping fuq l-importazzjoni ta'ċertu ħbula u kejbils tal-ħadid jew azzar (SWR) ġejjin mir-Repubblika Ċeka, mir-Russja, mit-Tajlandja u mit-Turkija u minn impriżi aċċettati offruti minn ċerti produtturi fir-Repubblika Ċeka u fit-Turkija.

(2) Ma kienux imposti miżuri proviżorji fuq importazzjonijiet mir-Repubblika tal-Koreja ("Koreja") u mill-Malasja minħabba fil-marġini de minimis rigward id-dumping.

2. Proċedura sussegwenti

(3) Wara l-ammissjoni tal-fatti u konsiderazzjonijiet essenzali li fuq il-bażi tagħhom ittieħdet id-deċiżjoni biex jiġu imposti miżuri proviżjonali kontra d-dumping, bosta partijiet interessati taw il-kummenti tagħhom bil-kitba. Il-partijiet li talbu biex jinstmaw, ġew mogħtija din l-opportunità.

(4) Il-Kummissjoni kompliet tfittex u tivverifika l-informazzjoni kollha meqjusa bħala neċessarja għall-istabbiliment ta'sejbiet definittivi.

(5) Il-partijiet kollha ġew informati bil-fatti u konsiderazzjonijiet essenzali li fuq il-bażi tagħhom kien hemm l-intenzjoni ta'rakkomandazzjoni:

(a) l-imposizzjoni ta'taxxa definittiva kontra d-dumping fuq l-importazzjoni ta'SWR ġejjin mir-Repubblika Ċeka, mir-Russja, mit-Tajlandja u mit-Turkija u l-ġbir definittiv ta'l-ammonti assigurati mit-taxxa proviżorja;

(b) it-tmiem tal-proċedura rigward l-importi ta'SWR ġejjin mill-Koreja u mill-Malasja mingħarj l-imposizzjoni ta'miżuri.

(6) Ġew mogħtija ukoll perjodu li matulu setgħu jagħmlu preżentazzjonijiet sussegwenti għal din l-ammissjoni.

(7) Il-kummenti orali u miktuba mogħtija mill-partijiet interessati ġew ikkunsidrati u, fejn kien xieraq, is-sejbiet definittivi ġew modifikati.

B. IL-PRODOTT IKKONĊERNAT U PRODOTT SIMILI

1. Il-prodott ikkonċernat

(8) Ir-Regola proviżorja iddeskriviet il-prodott ikkonċernat bħala ħbula u kejbils, inklużi l-ħbula kolja kaxxarizz, tal-metall jew azzar, iżda mhux ta'l-azzar abjad ma jsaddadx li jinħadem fis-sħun (stainless steel), b'dimenzjoni massima tal-kampjun rappreżentattiv ta'aktar minn 3 mm, bit-tagħmir mehmużin jew le (miqjusa mill-industrija bħala ħbula ta'l-azzar jew "SWR").

(9) Ċerti partijiet li għandhom interess irrepetew it-talba tagħhom li s-SWR għandhom ikunu diviżi f'żewġ gruppi: ftit minnhom għamlu distinzjoni bejn dawk magħrufa bħala SWR (GP) ta'skop ġenerali u dawk s-SWR (HP) ta'kapaċità għolja waqt li oħrajn għamlu distinzjoni bejn Ħbula Standard ta'Skop Ġenerali u Ħbula ta'Użu Speċjali. Ġie allegat li ma jistux jitqiesu bħala prodott wieħed jekk jitqiesu il-karratteristiċi fiżiki u tekniċi distinti, il-metodi ta'produzzjoni distinti, in-nuqqas ta'bdil ma xulxin li għandu skop, is-swieq immirati li huma differenti u n-nuqqas ta'kompetizzjoni siġnifikanti.

(10) Minn dan il-lat, għandu l-ewwel jitqies il-fatt li, għalkemm s-SWR huma magħmula f'varjazzjoni wiesgħa ta'tipi differenti b'ċertu diġriet ta'differenzi fiżiċi u tekniċi, kollha għandhom l-istess karatteristiċi fiżikali bażiċi (il-wajers ta'l-azzar li jiffurmaw il-kurduni, il-kurdun li huma mibrumin mal-qalba li tiforma il-ħabel, u il-qalba innifisha) u l-istess karatteristiċi tekniċi bażiċi (kollha għandhom numru ta'wajers f'kurdun, numru ta'kurduni f'ħabel, ċertu dijametru u ċerta kostruzzjoni). Waqt li l-prodotti li jinstabu fil-parti t'isfel u fil-parti ta'fuq tal-grupp ma jistgħux jiġu mibdula ma xulxin, dan hu possibli fil-każ ta'prodotti f'gruppi oħra. Kien għalhekk li intlaħqet il-konklużjoni li ċertu digriet ta'sporġiment u ta'kompetizzjoni jeżistu bejn s-SWR f'gruppi differenti Minn barra dan, prodotti fl-istess grupp jista jkollhom modi ta'applikazzjoni differenti.

(11) Fit-tieni lok, id-distinzjoni bejn SWR GP u HP hija bbażata fuq l-użu tas-SWR, jiġifieri SWR adattati għal użi differenti bħala kuntrast ma' SWR li jista jintuża biss għal applikazzjonijiet speċifiċi. Għandu jitqies il-fatt li l-partijiet interessati ma setgħux juru li kien hemm linja diviżorja ċara bejn dawn iż-żewg gruppi. Minn barra dan, meta issir din id-distinzjoni ma jitqiesx il-fatt li hemm gruppi kontigwi li fihom is-SWR ta'skop ġenerali jikkompetu direttament mas-SWR ta'skop speċifiku u għalhekk jistu jinbidlu ma xulxin.

(12) Fl-aħħar, id-distinzjoni bejn SWR standard u SWR speċjali tirreferi għall-fatt li huma manifatturati skond standard (ISO, DIN, eċċ.) jew li ma jsegwux l-istandard ("SWR specjali"; dawn is-SWR speċjali huma xi drabi modifikazzjoni ta'l-istandard), irrispettivament mill-użu speċifiku tas-SWR. Għandu jitqies il-fatt li l-karatteristċi fiżiki u tekniċi huma komuni għaż-żewġ tipi, kemm jekk huma SWR standard kif ukoll jekk huma SWR speċjali. Minnbarra dan, hemm grupp kontigwi li fihom SWR standard jikkompeti ma SWR speċjali peress li dawn jistu jintużaw għall-istess skop u għalhekk jistu jigu użati wieħed flok l-ieħor.

(13) Wara li jitqies t'hawn fuq, il-kisbiet proviżorji kif inhuma deskritti fi premessi 9 sa 13 tar-Regola proviżorja huma konfermati.

2. Prodott simili

(14) Fir-regola proviżorja ġie konkluż li s-SWR magħmula u mibjugħa mill-industrija tal-Komunità fis-suq tal-Komunità kienu simili għas-SWR esportati lill-Komunità mill-pajjiżi konċernati u dawk magħmula u mibjugħa fis-swieq domestiċi tal-pajjiżi konċernati. B'mod simili, s-SWR magħmula u mibjugħa fis-suq domestiku fil-Koreja kienu simili għas-SWR li ġejjin mr-Russja u esportati lejn il-Komunità.

(15) Ċerti partijiet interessati ilmentaw li s-SWR mibjugħa mill-industrija tal-Komunità fil-Komunità ma kienux l-istess bħal importati mill-pajjiżi konċernati. B'mod partikolari argumentaw li s-SWR impotati mill-pajjiżi konċernati kienu fil-biċċa l-kbira SWR GP waqtli dawk mibjugħa mill-industrija tal Komunità kienu fil-biċċa l-kbira SWR HP; u għalhekk il-proċedura għandha tintuża biss għas-SWR GP, jekk fil-fatt għandha tiġi użata. Kien hemm ukoll it-talba li s-SWR tal-proġetti jiġu esklużi mill-iskop tal-miżuri peress li l-industrija tal-Komunità hija virtwalment il-fornitriċi esklussiva fis-suq tal-Komunità.

(16) Għandu jitqies il-fatt li f'proċeduri kontra d-dumping il-prodott ikkonċernat u l-prodott simili tiegħu jiġu definiti billi ssir referenza għall-karatteristiċi bażiċi fiżikali, tekniċi u/jew kimiċi u l-użu bażiku. La darba l-prodott konċernat huwa definit, jiġifieri l-prodott magħmul fil pajjiżi kkonċernati u l-prodott magħmul u mibjugħ mill-industrija tal-Komunità, għandu jiġi eżaminat jekk il-prodott magħmul u mibjugħ f'suq domestiku fil-pajjiżi kkonċernati u l-prodott magħmul u mibjugħ mill-industrija tal-Komunità fil-Komunità huwiex simili għall-prodott konċernat. Minn dan il-lat, il-fatt li ċertu tip ta'prodott mhux magħmul fil-Komunità huwa irrelevanti.

(17) Rigward, b'mod partikolari, SWR użati għall-proġetti, li huma disinjati skond il-ħtiġijiet tal-konsumatur u li huma manifatturati wara l-konkluzjoni ta'kuntratti li ħafna drabi jiġu konklużi wara li tkun saret offerta, għandu jitqies il-fatt li dawn ukoll għandhom l-istess karatteristiċi fiżiċi u tekniċi bħal SWR oħra. F'kwalunkwe każ, anke jekk l-industrija tal-Komunità għandha vantaġġ ċar rigward prossimita, għandu jitqies il-fatt li l-manifatturi li jesportaw mhumiex impedixxiti milli jagħmlu offerti.

(18) Kien għalhekk konkluż li l-karatteristiċ bażiċi fiżiċi u tekniċi u l-użu bażiku tas-SWR importati mill-pajjiżi konċernati u dawk magħmula u mibjugħa mill-industrija tal-Komunità fil-Komunità huma simili.

(19) Wara li jitqies t'hawn fuq, is-sejbiet f'premessi 14 sa 16 tar-Regola proviżorja huma konfermati.

C. DUMPING

1. Metodoloġija ġenerali

(a) Valur normali

(20) Ċerti produtturi li jesportaw u li għandhom koperazzjoni bejniethom ikkontestaw il-metodoloġija użata biex jiġu stabbiliti l-ammonti ta'profitti miżjuda mal-ispejjeż tal-manifattura u ma'l-ispejjeż ġenerali u amminstrattivi tal-bejgħ ("Spejjeż SG&A") fil-każ li jkun hemm rikors għall-valuri normali. Għall-produtturi Russi u Tajlandiżi li jesportaw u li għandhom koperazzjoni bejniethom meta jiġu determinati l-profitti totali netti biss fuq il-bażi tal-bejgħ li sar bl-istess mod kif issoltu jsir il-kummerċ u mhux fuq il-valur tal-bejgħ totali tal-bejgħ domestiku kollu tal-prodott ikkonċernat, il-Kummissjoni tneffaħ b'mod mhux raġonevoli l-marġini ta'profit. Għall-produtturi Ċeki li jesportaw u li għandhom koperazzjoni bejniethom, il-Kummissjoni għandha teskludi l-bejgħ domestiku ta'tipi SWR li l-volum tagħhom preċentwal inqas minn 5 % tal-volum ta'l-istess tip esportat lejn il-Komunità. Peress li l-prezzijiet ta'dan it-tip ta'bejgħ mhux soltu jiġu kkunsidrati biex jiġi ddeterminat il-valur normali minħabba fin-nuqqas ta'rappreżentazzjoni, m'għandhomx jiġu meqjusa għad-determinazzjoni tal-marġini ta'profit.

(21) Skond ix-chapeau ta'L-Artikolu 2(6) ta'Regola (KE) Nr 384/96 (ir-"Regola Bażika"), l-ammont tal-profitti għandu tkun bbażat fuq d-data rigward il-produzzjoni u l-bejgħ li sar bl-istess mod kif issoltu jsir il-kummerċ, ta'prodott simili fis-suq domestiku tal-pajjiż li qed jesporta fejn din it-tip ta'data hija disponibbli. Konsegwentement m'hemx raġuni ala għandha tingħata marġini ta'profitti fil-każ ta'data li tinkludi l-bejgħ li m'għandux jiġi meqjus għax ma'jkunx sar bl-istess mod kif issoltu jsir il-kummerċ. B'konsegwenza ta'dan, la darba jiġi stabbilit li l-bejgħ domestiku ta'l-istess prodott huma skond l-Artikolu 2(2) tar-Regola bażika, huwa xieraq li jiġi kkunsidrat il-bejgħ kollu li seħħ li sar bl-istess mod kif issoltu jsir il-kummerċ. Barra dan, il-profit li jintuża għall-bini tal-valur normali huwa stabbilit fuq il-livell tal-kumpanija u ta'prodott simili. Il-bejgħ domestiku li sar bl-istess mod kif is-soltu jsir il-kummerċ ta'mudell speċifiku jista jgħati riżultati erratiċi meta dan il-bejgħ ikun sar f'kwantitajiet mhux rappreżentativi rigward il-volum esportat. Huwa għalhekk li l-prezzijiet ta'dan it-tip ta'bejgħ mhumiex meqjusa meta għandu jiġi stabbilit il-valur normali għal mudell esportat li huwa kumparabli. L-influenza ta'data li potenzalment mhix rappreżentattiva hija newtralizzata meta l-bejgħ ta'mudelli mibjugħa domestikament huma meħuda f'daqqa fil-livell tal-kumpanija, sakemm il-bejgħ domestiku totali li sar bl-istess mod kif issoltu jsir il-kummerċ huwa aktar minn 5 % ta'l-esporti lejn il-Komunità.

(22) Kif ukoll, il-produttur Tajlandiż li jesporta u li jikkopera ma dan, ukoll għamel domandi dwar kemm hu raġonevoli li l-marġini ta'profit tirriżulta mill-applikazzjoni tal-metodolġija imsemmija hawn fuq. Il-marġini ta'profit stabbilita ġiet minn applikazzjoni dritta ta'metodoloġija xierqa għad-data mogħtijja mill-produttur li jesportaw u li jikkopera.

(23) Dawn il-pretensjonijiet kienu għalhekk mwarrba.

(24) Meta jitqies dak li ntqal hawn fuq, is-sejbiet proviżorji kif inhuma deskritti fil-premessi 18 sa 25 u 68 sa 70 tar-Regola proviżorja huma ikkonfermati.

(b) Prezz ta'esportazzjoni u tqabbil

(25) Sakemm ma jkunx hemm xi informazzjoni ġdida dwar il-metodoloġija ġenerali għad-determinazzjoni tal-prezz ta'esport u paragun bejn il-valur normali u l-prezz ta'esportazzjoni, s-sejbiet proviżjorji kif inhuma deskritti fil-premessi 26 sa 28 tar-Regola proviżorja huma kkonfermati.

(ċ) Marġini ta'dumping għall-kumpanniji investigati

(26) Il-metodoloġija ġenerali għat-twaqqif tal-marġini tad-dumping għall-kumpanniji investigati kif inhu deskritt f'premess 29 tar-Regola proviżorja hija kkonfermata

(27) Fl-aħħar għandu jiġi meqjus il-fatt li fil-każ ta'produttur li jesporta aktar minn tip wieħed ta'prodotti lejn il-Komunità, il-marġini tad-dumping skond il-medja tal-piż kollu ġiet ikkalkutata bili ġie miżjud id-dumping misjub fil-każ ta'kull tip mingħajr ma jitqiesu d-differenzi negattivi bejn il-valur normali u l-prezz ta'esportazzjoni tat-tipi individwali.

(d) Marġini ta' dumping għall-pajjiżi li ma jikkoperawx

(28) Meta ma jkunx hemm informazzjoni ġdida dwar il-metodoloġija ġenerali għad-determinazzjoni tal-marġini residwali tad-dumping, is-sejbiet proviżorji kif inhuma deskritti fi premessi 30 sa to 34 tar-Regola proviżorja huma kkonfermati.

2. Ir-Repubblika Ċeka

(29) Meta ma jkunx hemm informazzjoni ġdida dwar in-nuqqas ta'koperazzjoni ta'produttur li jesporta fir-Repubblika Ċeka, is-sejbiet proviżorji kif inhuma deskritti f'premess 35 tar-Regola proviżorja huma kkonfermati.

(a) Valur normali

(30) Wara li ġew imposti l-miżuri proviżorji, ZDB a.s. ressqu spjegazzjoni addizjonali dwar l-allokazzjoni ta'spejjeż ta'l-SG& A. L-ispejjeż ta'l-SG& A ġew riveduti billi tnaqqsu l-oġġetti li kienu ippruvati bil-provi għas-sodisfazzjon tal-Kummissjoni li m'għandhomx x'jaqsmu mal-produzzjoni u bejgħ tal-prodott ikkonċernat.

(b) Prezz ta'esportazzjoni

(31) ZDB a.s. ikklejmjaw li esporti lejn il-Komunità via l-esportatur konness magħha m'għandhomx jitqiesu meta jkun qed jiġi stabbilit il-prezz ta'esportazzjoni. Dan kien ibbażat fuq il-pretensjoni li dan l-esportatur ma jesportax aktar SWR lejn il-Komunità peress li ZDB a.s. iżmuntat waħda mill-pjanti tagħha f'Settembru 2000 (wara t-tmiem ta'l-IP) li kienet tipproduċi ħafna mill-SWR mibjugħa mill-esportatur koness mal-Komunità waqt l-IP.

(32) Dan l-argument ma'setgħax jiġi aċċettat. Żviluppi li ġraw wara l-IP jistu jitqiesu eċċezzjonalment sakemmm l-imposizzjoni ta'taxxa ta'kontra d-dumping ibbażata fuq l-IP ma tkunx xierqa b'mod ċar. Tassew, dawn l-iżviluppi setgħu jiġu użati biss jekk l-effetti tagħhom huma diehra, ma jisgħux jiġu disputati, li jdumu, ma jistgħux jiġu manipulati u li ma ġewx minn azzjoni magħmula apposta minn partijiet interessati. Il-fatt sempliċi li waħda mill-pjanti ta'produzzjoni ingħalqet ma jwaqqafx lill-importatur konness milli jbigħ prodotti SWR magħmula f'pjanti oħra ta'ZDB a.s. Tassew, għandha titieħed nota tal-fatt li dan l-esportatur xi drabi biegħ SWR magħmula f'dik il-pjanta l-oħra waqt l-IP. Għalhekk ġie konkluż li l-kondizzjonijiet ma ġewx milħuqa biex jitqies it-twaqqif allegat f'esporti SWR mill-esportatur relatat għad-determinazzjoni tal-prezz ta'esportazzjoni ta' ZDB a.s.

(33) Skond dak li huwa msemmi hawn fuq, is-sejbiet proviżorji kif inhuma deskritti f'premess 38 tar-Regola proviżorja huma kkonfermati.

(ċ) Paragun

(34) ZDB a.s. ikkontestaw l-aġġustament ta'5 % għall-kummissjoni spekulattiva mnaqqsa mill-prezzijiet addebitat mill-esportatur lil klijenti indipendenti fil-Komunità peress li dan ma jitqiesx bħala pagament attwali ta'kummissjoni. Ikklejmjaw ukoll li l-esportatur kkonċernat kellu jiġi meqjus bħad-dipartiment ta'esport u bejgħ taż- ZDB a.s. Iż-żewġ kumpanniji huma konnessi u jiffurmaw entita ekonomika singola, t-tnaqqis ta'kummissjoni spekulattiva ma kientitx tkun xierqa.

(35) L-investigazzjoni stabbiliet li l-esportatur konness ma jieħux post id-dipartiment li jesporta taż-ZDB a.s. Tassew, id-dipartiment ta'esportazzjoni taż-ZDB a.s jieħu ħsieb ukoll l-esporti mingħajr l-involviment ta'l-esportatur konness ma dan. Paragun ġust fuq livell ex-ħidmiet jirrikjedi tnaqqis mill-prezzijiet addebitati mill-esportatur għall-klijenti indipendenti fil-Komunità skond kummissjoni spekulattiva li taqbel mar-rwol ta'kummerċ addizjonali ta'l-esportatur li jista jiġi kkunsidrat simili għar-rwol ta' kummerċjant li jaħdem fuq bażi ta'kummissjoni.

(36) ZDB a.s. iddikjaraw aġġustament ta'valuri normali kkostruwiti għall-prezzijiet ta'l-ippakkeġjar peress li dawn il-prezzijiet kienu nklużi fl-ispejjeż ta'l-SG& A u aġġustament għall-prezz ta'l-irkikel kien sar fuq il-prezz ta'esportazzjoni.. Il-Kummissjoni stabbiliet li d-differenzi allegati fil-prezzijjiet ta'l-ippakkeġjar inklużi fil-prezz ta'esportazzjoni u l-valur normali fuq livell ta'ex-ħidmiet ma kienux jeżistu. Tassew, l-ammonti mogħtija għat-trasport, assigurazzjoni u prezzijiet ta'pakkeġġjar fl-ispejjeż ta'SG& A ma nkludewx spejjeż għall-ippakkeġġjar peress li kienu ugwali għall-ammonti iddikjarati bħala aġġustament għat-trasport tal-merkanzija u assigurazzjoni biss fl-intern ta'pajjiż. Anke jekk jiġi assum li ZDB a.s. ma kienux analizzaw b'mod dettaljat il-prezzijiet tat-trasportar,ta'assigurazzjoni u ta'pakkeġġjar biex jiġu ddikjarati l-aġġustamenti skond valur normali, d-dikjarazzjoni ma'kienitx ġustifikata peress li aġġustament sar skond l-ammont moghti għat-trasport tal-merkanzija u assigurazzjoni fl-intern ta'pajjiż. Id-dikjarazzjoni ġiet għalhekk imwarrba.

(37) L-aġġustament għall-ispejjeż tat-trasport fuq operazzjoni waħda kien rivedut biex jintużaw il-valuri attwali peress li fl-istadju proviżorju kien, meta ma kienx hemm informazzjoni oħra, bbażat fuq estimazzjoni.

(38) Għalhekk, u minbarra fejn kien hemm korrezzjoni kif inhu deskritt hawn fuq, il-kisbiet kif inhuma deskritti fi premessi 39 uand 40 tar-regola proviżorja huma hawnhekk ikkonfermati.

(d) Marġni ta'dumping

(39) Skond l-Artikolu 2(11) tar-Regola bażika, il-valur normali tal-piż medju ta'kull tip tal-prodott ikkonċernat kien imqabbel ma'prezz ta'esportazzjoni tal-piż medju ta'kull tip korrispondenti.

(40) Wara li saret reviżjoni tal-kalkoli, l-marġni tad-dumping stabbiliti definitivament, espressi bħala perċentaġġ tal-prezz ta'importazzjoni mill-frutiera tal-Komunità fejn it-taxxa tad-dwana ma'tħallsitx, hija għal:

- ZDB a.s.: 30,7 %

(41) Meta ma jkunx hemm informazzjoni ġdida f'dan ir-rispett, il-metodoloġija mniżżla f'premessi 43 tar-Regola proviżorja li tiddetermina il-marġni tad-dumping residwu hija kkonfermata. Skond din il-bażi l-marġni tad-dumping residwu definittiva hija ta'47,1 %.

3. Ir-Repubblika tal-Koreja

(a) Il-valur normali

(42) Meta ma jkunx hemm informazzjoni ġdida dwar il-metodoloġija għad-determinazzjoni ta'valur normali, s-sejbiet proviżorji kif inhuma deskritti fil-premessi 45 sa 49 tar-Regola proviżorja huma kkonfermati.

(b) Prezz ta'esportazzjoni

(43) Meta ma jkunx hemm informazzjoni ġdida dwar il-metodoloġija għad-determinazzjoni tal-prezz ta'esportazzjoni, s-sejbiet proviżorji kif inhuma deskritti fi premessi 50 tar-regola proviżorja huma kkonfermati.

(ċ) Paragun

(44) Meta ma jkunx hemm informazzjoni ġdida dwar il-metodoloġija biex isir paragun, is-sejbiet proviżorji kif inhuma deskritti fil-premessi 51 sa 54 tar-Regola proviżorja huma kkonfermati.

(d) Marġni ta'dumping

(45) Skond l-Artikolu 2(11) tar-Regola bażika, il-valur normali tal-piż medju ta'kull tip tal-prodott ikkonċernat kien imqabbel mal-prezz ta'esportazzjoni tal-piż medju ta'kull tip korrispondenti.

(46) Wara li ssir reviżjoni tal-kalkoli, l-marġini tad-dumping stabiliti definittivament, espressi bħala percentaġġ tal-prezz ta'importazzjoni mill-frutiera tal-Komunità fejn it-taxxa tad-dwana ma'tħallsitx, huma għal:

- Kiswire Ltd: 0 %

- Chung Woo Rope Co.: 0 %

- DSR Wire Corp.: 0 %.

(47) Premess 57 tar-Regola proviżorja stabbilixxa li, meta mqabbla ta'data mogħtija minn Eurostat, it-tlett produtturi li jesportaw u li hemm koperazzjoni bejniethom dehru li jirrapreżentaw it-totalità ta'l-esporti Korejani lejn il-Komunità tal-prodott kkonċernat. Dak li għamel l-ilment ikklejmja li l-produtturi Korejani li ma kkoperawx fl-investigazzjoni kienu filfatt esportaw lejn il-Komunità matul l-IP u għalhekk iddikjaraw li għandha mnejn tiġi impost taxxa residwa. Il-Kummissjoni setgħet konsegwentement tikkonferma li ta'l-inqas produttur wieħed li ma kienx qed jikkopera kien esporta lejn il-Komunità matul l-IP.

(48) Anke jekk il-livell ta'koperazzjoni kien għoli, nstab li produttur wieħed kien naqas milli jikkopera deliberatament, u għalhekk il-marġni tad-dumping residwa ġiet ddeterminata skond il-livell ta'l-għola marġni tad-dumping li kienet stabilita għal operazzjonijiet rappreżentattivi minn produtturi li jesportaw u li jikkoperaw bejniethom.

(49) Fl-aħħar, kienet ukoll ikkalkulata mill-ġdid marġni ta'dumping ta'piż medju għall-Koreja. Għal dan il-għan, il-proporzjoni ta'esporti lejn il-Komunità minn esportaturi li ma jkunux ikkoperaw kellha tiġi kkalkulata skond l-Artikolu 18 tar-Regola bażika. Għal dan il-għan intużat data minn proċedura preċedenti fuq l-istess prodott. Il-marġni ta'dumping li tirriżulta għall-Koreja hija inqas minn 2 % li hija espressa bħala perċentaġġ tal-prezz ta'importazzjoni cif fil-fruntiera tal-Komunità ta'taxxa tad-dwana mhix imħallsa. 9(3) tar-Regola bażika l-investigazzjoni rigward ir-Repubblika tal-Koreja għandha tintemm.

4. Il-Malasja

(a) Valur normali

(50) Meta ma jkunx hemm informazzjoni ġdida dwar il-metodoloġija biex jkun iddeterminat il-valur normali, s-sejbiet proviżorji kif inhuma deskritti fi premessi 59 u 60 tar-Regola proviżorja huma kkonfermati.

(b) Prezz ta'esportazzjoni

(51) Meta ma jkunx hemm informazzjoni ġdida dwar il-metodoloġija biex jiġi determinat il-prezz ta'l-esportazzjoni, s-sejbiet proviżorji kif inhuma deskritti fil-premess 61 tar-Regola proviżorja huma kkonfermati.

(ċ) Paragun

(52) Meta ma jkunx hemm informazzjoni ġdida dwar il-metodoloġija biex isir paragun, is-sejbiet proviżorji kif inhuma deskritti fil-premessi 62 u 63 tar-Regola proviżorja huma konfermati.

(d) Marġni ta'dumping

(53) Skond l-Artikolu 2(11) tar-Regola bażika, l-valur normali tal-piż medju ta'kull tip tal-prodott ikkonċernat kien imqabbel mal-piż medju tal-prezz ta'importazzjoni ta'kull tip korrispondenti.

(54) Wara li ssir reviżjoni tal-kalkoli, l-marġni tad-dumping stabbilita definitivament, espressa bħalla perċentaġġ tal-prezz ta'importazzjoni cif fil-fruntiera tal-Komunità ta'taxxa mhix imħallsa, hija għal:

- Kiswire Sdn. Bhd.: 0 %.

(55) Dak li lmenta iddikjara li l-podutturi Malasjani li ma jikkoperawx ma'l-investigazzjoni għandhom mnejn jiġu esportati lejn il-Komunità waqt l-IP. Peress li ma ngħatax prova biex issaħħaħ din il-klejm, il-Kummissjoni ma setgħatx tikkonferma li l-esporti minn produtturi li ma kkoperawx lejn il-Komunità kienu saru waqt il-perjodu ta'investigazzjoni.

(56) Is-sejbiet proviżorji mniżżla fil-premess 66 tar-Regola proviżorja huma b'dal mod ikkonfermati. Għalhekk, skond l-Artikolu 9(3) tar-Regola bażika l-investigazzjoni rigward il-Malasja għandha tiġi mtemma.

5. Tajlandja

(a) Valur Normali

(57) Meta ma jkunx hemm informazzjoni ġdida dwar il-metodoloġija biex jkun iddeterminat il-valur normali, s-sejbiet proviżorji kif inhuma deskritti fi premessi 68 u 70 tar-Regola proviżorja huma konfermati.

(b) Prezz ta'Esportazzjoni

(58) Il-produttur li jesporta li kien qed jikkopera sostna li l-Kummissjoni missa użat id-data dwar il-marġini ta'profit li kienu miksuba mill-importaturi kkonċernati meta kienet qed tikkostruwixxi il-prezzijiet ta'esportazzjoni skond l-Artikolu 2(9) tar-Regola bażika. Stqarret li l-importaturi kkonċernati ġabu ruħhom bħal importaturi li mhumiex konnessi ma' dan il-ftehim fil-każ ta'importi ta'prodott simili li jkun ġej minn pajjiżi terzi, u li marġini ta'profit miksuba f'dak il-kummerċ għandhom jiġu użati.

(59) Madankollu, l-Artikolu 2(9) tar-Regola bażika jirrikjedi li l-marġni ta'profit użata għall-kostruzzjoni tal-prezz ta'esportazzjoni għandha tkun raġonevoli. Għandu jitqies il-fatt li wieħed mill-importaturi kkonċernati m'għandu l-ebda profit u li l-livell ta'profitti ta'l-importatur ikkonċernat l-ieħor jirrappreżenta biss 0,8 % fuq il-valur tal-bejgħ. Dawn il-livelli ta'profit ma setgħux jiġu meqjusa bħala raġonevoli, partikolarment meta mqabbla mal-marġini ta'profit miksuba minn importaturi li jkunu qed jikkoperaw li mhumiex konnessi f'proċedura preċedenti li tinkludi l-istess prodott.

(60) Barra dan, huwa dubjuż jekk il-marġni ta'profit ottenuta minn impurtatur kkonċernat fir-rwol allegat bħala mpurtatur li mhux ikkonċernat hijiex ta'min jafdaha peress li hemm ċans kbir li tiġi nfluwenzata minn bejgħ li jsir skond il-prezzijiet tat-trasferiment bejn il-partijiet ikkonċernati.

(61) Skond dak li huwa msemmi hawn fuq, is-sejbiet proviżorji kif inhuma deskritti f'premess 71 tar-Regola proviżorja huma kkonfermati.

(ċ) Paragun

(62) Il-produttur li jesporta li kien qed jikkopera sostna li l-metodoloġija użata mill-Kummissjoni biex jiġi aġġustat il-valur normali ta'tipi suġġeriti mill-produttur li jkun qed jesporta bħala dawk li jixbħu mill-viċin sabiex jittpoġġew fuq livell komparabbli mal-prezz ta'esportazzjoni mhuwiex ġust, peress li tinkludi, minbarra d-differenza fil-prezz ta'manifattura, ammont għal SG& A u għal profitti li m'għandhomx jiġu nklużi.

(63) Skond l-Artikolu 2(10)(a) tar-Regola bażika: l-ammont tal-aġġustament għal differenzi f”karatteristiċi fiżiċi taqbel ma'stima raġonevoli tal-valur tas-suq tad-differenza. Konsegwentement, l-istima raġonevoli ma tistax tkun limitata għad-differenzi fl-ispejjeż ta'manifattura, u għandha tinkludi ammont raġonevoli għall-ispejjeż ġenerali u amministrattivi ta'bejgħ kif ukoll għall-profitti.

(64) Skond dak li huwa msemmi hawn fuq, is-sejbiet proviżorji kif inhuma deskritti f'premessi 72 u 73 tar-Regola proviżorja huma kkonfermati.

(d) Marġni ta'dumping

(65) Skond l-Artikolu 2(11) tar-Regola bażika, l-valur normali tal-piż medju ta'kull tip tal-prodott ikkonċernat kien imqabbel mal-piż medju tal-prezz ta'esportazzjoni ta'kull tip korrispondenti.

(66) Wara li ssir reviżjoni tal-kalkoli, l-marġni tad-dumping stabbilita definitivament, espressa bħala perċentaġġ tal-prezz ta'importazzjoni cif fil-fruntiera tal-Komunità ta'taxxa mhix imħallsa, hija għal:

- Usha Siam Steel Public Company Limited: 28,9 %.

(67) Meta ma jkunx hemm informazzjoni ġdida dwar il-metodoloġija użata biex tiġi ddeterminata l-marġni residwa tad-dumping, is-sejbiet proviżorji kif inhuma deskritti fi premess 76 tar-Regola proviżorja huma konfermati u skond dan il-marġni residwa tad-dumping hija ta'42.8 %.

6. It-Turkija

(a) Valur normali u prezz ta'esportazzjoni

(68) Meta ma jkunx hemm informazzjoni ġdida dwar il-valur normali u prezz ta'esportazzjoni, s-sejbiet proviżorji kif inhuma deskritti fi premessi 78 sa 80 tar-Regola proviżorja huma konfermati.

(b) Paragun

(69) Ingħataw provi ġodda rigward l-aġġustament mal-valur normali ddikjarat minn wieħed mill-produtturi li jesportaw għal 3 % ta'taxxa mħallsa fuq l-importazzjoni ta'materjal mhux maħdum mixtri skond termini ta'pagamenti mdewma u li ma jinġabrux fil-każ ta'materjal mhux maħdum li jintuża fil-manifattura ta'SWR li eventwalment jiġi esportat. Kien ippruvat għas-sodisfazzjoni tal-Kummissjoni li t-taxxa ta'3 % miġjuba mill-materjal mhux maħdum inkorporat fis-SWR mibjugħa f'suq domestiku waqt li ma nġabritx fil-każ ta'materjal mhux maħdum inkorporat fis-SWR meta dan ġie esportat lejn il-Komunità. It-talba kienet konsegwentament aċċettata.

(70) Produttur li jesporta rtira t-talba tiegħu għal aġġustamenti lill-valur normali għal differenzi fil-livell ta'kummerċ fuq il-bażi li l-esporti kollha lejn il-Komunità kienu għal bejjiegħa bl-imnut waqt li l-bejgħ f'suq domestiku sar lil bejjiegħa bl-imnut u lil utenti ta'l-aħħar.

Ingħataw spjegazzjonijiet ġodda u xhieda ġdida li l-għan tagħhom kien li jistabbilixxu li dan l-produttur li jesporta kellu funzjonijiet differenti f'dawn iż-żewġ oqsma ta'distribuzzjoni. L-informazzjoni msemmijja qabel ġiet mogħtija f'stadju avvanzat ħafna ta'l-investigazzjoni u ma kienet ġiet msemmijja qatt qabel allavolja kienu ġew mistoqsija domandi wara li kien rivedut il-kwestjonarju kif ukoll minnufih, dwar id-differenzi fil-funzjonijiet differenti rigward utenti ta'l-aħħar domestiċi u bejjiegħa bl-imnut,. It-tweġiba għall-kwestjonarju, r-risposta għat-talba għal informazzjoni addizjonali u l-ispjegazzjonijiet mogħtija minnufih iġġustifikaw id-differenza fil-prezz esklussivament rigward il-fatt li l-bejjiegħa bl-imnut kellhom ibigħu l-prodott mill-ġdid u għalhekk ma kienux f'pożizjoni li jaċċettaw il-prezzijiet fuq il-livell ta'utent.

Minnbarra dan, il-Kummissjoni reġgħet rat jekk kienx hemm differenza konsistenti fil-prezzijiet billi qabblet il-prezzijiet mitluba lill-utenti ta'l-aħħar u lill-bejjiegħa għall-istess tip ta'SWR u fl-istess xhar peress li kien hemm inflazzjoni għolja fit-Turkija matul l-IP dan il-paragun wera varjazzjoni kbira ta'prezzijiet fl-istess kategorijja ta'klijenti domestiċi u ma stabbiliex li l-prezzijiet mitluba minn għand l-utenti ta'l-aħħar kienu aktar għoljin. F'dan iċ-ċirkostanti, t-talda hija rrifjutata u s-sejbiet proviżorji kif inhuma deskritti f'premess 83 tar-Regola proviżorja, huma konfermati.

(71) Għalhekk, u minnbarra meta huma ikkoreġuti kif inhu deskritt hawn fuq, is-sejbiet proviżorji kif inhuma deskritti f'premessi 81 u 83 sa 88 tar-Regola proviżorja, huma konfermati.

(ċ) Marġni ta'dumping

(72) Skond l-Artikolu 2(11) tar-Regola bażika, l-valur normali tal-piż medju ta'kull tip tal-prodott ikkonċernat kien imqabbel mal-piż medju tal-prezz ta'esportazzjoni ta'kull tip korrispondenti.

(73) Wara li ssir reviżjoni tal-kalkoli, l-marġini tad-dumping stabbiliti definitivament, espressi bħala perċentaġġ tal-prezz ta'importazzjoni cif fil-fruntiera tal-Komunità ta'taxxa mhix imħallsa, huma għal:

- Celik Halat ve Tel Sanayii A.S: 55,2 %

- Has Celik ve Halat San Tic A.S: 17,8 %.

(74) Meta ma jkunx hemm informazzjoni ġdida dwar il-metodoloġija mniżżla fi premess 91 tar-Regola proviżorja l-maġni residwa tad-dumping hija kkonfermata. Skond dan ġiet stabilita l-marġni residwa definitiva tad-dumping fl-istess livell bħall-marġni l-aktar għolja stabbilita għall-kumpanniji koperanti, i.e. 55,2 %.

7. Ir-Russja

(a) Aspetti ġenerali

(i) Analiżi ta'l-Istat ta'l-Ekonomija tas-Suq

(75) Meta ma jkunx hemm informazzjoni ġdida, s-sejba fl-investigazzjoni li produttur Russu wieħed li jesporta ġie meqjus bħala mhux koperajenti hija kkonfermata. Wara l-publikazzjoni tar-Regola proviżorja, l-produtturi li jesportaw li jikkoperaw ressqu l-kummenti tagħhom dwar l-iffissar ta' l-istat ta'l-ekonomija tas-suq (MES), fil-parti l-kbira jirrepetu kummenti li kienu saru qabel, wara l-ammissjoni tad-determinazzjoni proposta rigward it-talbiet ta'l-MES u taw risposta flimkien ma ammissjoni dwar is-sejbiet proviżorji. Għandu jitqies il-fatt li peress li JSC ChSPZ kien diġa kellhom iċ-ċans li jikkumentaw wara l-ammissjoni tad-determinazzjoni proposta mill-MES u peress li dawk il-kummenti ma qajjmux fatti ġodda jew konsiderazzjonijiet li jrendu s-sejbiet tal-Kummissjoni invalidi, dik d-diterminazzjoni tibqa fis-seħħ matul l-investigazzjoni skond l-Artikolu 2(7)(c) tar-Regola bażika. F'kwalunkwe każ, l-oġġezzjonijiet mqajma wara l-publikazzjoni tar-Regola proviżorja,l-anqas ma kienu jaffettwaw id-determinazzjoni tal-MES.

(76) Il-produttur li jesporta li jikkopera ikkontesta r-riġezzjoni ta'l-applikazzjoni tal-MES fuq tlett raġunijiet ewlenin. Il-kumpannija stqarret li: (i) n-nuqqas ta'rispett tal-limiltu ta'żmien mogħti ta'tlett xhur għad-determinazzjoni jfisser ksur ta'l-istennija legali tagħha, tad-drittijiet ta'difiża tagħha u tal-priċipju ta'amministrazzjoni tajba; (ii) t-talba għal risposta sħiħa għall-kwestjonarju tad-dumping (inkluża l-informazzjoni relevanti għad-determinazzjoni tal-valur normali) żiedet ix-xogħol għall-kumpanijja li ma kienx neċessarju; u (iii) d-determinazzjoni tal-MES kienet ibbażata fuq interpretazzjoni żbaljata ta'L-Artikolu 2(7)(c) tar-Regola bażika u fuq interpretazzjoni jew analiżi żbaljata tas-sitwazzjoni effettiva ta'l-applikant. Notevolment, fl-opinjoni tagħha l-ispejjeż identifikati bħala dawk li ma jirriflettux sostanzjalment il-valuri tas-suq ma kienux dħul maġġuri; kellha sett ċar tar-rekords tal-kontijiet bażiċi (jiġifieri s-sett magħmul skond il-liġi Russa); r-rekords tal-kontijiet ġew verifikati indipendentament skond standards internazzjonali ta'kontabilità u d-differenzi eżistenti bejn l-istandards internazzjonali ta'kontabilità u dawk Russi jistu jwasslu għal aġġustament jew rikonċiljazzjoni minflok twarrib tat-talba tal-MES; pagamenti li saru permezz tal-ħlas tad-djun matul l-IP kienu eċċezjonali, magħmula skond il-valuri tas-suq, rigward fatturi ta'ħlas żgħar li ma kellhomx x'jaqsmu mal-prodott kkonċernat u ma kkwalifikawx bħala kummerċ ta'tpartit jew kummerċ ta'kumpens.

(77) Għalkemm mhux diskuss il-fatt li l-Kummissjoni ma setgħetx tispiċċa d-determinazzjoni tagħha tal-MES fi żmien tlett xhur mill-bidu ta'l-investigazzjoni, s-sejbiet ġew żvelati lill-kumpanijja malli kienet f'pożizzjoni li tagħmeld an skond il-prinċipju ta'amministrazzjoni sana. Id-drittijiet ta'difiża tal-kumpanija u l-aspettattivi tagħha li tkun tista tikkumenta dwar kwalunkwe proposta ta' dan it-tip u tagħti informazzjoni relevanti għal din id-deteminazzjoni ma kienu bl-ebda mod preġudikati peress li l-kumpanija kienet mistiedna biex tipperżenta l-opinjonijiet tagħha u kwalunkwe argumenti kontra d-determinazzjoni proposta mill-MES u jingħata perjodu ta'żmien raġonevoli biex dan iseħħ. Kienet ukoll mistiedna biex tikkummenta dwar l-għażla tal-pajjiż analogu. Kif intqal hawn fuq, il-kummenti riċevuti bħala tweġiba għall-"isvelar" tad-determinazzjoni tal-MES ma qajjmux fatti jew konsiderazzjonijiet ġodda li setgħu jrendu s-sejbiet tal-Kummissjni mhux validi.

(78) Inturiet ix-xewqa li tiġI mitluba rispost tal-kwestjonarju komplet biex il-Kummissjoni tkun tista tipproċedi u tistabbilixxi l-valur normali skond l-informazzjoni mogħtijja mill-kumpannija fil-każ li l-MES kien iġġustifikat. Rigward l-impenn li għandu jittieħed biex tingħata risposta għall-kwestjonarju, ftit mill-informazzjoni rikjesta għat-tweġib tal-kwestjonarju missu kien inkluż fil-formula tal-klejm tal-MES. F'kwalunkwe każ, ittieħed kont dovut taċ-ċirkostanzi partikolari li għaddiet minnhom il-kumpannija, li ngħatat żewġ estonsjonijiet ta'ġimgħa ‘l waħda mat-terminu inizjali.

(79) Bil-maqlub għal dak li ntqal mill-kumpannija, l-verifikazzjonijiet u spjegazzjonijiet moghtijja minnufih mill-kumpannija urew li għal bosta dħul importanti l-prezz ma kienx jirrifletti sostanzjalment il-valuri fis-suq. Huwa importanti li jitqies il-fatt li l-kumpannija kellha aktar minn rendikont finanzjarju wieħed. Ressqet (i) rendikonti finanzjarji deskritti f'dollari amerikani magħmula skond l-istandards internazzjonali ta'kontabilità iżda li ma saritilhomx reviżjoni u (ii) rendikonti finanzjarji li saritilhom reviżjoni skond l-istandards Russi li huma differenti minn Standards Aċċettati ta'Kontijiet Internazzjonali. Għalkemm ġiet mistoqsija kemm il-darba, l-kumpannija ma tatx spjegazzjoni ta'kif jistu jiġu rrikonċiljati d-differenzi li nstabu bejn is-settijiet differenti ta'rendikonit finanzjarji, għalhekk ma setgħetx tagħti xiehda ta'sett wieħed ta'kontijiet. L-anqas ma ngħatat prova li kwalunkwe minn dawn il-kontijiet kienet saritlu reviżjoni indipendentament skond l-istandards internazzjonali ta'kontabilità. L-eżistenza ta'bosta operazzjonijiet "triangulari" kienet imsemmijja fir-rendikonti finanzjarji b'dollari amerikani tan-1998. Il-kumpanija ma setgħetx tagħti dawn r-rendikonti finanzjarji għall-1999 biex jiġI stabbilit jekk dik il-prattika kienitx waqqfet waqt l-IP, u l-Kummissjoni sabet, għal numru sostanzjali ta'operazzjonijiet (prezz għall-użu ta'l-art fl-1999, provvista ta'l-ilma ie spejjeż ġenerali li jikkonċernaw il-prodotti kollha) li l-pagamenti kienu saru parti minn kumpannija oħra jew intlaħaq ftehim reċiproku, prattika li l-kumpannija nnifisha ammettiet li kienet eżistenti.

(ii) Għażla ta'pajjiż analogu

(80) Wara l-publikazzjoni tar-Regola proviżorja, dak li kien għamel l-ilment ikkontesta l-għażla tal-Koreja bħala pajjiż analogu minflok ir-Repubblika Ċeka. Il-pajjiż ta'l-aħħar kien previst (flimkien mal-Brażil) bħala pajjiż analogu xieraq fin-notifika tal-bidu. Dak li lmenta qal li l-għażla tal-Koreja ffavorixxiet il-proutturi Russi li jesportaw kif jidher mid-differenza fil-marġini tad-dumping proviżorji bejn ir-Russja u r-Repubblika Ċeka. Il-fatt li l-katalogi tal-produtturi Ċeki u Russi jipproponu l-istess grad ta'SWR għal bejgħ domestiku u ta'esportazzjoni jwassal ukoll biex ir-raġunament imniżżel fi premess 99 tar-Regola proviżorja biex ma ntażlitx ir-Repubblika Ċeka jitqies bħala invalidu.

(81) Ir-raġunijiet għaliex il-Korea kienet prevista bħala pajjiż terz b'ekonomija tas-suq xierqa kienu żvelati lill-partijiet interessati kollha fil-ħin dovut matul l-investigazzjoni. Kienu milquwa biss il-kummenti tal-produtturi li jesportaw kkonċernati, li qablu mal-għażla. Peress li ma kienx hemm oġġezzjoni, l-Koreja kienet magħżula bħala pajjiż analogu xieraq. Ma dan kollu, l-fatt li l-katalogi tal-produtturi Ċeki u Russi kellhom l-istess tipi ta'SWR huwa rrelevanti f'dan il-każ peress li kien hemm biss sporġiment żgħir bejn it-tipi ta'SWR esportati lejn il-Komunità mill-produtturi li jespotaw Russi u t-tipi ta'SWR mibjugħa mill-produtturi koperajenti li jesportaw Ċeki fuq it-tipi tas-suq domestiku waqt l-IP. Ma kienx hemm argumenti oħra li setgħu jġibu fid-dubju l-fatt li l-Koreja hija xierqa bħala pajjiż analogu.

(82) Skond dawn iċ-ċirkostanzi, d-deċiżjoni biex tintuża l-Koreja bħala pajjiż analogu xieraq kienet ikkonfermata.

(iii) Trattament individwali

(83) Meta ma jkunx hemm informazzjoni ġdida dwar it-trattament individwali, s-sejbiet proviżorji kif inhuma deskritti fi premessi 101 sa 105 tar-Regola proviżorja huma konfermati.

(b) Valur Normali

(84) Il-produttur li jesporta koperajenti lmenta li l-użu ta'valuri normali ikkostruwiti neffaħ il-marġini ta'dumping tiegħu. Kien hemm suġġeriment li l-użu ta'prezzijiet ta'bejgħ domestiku jiġi estiż billi jiġu rilassati xi karatteristiċi użati biex issir definizzjoni ta'mudelli u tipi varji ta'SWR u, b'dan il-mod, jiżdied in-numru ta'tipi mibjugħa fis-suq Korejan li jistu jiġu mqabbla mat-tipi li kienet esportat lejn il-Komunità.

(85) L-Artikolu 2(7)(a) tar-Regola bażika jipprovdi li fil-każ ta'importi minn pajjiżi bħar-Russja, l-valuri normali għandhom ikunu stabbiliti skond il-prezz jew valur ikkostruwit fl'ekonomija tas-suq ta'pajjiż terz sakemm produttur li jesporta ma jissodisfax il-kriterji mniżżla f'sottoparagrafu (c) tad-disposizzjonijiet imsemmija qabel. Għalhekk ma kienx possibli li tiġi mħarsa din it-talba.

(86) Skond dak li ssemma hawn fuq, is-sejbiet proviżorji kif inhuma deskritti fil-premess 106 tar-Regola proviżorja huma kkonfermati.

(ċ) Prezz ta'esportazzjoni

(87) Meta ma jkunx hemm informazzjoni ġdida dwar il-prezz ta'esportazzjoni, s-sejbiet proviżorji kif inhuma deskritti fi premess 107 tar-Regola proviżorja huma konfermati.

(d) Paragun

(88) Il-produttur li jesporta li kien qed jikkopera kkontesta l-użu ta'prezzijiet tal-pajjiż analogu biex jiġu determinati r-ranġamenti għall-prezzijiet ta'esportazzjoni rigward il-prezzijiet ta'trasportazzjoni u dawk relatati (l-immaniġjar, it-tagħbija u spejjeż anċillari). Argumentaw fuq il-fatt li għandhom jintużaw l-ispejjeż tagħhom stess peress li huma mħallsa lil dawk li jippromovu u lil dawk li jagħtu l-assigurazzjoni li huma indipendenti u għalhekk jimxu mal-prezzijiet tas-suq. Dan it-tip ta'approċċ ikun ukoll konsistenti mal-approċċ tal-Kummissjoni fil-każ ta'ranġamenti rigward kummissjoni, imballaġġ u spejjeż ta'kreditu. Alternattivament, il-produttur li jesporta li kien qed jikkopera staqsa biex ikun hemm kontroll fuq l-ispejjeż tat-trasport, li tqiesu bħala mhux raġonevoli.

(89) It-talba biex isir ranġament fuq l-ispejjeż ta'trasport u dawk li ntnefqu mill-produttur li jesporta Russu ma setgħu jiġu aċċettati. Tassew, dan il-produttur ma rċeviex trattament tal-ekonomija tas-suq. Minn barra dan, ma ngħatatx xiehda li dawn l-ispejjeż irriflettaw is-sinjali tas-suq. Il-konċessjoni għall--ispejjeż tat-trasport kienet ibbażata fuq informazzjoni miġbura u verifikata fil-pajjiż analogu. Kif kien mitlub, ir-riżultat kien ikkontrollat u kkonfermat mill-ġdid.

(90) Wara it-talba msemmijja hawn fuq, u skond il-konklużjonijiet mogħtija fil-paragrafu preċedenti, il-Kummissjoni rat mill-ġdid l-approċċ tagħha fil-każ ta'spejjeż ta'imballaġġ u bbażat ir-ranġament fuq d-data miksuba mill-produttur tal-pajjiż analogu.

(91) Ranġamenti fuq il-prezzijiet ta'esportazzjoni għall-kreditu u kummissjoni baqgħu l-istess peress li ma kienx il-każ li kienu ser jiġu distorti minn ambjent ekonomiku mhux tas-suq.

(92) Għalhekk u minnbarra fejn isir ranġament kif inhu deskritt hawn fuq, is-sejbiet proviżorji kif inhuma deskritti fi premessi 108 u 109 tar-Regola proviżorja huma kkonfermati.

(e) Marġni tad-dumping

(93) Skond l-Artikolu 2(11) tar-Regola bażika, l-valur normali tal-piż medju ta'kull tip tal-prodott ikkonċernat kien imqabbel mal-piż medju tal-prezz ta'esportazzjoni ta'kull tip korrispondenti.

(94) Wara li ssir reviżjoni tal-kalkoli, l-marġni tad-dumping stabbilita definitivament, espressa bħala perċentwal tal-prezz ta'importazzjoni cif fil-fruntiera tal-Komunità ta'taxxa mhix imħallsa, hija għal:

- Cherepovetsky Staleprokatny Zavod: 36,1 %.

(95) Fin-nuqqas ta' kwalunkwe informazzjoni f'dan ir-rigward, il-metodoloġija prevista fil-premess 112 tar-Regolament proviżjonali biex jistabilixxi il-marġini tad-dumping residwali hija kkonfermata. Fuq din il-bażi il-marġini tad-dumping residwali definittiva hija 50,7 %.

D. KOMUNITÀ L-INDUSTRIJA

(96) Meta ma jkunx hemm informazzjoni ġdida dwar l-industrija tal-Komunità, s-sejbiet proviżorji kif inhuma deskritti fi premessi 114 sa 120 tar-Regola proviżorja huma kkonfermati.

E. ĦSARA

1. Il-ġbir ta'informazzjoni li tagħmel il-ħsara

(97) Ċerti partijiet interessati ma qablux mal-metodoloġija mħaddna mill-Kummissjoni biex tiġi mitluba l-informazzjoni mill-industrija tal-Komunità kollha rigward il-prodott ikkonċernat fil-każ tal-produzzjoni, capaċità, l-użu tal-capaċità, bejgħ, ħażniet u impieg u li l-analiżi ta'l-indikaturi ta'ħsara li jibqa hija bbażata fuq kampjun ta'kumpanniji mill-industrija tal-Komunità. Sostnew li din il-metodoloġijama kienitx biżżejjed biex tikkuntenta l-obligazzjonijiet tal-Kummissjoni skond l-Artikolu 3(5) tar-Regola bażika.

(98) Meta waslet għas-sejbiet proviżorji tagħha, l-Kummissjoni evalwat il-fatturi u indiċI relevanti kollha li kellhom effett fuq l-istat ta'l-industrija skond l-Artikolu 3(5) tar-Regola bażika u applikat il-metodoloġija ta'kif jittieħed kampjun kif inhu deskritt fl-Artikolu 17 tar-Regola bażika. It-teħid ta'kampjun, li huwa kompatibbli bis-sħiħ mal-ħtiġijiet ta'l-Artikolu 3(5) tar-Regola bażika, kien neċessarju minħabba fin-numru sostanzjali ta'produtturi fil-Komunità li kienu qed jilmentaw/dawk li kienu qed jappoġġawhom u l-bżonn li l-investigazzjoni tiġi limitata għal numru raġonevoli ta'partijiet li jistu jkunu investigati fiż-żmien disponibbli (kampjun ta'ħames kumpanniji). Għandu jitqies il-fatt li la l-għażla tal-kampjun u l-anqas ir-rapreżentazzjoni tiegħu ma kienu kkontestati mill-partijiet interessati.

(99) Skond dak li ssemma hawn fuq, il-metodolġija deskritta fi premessi 123 sa 125 tar-Regola proviżorja hija kkonfermata.

2. Konsum tal-Komunità dieher

(100) Wieħed minn dawk li kellhom interess, ikkontesta l-prospett fi premess 128 li n-nuqqas ta'konsum dieher fl-1999 jista jiġI spjegat mill-bejgħ ta'ħażniet miġbura fl-1998 mill-importaturi/kummerċjanti. Ilmentaw li r-raġunijiet għaliex kien hemm nuqqas fil-konsum dieher kienu d-deċiżjonijiet meħuda mis-setturi tat-trasport bil-baħar u sajd tal-Komunità biex jixtru l-SWR minn pajjiżi terzi mingħajr ma jgħaddu mid-dwana fil-Komunità u minn numru ta'importaturi li żiedu l-bejgħ ta'SWR lil pjattaformi ‘il bogħod mix-xtut għat-tiftix taż-żejt bit-tagħmir kollu meħtieġ għal dan l-iskop li jinsabu barra mill-Komunità biex jevitaw l-effetti ta'l-imposizzjoni tal-miżuri kontra d-dumping.

(101) L-ewwel nett huwa importanti li jiġi nnotat il-fatt li ma ngħatatx xhieda biex tiġi approvata din l-allegazzjoni.

(102) Fit-tieni każ, huwa mfakkar il-fatt li l-konsum dieher, i.e. il-volum tal-bejgħ magħmul mill-produtturi tal-Komunità u l-volum ta'importi lejn il-Komunità li joriġinaw f'pajjiżi terzi, mhux neċessarjament jirriflettu l-konsum li hu minnu tal-utenti kkonċernati.

(103) Fl-aħħar, wara li tqies il-perċentaġġ baxx ta'l-ispejjeż totali ta'l-utenti rappreżentati mill-SWR, kif jinstabu fil-kuntest tal-investigazzjoni preċedenti, mhux probabbli li s-setturi tas-sajd u tat-trasport bil-baħar jiddeċidu dwar ix-xiri ta'SWR skond ir-rotti tagħhom.

(104) Skond dak li huwa msemmi hawn fuq, is-sejbiet proviżorji kif inhuma deskritti f'premessi 126 sa 128 tar-Regola proviżorja huma kkonfermati.

3. Stima kumulattiva tal-effetti tal-importi kkonċernati

(105) Meta ma jkunx hemm informazzjoni ġdida dwar l-istima kumulattiva tal-effetti tal-importi kkonċernati, s-sejbiet proviżorji kif inhuma deskritti fi premessi 129 sa 132 tar-Regola proviżorja huma kkonfermati.

4. Importi mill-pajjiżi kkonċernati

(a) Volum u qasam tas-suq ta'importi li huma l-oġġett ta' dumping

(106) Il-produtturi li jesportaw Tajlandiżi lmentaw li l-esporti tagħhom lejn il-Komunità kienu ta'importanza żgħira matul il-perjodu msemmi.

(107) Importi ta'SWR li joriġinaw fit-Tajlandja rappreżentaw 1,5 % fl-1999 u 2 % fl-IP u għalhekk ma kienux ta'min jittieħed kont tagħhom skond l-Artikolu 9(3) tar-Regola bażika. Minn barra dan, irrapreżentaw 4,6 % tal-volum tal-Komunità ta'importi tal-prodott kkonċernat joriġinaw f'pajjiżi terzi fl-1999 u 6,5 % fl-IP u kienu għalhekk aktar mill-limitu ta'3 % stabilita fil-Ftehim ta'Kontra d-Dumping tal-WTO.

(108) Skond dak li huwa msemmi hawn fuq, is-sejbiet proviżorji kif inhuma deskritti f'premessi 133 u 134 tar-Regola proviżorja huma kkonfermati.

(b) Prezzijiet ta'l-importazzjoni li hi l-oġġett ta' dumping

(i) L-evoluzzjoni tal-prezz

(109) Meta ma jkunx hemm informazzjoni ġdida dwar l-evoluzzjoni tal-prezz, is-sejbiet proviżorji kif inhuma deskritti fi premess 135 tar-Regola proviżorja huma kkonfermati.

(ii) It-tnaqqis tal-prezz

(110) Wieħed minn dawk li kellhom interess sostna li l-konverżjoni doppja li saret mill-Kummissjoni – mill-munita tal-fattura għall-munita nazzjonali tal-pajjiż li qed jesporta u mbagħad għall-EUR – marret kontra l-Artikolu 2.4.1 tal-Ftehim ta'Kontra d-Dumping tal-WTO.

(111) F'dan il-każ għandu jitqies il-fatt li l-Artikolu 2.4.1 tal-Ftehim ta'Kontra d-Dumping tal-WTO mhux relevanti għall-kalkoli tat-naqqis tal-prezzijiet, iżda biex jiġI stabbilit id-dumping. Madankollu, biex jiġi eliminat kwalunkwe żball minn żewġ konverżjonijet ta'muniti, l-kalkoli tal-produtturi kollha li jesportaw kienu ikkalkolati mill-ġdid kif kien mitlub. Il-valuri cif skond il-munita prevista mill-produttur li jesporta kien msarrfa f'EUR minnufih skond ir-rati ta'kambju xierqa.

(112) Produttur li jesporta Tork ilmenta li r-ranġament għall-livellar tal-kummerċ kien ibbażat fuq għażla ta'importatur li ma kienitx xierqa għaliex dan ta'l-aħħar ma kien la klijent tal-produttur li jesporta u l-anqas importartatur tal-SWR mit-Turkija. Minn barra dan, sostna li l-livell ta'ranġament kien baxx wisq.. Biex isostni din id-dikjarazzjoni l-produttur li jesporta provvda kampjun tal-fatturi tal-bejgħ tiegħu għal ċerti tipi ta'SWR maħruġa lill-importatur fil-Komunità li m'għandux xi rabta f'dan il-qasam u l-fatturi tal-bejgħ ta'dan ta'l-aħħar maħruġa lil klijenti fil-Komunità. Fi stadju aktar avvanzat, ir-rendikonti finanzjarji ta'l-importatur li m'għandux xi rabta f'dan il-qasam kienu mogħtija biex jsostnu din id-dikjarazzjoni. Il-marġni miksuba f'din il-manjera, li rriflettat id-differenza ġenerali bejn x-xiri u l-bejgħ mill-ġdid, kienet għola minn dik użata mill-Kummissjoni fis-stadju proviżorju.

(113) Għandu l-ewwel nett jitqies il-fatt li, meta ma jkunx hemm informazzjoni approvata rigward dan il-punt mill-uniku importatur koperajenti li m'għandux xi rabta f'dan il-qasam, il-prezzijiet tal-produtturi li jesportaw kienu rranġati għad-differenzi fil-livell ta'kummerċ skond l-informazzjoni disponibbli, i.e. l-informazzjoni provvduta minn assoċjazzjoni ta'importaturi fil-Komunità u li hi appoġġata minn xiehda mogħtija minn wieħed mill-membri. F'dan il-każ ta' min jinnota li l-importatur li m'għandux xi rabta f'dan il-qasam imressaq mill-produttur Tork li jesporta kien ikkuntatjat mill-Kummissjoni fil-bidu ta'l-investigazzjoni, iżda ma rrispondiex il-kwestjonarju jew ma tax informazzjoni. L-assoċjazzjoni tal-importaturi kien mgħarrfa bir-ranġament u ma oġġezzjonatx. Minn barra dan l-aġġustament qies l-ispejjeż relevanti kollha li ntnefqu minn importaturi li m'għandux xi rabta f'dan il-qasam bejn l-importazzjoni u l-bejgħ ta'l-ex-xogħlijiet u għalhekk ma kienitx xiedha tal-marġni ġenerali bejn ix-xiri u l-bejgħ mill-ġdid, kif kien sostenut mill-produttur Tork li jesporta. Skond dak li huwa msemmi hawn fuq, ir-ranġament li sar fl-stadju proviżorju jirrifletti b'mod xieraq id-differenzi fil-livell tal-kummerċ. It-talba kienet għalhekk imwarrba.

(114) Ċerti partijiet interessati lmentaw li s-saħħa ta'ħaġa li tista titwal bil-ġbid, bil-maqlub għad-dikjarazzjoni tal-Kummissjoni fil-premess 137 tar-Regola proviżorja, kienet il-fattur determinanti tal-prezz u talbet l-użu ta'dan il-kriterju biex jiġi evitat li jitgħolla l-marġini tat-tnaqqis tal-prezzijiet

(115) Għalkemm l-analiżi tas-saħħa ta'ħaġa li tista titwal bil-ġbid bżata fuq it-tipi diferenti fuq il-livell tal-kumpannija ma wrietx disinn li jintlemaħ fil-prezzijiet, paragun tal-prezzijiet tal-produtturi li jesportaw ma dawk ta'l-industrija tal-Komunità wera li s-saħħa ta'ħaġa li tista titwal bil-ġbid kienet fil-fatt fattur li taffettwa l-prezz. It-tnaqqis tal-prezz kien għalhekk ikkalkulat mill-ġdid bl-inklużjoni tas-saħħa ta'ħaġa li tista titwal bil-ġbid bħala kriterju għall-kategorizzazzjoni tal-prodott.

(116) Skond il-metodoloġija spjegata fi premessi 136 sa 139 tar-Regola proviżorja, u meta jitqiesu l-modifikazzjonijiet msemmijja hawn fuq u l-korrezzjoni ta'żbalji klerikali, d-differenza bejn il-prezzijiet, espressa bħala perċentaġġ tal-prezz medju skond il-piż tal-industrija tal-Komunità (eż xogħlijiet) ie l-marġni tat-tnaqqis tal-prezz, tidher fit-tabella t'hawn taħt.

Pajjiż | Kumpannija | Marġni tat-tnaqqis tal-prezz (%) |

Ir-Repubblika Ċeka | ŽDB a.s. | 24,1 |

Ir-Russja | Cherepovetsky Staleprokatny Zavod | 41,8 |

It-Tajlandja | Usha Siam Steel Industries Plc. | 14,2 |

It-Turkija | Celik Halat ve Tel Sanayii A.S. | 16,4 |

Has Celik ve Halat San Tic A.S. | 27,0 |

5. Is-sitwazzjoni ta' l-industrija tal-Komunità

(a) Investimenti u l-kapaċità li jiżdied il-kapital

(117) Xi gruppi li għandhom interess ilmentaw li l-impatt ta' l-investimenti ma jistax jiġi meqjus biss skond it-termini ta'deprezzament u l-interess imħallas biex jiġi ffinanzjat l-investiment, iżda l-analiżi għandha tinkludi il-valur tal-kreditu, l-volontà tajba u l-valur/benefiċċju ta'l-użu tar-riżorsi finanzjarji.

(118) Għandu ukoll jitqies il-fatt li l-analiżi tal-valur tal-kreditu hija magħmula fi premess 153 tar-Regola proviżorja.

(119) Il-volontà tajba tista tiġi definita bħala l-ammont żejjed li għandu jitħallas għall-akwist ta'parti minn negozj jew negozju sħieħ bħala negozju li rnexxa, minn barra l-valur ta'l-assi netti tan-negozju. Fil-fatt, andu jiġi analizzat biss jekk id-deprezzament tal-volontà tajba nfluwenzat il-profitti, li mhuwiex il-każ.

(120) Fl-aħħar, analiżi skond il-valur/benefiċċju ta'l-investimenti ta'l-industrija tal-Komunità li tmur lil hinn minn l-analiżi li ssir skond l-impatt ta'l-investimenti fil-profitabilità ijja barra mill-iskop tal-proċedura.

(121) L-istess partijiet li għandhom interess ilmentaw li l-Kummissjoni kienet sabet matul l-investigazzjoni fil-proċedura ta'kontra d-dumpind preċedenti li l-investimenti ta'l-industrija tal-Komunità kienu żdiedu b'mod signifiku bejn l-1994 u l-1998 u l-impatt tagħhom f'termini ta'deprezzament u interess imħallas fil-perjodu meqjus għandu jkun analizzat.

(122) Għalkemm id-deprezzament fil-perjodu meqjus żdied b'9 %, d-deprezzament ta'pjanta u makkinarju fil-fatt naqqas bi 3 %, li juri li l-investimenti ma kienux eċċessivi, iżda kien hemm bżonnhom biex jinbidel il-makkinarju l-qadim li kien jiġi deprezzat kompletament. Il-figuri ta'deprezzament jirriflettu ukoll l-ammonti dovuti fuq id-deprezzament minħabba f'investimenti li jkunu saru qabel il-perjodu meqjus. Kif inhu mniżżel fi premess 152 tar-Regola Proviżorja, l-impatt fuq il-profitabilità fil-każ ta'deprezzament huwa żgħir.

(123) Skond dak li huwa msemmi hawn fuq, is-sejbiet proviżorji kif inhuma deskritti fi premessi 151 sa 153 tar-Regola proviżorja huma kkonfermati.

(b) Fatturi oħra

(124) Meta ma jkunx hemm informazzjoni ġdida dwar fatturi relevanti oħra ta'inġurija, s-sejbiet proviżorji kif inhuma deskritti fi premessi 141 sa 150 u 154 sa 157 tar-Regola proviżorja huma kkonfermati.

(ċ) Konklużjoni dwar inġurija

(125) Skond dak li ntqal hawn fuq huwa kkonfermat li wara l-imposizzjoni tal-miżuri kontra d-dumping fl-1999, is-sitwazzjoni ta'l-industrija tal-Komunità stabbilizzat ruħha fl-IP, iżda kienet għadha dgħajfa: Il-produzzjoni baqgħet fil-parti l-kbira stabbli, l-użu tal-kapaċità staġnat ruħha u l-istocks baqgħu fil-parti l-kbira fuq l-istess livell. Għalkemm il-bejgħ żdied modestament minn 66331 fl-1999 għal 67671 tunnellata metrika fl-IP, il-qasam tas-suq ta'l-industrija tal-Komunità ma żdiedx allavolja il-kompetizzjoni minn pajjiżi soġġetti għall-miżuri ta'kontra d-dumping kienet reġgħet ingħatat il-qagħda ġusta u saret. Il-prezzijiet ta' bejgħ ta'l-industrija tal-Komunità baqgħu bażikament fuq l-istess livell, allavolja kien hemm l-imposizzjoni ta'miżuri kontra d-dumping fl-1999.

(126) Rigward il-profitabilità ta'l-industrija tal-Komunità, għalkemm din ittejjbet minn telf ta' 1,4 % għall sitwazzjoni fejn kien hemm pareġġ fill-perjodu meqjus hawn, baqgħet fl-livell tant baxx li l-vijabilità ta'l-industrija tal-Komunità fuq perjodu twil ma tistax tkun assigurata.

(127) Għalhekk l-industrija tal-Komunità ma tantx setgħet tieħu benefiċċju mill-imposizzjoni tal-miżuri ta'kontra d-dumping fl'1999 minnħabba fiż-żieda fil-volum ta'l-importi mill-pajjiżi kkonċernati bi prezzijiet li jnaqqsu b'mod signifiku dawk ta'l-industrija tal-Komunità.

(128) Skond dak li huwa msemmi hawn fuq, is-sejbiet proviżorji kif inhuma deskritti fi premessi 158 sa 161 tar-Regola proviżorja, ie li l-industrija tal-Komunità soffriet minn inġurija materjali fi ħdan it-tifsira ta'L-Artikolu 3 tar-Regola bażika, huma kkonfermati.

F. KAWŻALITÀ

(129) Wara l-isvelar tas-sejbiet proviżorji, ċerti partijiet li kellhom interess lmentaw li ma kienitx teżisti rabta kawżali bejn l-importazzjoni li hi l-oġġett ta' dumping u l-inġurija sofferta mill-industrija tal-Komunità u dik l-inġurija, jekk fil-fatt teżisti, għandha tkun attribwita lill-fatturi li ġejjin: nuqqas fil-konsum dieher; inġurija mwikkijja fuqhom infushom ġejja mid-deċiżjonijiet li jsiru mill-industrija Komunità mhux skond ir-regoli, rigward l-investimenti u l-kapaċità ta'produzzjoni; u importazzjonijiet minn pajjiżi terzi oħra, inklużi dawk li joriġinaw mill-Koreja u mill-Malasja li ma nstabx l-ebda dumping fil-każ tagħhom.

(130) Peress li ma ngħatatx informazzjoni ġdida dwar is-sitwazzjoni tal-produtturi l-oħra tal-Komunità u dwar l-evoluzzjoni tal-prezzijiet tal-materjal li ma jkunx inħadem, is-sejbiet proviżorji kif inhuma deskritti fi premessi 172, 173 u 180 sa 182 tar-Regola proviżorja huma kkonfermati.

1. Żvilupp tal-konsum dieher

(131) Xi partijiet interessati lmentaw li l-bejgħ u l-produzzjoni ta'l-industrija tal-Komunità li qegħdin dejjem jonqsu segwew it-tendenza ta'konsum dieher, li tat xiehda tal-fatt li dan ta'l-aħħar, u mhux l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta' dumping mill-pajjiżi kkonċernati, kienu l-kawża ta'kwalunkwe inġurija sofferta mill-industrija tal-Komunità.

(132) Dwar l-iżvilupp tal-konsum dieher, huwa xiehraq li wieħed jiftakar is-sejbiet fi premessi 126 sa 128 u 169 sa 171 tar-Regola proviżorja.

(133) Għalkemm kien hemm żieda sostanzjali fil-konsum dieher fl-1998 (9 %),din ma tantx kienet ta'benefiċċju għall-industrija tal-Komunità (żieda ta'2 % fil-bejgħ lil klijenti li m'għandhomx x'jaqsmu ma' xulxin fil-Komunità),iżda l-pajjiżi kkonċernati raw żieda ta'42 % fl-esporti tagħhom lejn il-Komunità fl-istess sena, fi żmien meta ma kienx hemm miżuri ta' kontra d-dumping fis-seħħ. It-taqsir aħrax tal-konsum dieher fl-1999 (-14 %), li ġara f'ħin wieħed ma' l-imposizzjoni tal-miżuri ta'kontra d-dumping, m'affettwax il-pajjiżi kkonċernati, li rreġistraw żieda oħra ta'89 % ta'esporti lejn il-Komunità. Dan juri biċ-ċar li mhuwiex in-nuqqas fil-konsum li qed jagħmel ħsara lill-industrija tal-Komunità, iżda fatturi oħra bħaż-żieda kontinwa u għolja ta'importi li huma l-oġġett ta' dumping u ġejjin mill-pajjiżi kkonċernati.

(134) Skond dak li huwa msemmi hawn fuq, is-sejbiet proviżorji kif inhuma deskritti fi premessi 169 sa 171 tar-Regola proviżorji huma kkonfermati.

2. inġurija mwikkijja fuqhom infushom ġejja mid-deċiżjonijiet li jsiru rigward l-investimenti mhux skond ir-regoli

(135) Xi partijiet interessati lmentaw li l-livell baxx ta'profitibilità ta'l-industrija tal-Komunità fl-IP(0 %) kien minnħabba fid-deċiżjonijiet li ma ttieħdux skond ir-regoli mill-industrija tal-Komunità biex jiżdiedu l-investimenti.

(136) Kif kien diġa spjegat fi premess 122 t'hawn fuq deprezzament ta'pjanti u makkinarju mnaqqas bi 3 % f'dak il-perjodu, li juri li l-investiment ma kienx eċċessiv, iżda kien hemm bżonnu biex jieħu post makkinarju qadim li kien diċa deprezzat bis-sħieħ. Dan l-investiment ovvjament żdied il-kapaċità,iżda kien neċessarju biex tinżamm il-kompetitivita ta'l-industrija tal-Komunità. Il-livell ta'profitibilità baxx ta'l-industrija tal-Komunità hija l-aktar ir-riżultat ta'volumi ta'bejgħ baxx u l-fatt li kellha tqiegħed il-prezzijiet tagħha f'pareġġ ma dawk ta'l-importi li huma l-oġġett ta' dumping u li għandhom prezzijiet baxxi, li joriġinaw mill-pajjiżi kkonċernati.

(137) L-istess partijiet interessati allegaw ukoll li ċerti produtturi tal-Komunità ma ħadux posizzjoni ġdida meta raw li kien hemm kompetizzjoni peress li ma nvestewx f'teknoloġija ta'produzzjoni ġdida, biex iġġeddu f'każi ta' riċerka u żvilupp fil-lina ta'produzzjoni tagħhom, u biex jagħmlu l-operazzjonijiet ġenerali tagħhom aktar raġonevoli.

(138) Instab li l-industrija tal-Komunità investiet f'teknoloġija ta'produzzjoni ġdida, setgħet iġġedded u għamlet l-operazzjonijiet tagħha aktar raġonevoli. Rigward dan il-punt ta'l-aħħar huwa xieraq li jissemmew l-organizzazzjoni mill-ġdid ta'l-attivitajiet ta'manifattura u bejgħ tal-bosta produtturi tal-Komunità.

(139) Huwa għalhekk konkluż li s-sitwazzjoni ta'l-industrija tal-Komunità fl-IP ma tistax tkun attribwita lil kwalunkwe deċiżjonijiet li ma sarux skond ir-regoli li saru mill-industrija tal-Komunità rigward l-investimenti tagħha.

3. Importazzjonijiet minn pajjiżi terzi oħra

(140) Rigward pajjiżi terzi oħra, ċerti partijiet interessati talbu li jittieħdu miżuri biex jassiguraw li l-impatt ta'importi minn pajjiżi terzi oħra ma kienx attribwit lill-importi mill-pajjiżi kkonċernati. Il-produtturi Russi li jesportaw sostnew li l-importi ġejjin mir-Rumanija mhux biss jnaqqsu l-prezzijiet ta'l-industrija tal-Komunità, iżda l-prezzijiet tagħhom ukoll.

(a) Il-Koreja u l-Malasja

(141) Importi mill-Koreja u mill-Malasja rreġistraw żieda signifikanti matul il-perjodu kkunsidrat (288 %) u żiedu s-sehem tas-suq tagħhom minn 2,4 % fl'1997 sa 10 % fl'IP. Il-prezzijiet tagħhom instabu ukoll li, bl'eċċezzjoni ta'produttur li jesporta Korejan, jnaqqsu l-prezzijiet ta'bejgħ ta'l-industrija tal-Komunità fl'IP.

(142) Għalkemm it-tkabbir ta'l-importi li oriġinaw fil-pajjiżi kkonċernati kien aktar baxx fil-perjodu kkunsidrat hawn (215 %), is-sehem tas-suq tagħhom fl'IP xorta kien ogħla minn dak tal-Koreja u tal-Malasja. Minn barra dan, il-marġni tat-tnaqqis tal-prezz totali fl'IP tal-Koreja u tal-Malasja kienet sostanzjalment aktar baxxa minn dik tal-pajjiżi kkonċernati.

(143) Hekk, l-industrija tal-Komunità setgħet probabilment iżżid il-volum tal-bejgħ tagħha jekk ma kienx hemm importi li kienu l-oġġetti ta' dumping mill-pajjiżi kkonċernati allavolja kien hemm il-kompetizzjoni mill-importi mill-Koreja u mill-Malasja. Għalhekk l-impatt ta'dan ta'l-aħħar ma kienx wieħed li jikser il-rabta kawżali bejn l-importi li kienu l-oġġett ta' dumping u s-sitwazzjoni ta'l-industrija tal-Komunità.

(b) Pajjiżi terzi oħra bl'esklużjoni tal-Koreja u tal-Malasja

(144) Il-volum tal-bejgħ ta'pajjiżi terzi minnbarra dawk inklużi fl-investigazzjonijiet kurrenti naqqsu b' 63 % matul il-perjodu meqjus, l-aktar minnħabba fin-nuqqas fl'importi mill-pajjiżi soġġetti għall-miżuri ta'kontra d-dumping. F'dan il-kuntest, is-sehem tas-suq ta'pajjiżi terzi oħrajn (bl'esklużjoni tal-pajjiżi kkonċernati, l-Koreja u l-Malasja) naqas minn 24,6 % fl-1997 sa fl-9,7 % fl-IP. Fost il-pajjiżi msemmijja mill-partijiet interessati li kkawżaw inġurija lill-industrija tal-Komunità l-Polonja u r-Rumanija biss kellhom sehem tas-suq ta'mill-inqas 1 % fl-IP.

(145) Rigward il-Polonja, matul il-perjodu kkunsidrat il-market share tagħha naqas minn 3,3 % sa 2,9 % u l-prezzijiet tagħha għal kull kilo żdiedu bi 23 %. F'dan il-kuntest, ma jistax jkun ilmentat li l-Polonja għamlet kontribut għall-inġurija materjali sofferta mill-industrija tal-Komunità.

(146) Rigward ir-Rumanija, is sehem tas-suq tagħha baqa stabbli matul il-perjodu meqjus (0,9 % fl-1997, 1,1 % fl-1998, 0,9 % fl-1999 u 1 % fl-IP), waqt li l-importi ġejjin minn dan il-pajjiż żdiedu b'8 % minn 1398 tunnellata fl-1997 għal 1510 tunnellata fl-IP. Matul il-perjodu meqjus, il-prezzijiet għal kull kilo ta'SWR Rumen kienu, bl'eċċezjoni ta'l-1998, għola b'mod konsistenti minn dawk ta'produtturi li jesportaw Russi u aktar baxxi b'mod konsistenti minn dawk ta'l-industrija tal-Komunità. Jista jkun assuma li,meta jitqies is-sehem tas-suq stabbli tar-Rumanija (li kien mhux ta'min jagħti kont tiegħu fl-1997 u fl-1999), l-impatt tiegħu fuq l-industrija tal-Komunità ma kien tali li jikser ir-rabta kawżali bejn l-importi kkonċernati u s-sitwazzjoni ta'l-industrija tal-Komunità.

(147) Skond dak li huwa msemmi hawn fuq, is-sejbiet proviżorji kif inhuma deskritti fi premessi 174 sa 179 tar-Regola proviżorji huma kkonfermati.

4. Konklużjoni

(148) Huwa kkonfermat li, għalkemm fatturi oħra, jiġifieri l-importi mill-Koreja, mill-Malasja u mir-Rumanija, seta kellhom impatt negattiv fuq is-sitwazzjoni ta'l-industrija tal-Komunità fl-IP, dan l-impatt ma kienx tali li jikser ir-rabta kawżali bejn l-impoti li huma l-oġġett ta' dumping u s-sitwazzjoni ta' l-industrija tal-Komunità. Għalhekk l-importi mill-pajjiżi kkonċernati meħudin waħedhom instabu li jikkawżaw inġurija materjali lill-industrija tal-Komunità kif inhu deskritt fi premessi 164sa168 tar-Regola proviżorja.

G. INTERESS TAL-KOMUNITÀ

1. Ġbir ta' informazzjoni u interess fl-industrija tal-Komunità

(149) Meta ma jkunx hemm informazzjoni ġdida l-ġbir ta'informazzjoni u interess fl-industrija tal-Komunità, s-sejbiet proviżorji kif inhuma deskritti fi premessi 186 sa 196 tar-Regola proviżorja huma kkonfermati.

2. L-interess ta' l-industrija fornitriċi

(150) Parti i kellu interess ilmenta li l-imposizzjoni tal-miżuri jkollha effett negattiv fuq dawk li jfornu l-materja mhux maħduma peress li l-Kummissjoni ma qiesitx l-effett detrimentali tal-miżuri kontra d-dumping li huma fis-seħħ fis-sitwazzjoni ta'dawk li jfornu il-vireg tal-wajer li jesportaw li produtturi f'pajjiżi terzi li huma soġġetti għal miżuri.

(151) L-uniċi fornituri tal-materja mhux maħduma li kienu qed jikoperaw (produtturi tal-wajer ta'l-azzar) indikaw li l-imposizzjoni tal-miżuri tkun ta'benefiċċju għan-negozju tagħhom. Din il-kumpannija esportat ukoll lejn pajjiżi terzi, inklużi pajjiżi li kienu soġġetti għall-investigazzjonijiet ta'qabel u dawk kurrenti. Minn barra dan, il-konklużjonijiet li ntlaħqu fir-Regola proviżorja dwar l-interess ta'dawk li jfornu l-industrija ma kienux ikkontestati minn l-ebda fornitur tal-materja mhux maħduma.

(152) Skond dak li huwa msemmi hawn fuq, is-sejbiet proviżorji kif inhuma deskritti fi premessi 197 sa 201 tar-Regola proviżorji huma kkonfermati.

3. L-interess ta'importaturi/kummerċjanti

(153) Assoċjazzjoni ta'l-importaturi lmentat li peress li s-SWR jirrapreżentaw il-kummerċ ewlieni għal bosta importaturi, huwa għalhekk essenzali għalihom li jżommu volum suffiċjenti ta'bejgħ biex jibqu vijabli. Qalu wkoll li produtturi fil-Komunità għandhom il-kanali integrati ta'distribuzzjoni tagħhom u jirrifjutaw li jbiegħu permezz ta'kummerċjanti indipendenti. Is-sitwazzjoni ta'l-importaturi issir għalhekk aktar prekarja meta jitqiesu n-numru ta'pajjiżi li huma soġġetti għall-miżuri ta' kontra d-dumping.

(154) L-ewwel nett, il-partijiet interessati ma pprovdew l-ebda element ġdid rigward dawn il-punti li setgħu bidlu s-sejbiet milħuqa fl'istadju proviżorju.

(155) Minn barra dan, ġie skopert li jeżistu egħjun alternattivi ta'fornitura li mhumiex soġġetti għall-miżuri, inkluża l-industrija tal-Komunità. Għalkemm huwa veru li ħafna produtturi tal-Komunità għandhom il-kanali integrati ta'distribuzzjoni tagħhom, l-informazzjoni mogħtija mill-industrija tal-Komunità turi li jbiegħu ukoll lil importaturi/kummerċjanti fil-Komunità mhux relatati ma dan. L-argument għandu għalhekk jitwarrab.

(156) Parti interessat ieħor ilmenta li l-miżuri jeliminaw il-kompetizzjoni mill-importi u jibbenifikaw minn dan l-SWR Korejani u dawk mill-Malasja, li imbagħad jarrqu is-suq tal-Komunità. Dan imbagħad iwassal għal aktar ħsara lill-industrija tal-Komunità, limiti fuq l-egħjun ta' fornitura u diskriminazzjoni fil-każ ta'klijenti ta'SWR li jkunu ġejjini mill-pajjiżi kkonċernati.

(157) Għalkemm aktarx li l-produtturi Korejani u dawk mill-Malasja jollu s-sehem tas-suq tagħhom, mhux probabli li jarrqu s-suq tal-Komunità meta wieħed jara l-utilizzazzjoni għolja kurrenti tagħhom u l-fatt li l-livell tat-tnaqqis tal-prezzijiet li nstab għal dawn il-pajjiżi huwa inqas (jew anke xejn fil-każ ta'produttur Korejan li jespota) minn dak għall-pajjiżi kkonċernati. Fil-każ ta'diskriminazzjoni, huwa importanti li wieħed jinnota li d-diskriminazzjoni mhix fis-seħħ f'dan il-każ peress li l-importi mill-Koreja u mill-Malasja, għall-kuntrarju ta'pajjiżi oħra kkonċernati, ma kienux mixtrija bi prezz aktar baxx milli suppost. L-argument għandu għalhekk jitwarrab.

(158) Skond dak li huwa msemmi hawn fuq, is-sejbiet proviżorji kif inhuma deskritti fi premessi 202 sa 207 tar-Regola proviżorji huma kkonfermati.

4. L-interess ta'l-utenti

(159) Meta ma jkunx hemm informazzjoni ġdida dwar l-interess ta'l-utenti, s-sejbiet proviżorji kif inhuma deskritti fi premessi 208 sa 211 tar-Regola proviżorja huma kkonfermati.

5. Konklużjoni dwar l-interess tal-Komunità

(160) Skond dak li huwa msemmi hawn fuq, is-sejbiet proviżorji kif inhuma deskritti fi premessi 212 sa 215 tar-Regola proviżorji huma kkonfermati ie li ma jeżistux raġunijiet dwar l-interess tal-Komunità biex ma jiġux imposti l-miżuri ta'kontra d-dumping.

H. MIŻURI DEFINITTIVI TA'KONTRA D-DUMPING

1. Il-livell ta'eliminazzjoni ta' inġuriji

(161) Waqt li kienet bbażata fuq il-metodoloġija spjegata fi premessi 216 sa 219 tar-Regola proviżorja, u meta jitqiesu l-modifikazzjonijiet imsemmijja fi premessi 111 u 115 hawn fuq u l-korrezzjoni ta'żbalji klerikali, d-differenza bejn il-prezzijiet, espressa bħala perċentaġġ tal-prezz medjutal-SWR fejn imqabbla mal-prezzijiet ta'bejgħ mitluba mill-industrija tal-Komunità fis-suq tal-Komunità – aġġustati biex jirriflettu marġni ta'profitt ta'5 %. Id-differenza kienet imbagħad espresso bħala perċentaġġ tal-prezzijiet ta'esportazzjoni tal-produtturi li jesportaw skond livell fruntier tal-Komunità.

2. Miżuri definittivi kontra d-dumping

(162) Skond dak li ntqal qabel, huwa konsiderat li taxxa definittiva ta'kontra d-dumping għandha tkun mqiegħeda skond il-livell ta'marġini ta'dumping misjuba, minnbarra fil-każ ta'żewġ kumpanniji – waħda fit-Tajlandja u l-oħra fit-Turkija – f'liema każ it-taxxa għandha titqiegħed skond il-livell ta'maġni ta'inġurija, li hija aktar baxxa, skond l-Artikolu 9(4) tar-Regola Bażika.

Pajjiż | Kumpannija | Taxxa Definittiva (%) |

Ir-Repubblika Ċeka | ŽDB a.s. | 30,7 |

Il-kumpanniji l-oħra kollha | 47,1 |

Ir-Russja | Cherepovetsky Staleprokatny Zavod | 36,1 |

Il-kumpanniji l-oħra kollha | 50,7 |

It-Tajlandja | Usha Siam Steel Industries Plc. | 24,8 |

Il-kumpanniji l-oħra kollha | 42,8 |

It-Turkija | Celik Halat ve Tel Sanayii A.S, | 31,0 |

Has Celik ve Halat San Tic A.S. | 17,8 |

Il-kumpanniji l-oħra kollha | 31,0 |

3. It-tmien tal-proċedura rigward il-Koreja u l-Malasja mingħajr l-imposizzjoni ta'miżuri

(163) Mħabba r-riżultati ta'l-investigazzjoni rigward il-Koreja u l-Malasja, u meta jiġi kkunsidrat il-fatt li l-marġni ta'dumping li nstabet fil-każ ta'dawn iż-żewġ pajjiżi hija inqas mill-limitu ta'2 % mniżżel fl-Artikolu 9(3) tar-Regola bażika, l-proċedura għandha titwaqqaf mingħajr l-imposizzjoni ta'miżuri ta'kontra d-dumping fil-każ ta'importi tal-prodott ikkonċernat li jkun ġej mill-Koreja u mill-Malasja. Il-proċedura rigward l-importi li jkunu ġejjin mill-Koreja u mill-Malasja twaqqfet skond Id-Deċizjoni tal-Kummissjoni 2001/602/KE tas-26 ta'Lulju 2001 li aċċettat impriżi offerti b'konnessjoni mal-proċedura ta'kontra d-dumoing rigward l-importazzjoni ta'ċerti ħbula u kejbils tal-ħadid jew azzar li jkunu ġejjin mir-Repubblika Ċeka, mir-Repubblika tal-Koreja, mill-Malasja, mir-Russja, mit-Tajlandja u mit-Turkija u temmet il-proċedura fil-każ ta'importi li jkunu ġejjin mir-Repubblika tal-Koreja u mill-Malasja [3].

4. Impriżi

(164) L-impriżi offruti mill-produtturi li jesportaw fir-Repubblika Ċeka u fit-Turkija ġew aċċettati fl-istadju proviżorju. Il-prezzijiet minimi stabbiliti tbidlu biex jirriflettu s-sejbiet definittivi ta'l-investigazzjoni.

(165) Wara l-isvelar tas-sejbiet proviżorji, l-produtturi li jesportaw fir-Russja u fit-Tajlandja offrew impriżi ta'prezzijiet skond l-Artikolu 8(1) tar-Regola bażika. Meta għamlu dan, intlaħaq ftehim li jbigħu l-prodott ikkonċernat fuq l-istess livell u aktar mill-livelli ta'prezzijiet li jeliminaw l-effetti perikolużi tad-dumping. Il-kumpanniji għandhom jipprovdu ukoll lill-Kummissjoni b'informazzjoni regolari u dettaljata rigward l-esporti tagħhom lejn il-Komunità, u dan ifisser li l-impriżi jistu jkunu kkontrollati b'mod effettiv mill-Kummissjoni.

(166) Minnħabba dan, l-offerti ta'l-impriżi huma għalhekk aċċettabli u l-kumpanniji kkonċernati ġew infurmati bil-fatti essenzali, kunsiderazzjonijiet u obligazzjonijiet li hija bbażata fuqhom l-aċċettazzjoni.

(167) Biex il-Kummissjoni jkollha aktar kontroll effetiv fuq il-konformità tal-kumpanniji ma'l-impriżi, meta tiġi ppreżentata t-talba għar-rilaxx għaċ-ċirkolazzjoni ħielsa lill-awtoritajiet tad-dwana relevanti, l-eżenzjoni mit-taxxa ta'kontra d-dumping għandha tkun kondizzjonata meta jkun hemm il-preżentazzjoni ta'fattura kummerċjail li tkun tinkludi ta'l-inqas l-elementi mniżżla fl-Anness. Hemm bżonn dan il-livell ta'informazzjoni biex l-awtoritajiet tad-dwana jkunu jistu jassiguraw bi preċiżjoni suffiċjenti li t-tagħbijiet jkunu skond id-dokumenti kummerċjali. Meta ma tiġix ippreżentat din il-fattura, jew meta ma tikkorispondix mal-prodott ippreżentat lid-dwana, għandha titħallas r-rata xierqa ta'taxxa kontra d-dumping.

(168) Għandu jitqies il-fatt li fil-każ ta'ksur jew tneħħija ta'l-impriża jew ksur sospettat, tista titqiegħed taxxa kontra d-dumping, skond l-Artikolu 8(9) u (10) tar-Regola bażika.

(169) Minn barra dan, skond l-Artikolu 8(6) tar-Regola bażika, l-investigazzjoni ta'dumping, inġurija u interess tal-Komunità kienet kompluta fil-każ tal-pajjiżi kkonċernati minkejja l-aċċettazzjoni ta'impriżi waqt l-investigazzjoni. L-impriżi offruti minn żewġ produtturi li jesportaw fit-Tajlandja u fir-Russja kienu aċċettati skond Deċiżjoni 2001/602/KE,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

1. Għandha hawnhekk tiġi mposta taxxa definittiva ta'kontra d-dumping fuq l-importi ta'ħbula u kejbils tal-ħadid jew azzar, inklużi l-ħbula kolja, esklużi l-ħbula u kejbils magħmula minn tip ta'taħlita ta'azzar li la tissaddad u lanqas tittiekel, b'dimensjoni rappreżentattiva massima ta'aktar minn 3 mm, bit-tagħmir mhemeż jew le, li jaqaw fi ħdan Kodiċi CN 73121082, 73121084, 73121086, 73121088 u 73121099, ġejjin mir-Repubblika Ċeka,mir-Russja, mit-Tajlandja u mit-Turkija.

2. Ir-rata li għandha tiġi applikata ta' taxxa definittiva ta'kontra d-dumping lin-nett, b'xejn għal prezz tal-fruntiera tal-Komunità, qabel ma tiġi miżjuda t-taxxa, tal-prodotti ġejjin mill-pajjiżi mnizzla hawn taħt għandha tkun kif inhu ġej:

Pajjiż | Rata ta' taxxa (%) | Kodiċi addizjonali TARIC |

Ir-Repubblika Ċeka | 47,1 | A999 |

Ir-Russja | 50,7 | A999 |

It-Tajlandja | 42,8 | A999 |

It-Turkija | 31,0 | A999 |

3. Ir-rati t'hawn fuq m'għandhomx japplikaw fil-każ tal-prodotti manifatturati mill-kumpanniji listed hawn taħt, li għandhom jkunu soġġetti għar-rati ta'taxxa ta'kontra d-dumping li ġejjin:

Pajjiż | kumpanniji | Rata ta'taxxa (%) | Kodiċi addizzjonali TARIC |

Ir-Repubblika Ċeka | ŽDB a.s. Bezrucova 300, 735 93 Bohumín,ir-Repubblika Ċeka | 30,7 | A216 |

Ir-Russja | Open Joint Stock Company Cherepovetsky Staleprokatny Zavod, ir- Russja, 162600,Cherepovets, Vologda Region | 36,1 | A217 |

It-Tajlandja | Usha Siam Steel Ind. Public CompanyLimited 888/116 Mahatun Plaza Building,Ploenchit Road, Bangkok 10330,Tajlandja | 24,8 | A218 |

It-Turkija | Celik Halat ve Tel Sanayii A.S. Fahrettin Kerim Gokai Cad. No 14 Denizciler is Merkezi A. Blok Kat. 1 | 31,0 | A219 |

Has Çelik ve Halat Sanayi Ticaret A.S. Hacilar Yolu 8. Km Kayseri Turkija | 17,8 | A220 |

4. Sakemm mhux speċifikat mod ieħor, id-disposizzjonijiet fis-seħħ rigward id-dazji tad-dwana għandhom japplikaw.

Artikolu 2

1. L-importi li jaqaw taħt waħda mill-kodiċi addizjonali TARIC li ġejjin li huma magħmula u esportati direttament (ie mwassla bil-baħar u tinbagħat il-fattura) minn kumpanija msemmijja hawn taħt għal kumpanija fil-Komunità li qed taħdem bħala mportatur għandha tkun eżenti mit-taxxi ta' kontra d-dumping imposti minn l-Artikolu 1 sakemm dawn huma mportati b'konformità ma'paragrafu 2.

Pajjiż | Kumpannija | Kodiċi addizzjonali TARIC |

Ir-Repubblika Ċeka | ŽDB a.s. Bezrucova 300, 735 93 Bohumín,ir-Repubblika Ċeka | A216 |

Ir-Russja | Open Joint Stock Company CherepovetskyStaleprokatny Zavod, Russia, 162600,Cherepovets | A217 |

It-Tajlandja | Usha Siam Steel Ind. Public Limited 888/116 Mahatun Plaza Building,Ploenchit Road, Bangkok 10330,it-Tajlandja | A218 |

It-Turkija | Celik Halat ve Tel Sanayii A.S. Fahrettin Kerim Gokai Cad. No 14 Denizciler is Merkezi A. Blok Kat. 1 | A219 |

Has Çelik ve Halat Sanayi Ticaret A.S. Hacilar Yolu 8. Km Kayseri it-Turkija | A220 |

2. L-importi msemmijja fil-paragrafu 1 għandhom ikunu eżenti mit-taxxa sakemm:

(a) tiġi preżentata fattura kummerċjali li tinkludi ta'l-inqas l-elementi mniżżla fl-Anness, lill-awtoritajiet tad-dwana ta'l-Istati Membri mal-preżentazzjoni tad-dikjarazzjoni għall-ħelsien f'ċirkolazzjoni ħielsa; u

(b) il-merkanzija dikjarata u preżentata lid-dwana taqbel preċiżament mad-deskrizzjoni fuq il-fattura kummerċjali.

Artikolu 3

1. Rigward l-importi tal-prodott deskritt fl-Artikolu 1(1) li jkun ġej mir-Repubblika Ċeka, mit-Tajlandja u mit-Turkija, l-ammonti assigurati mit-taxxa proviżorja kontra d-dumping imposta mir-Regola tal-Kummissjoni (KE) Nu 230/2001 tat-2 ta' Frar 2001 għandhom jinġabru skond ir-rata tat-taxxa imposta definittivament. L-ammonti assigurati b'eċċess tar-rata definitiva tat-taxxi ta'kontra d-dumping għandhom jinħelsu.

2. Rigward l-importazzjoni tal-prodott deskritt fl-Artikolu 1(1) li jkun ġej mir-Russja, l-ammonti assigurati mi-taxxa proviżorja ta'kontra d-dumping imposta minn Regola (KE) Nu 230/2001 għandhom jinġabru skond ir-rata tat-taxxa imposta proviżjonalment.

Artikolu 4

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum ta' wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fil-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussel, fit-2 ta' Awissu 2001.

F'isem il-Kunsill

Il-President

L. Michel

[1] ĠU L 56, 06.03.96, p. 1. Ir-Regolament kif l-aħħar emendat mir-Regolament (KE) Nru 2238/2000 (ĠU L 257, 11.10.00, p. 2).

[2] ĠU L 34, 03.02.01, p. 4.

[3] Ara paġna 47 ta' dan il-Ġurnal Uffiċjali.

--------------------------------------------------

ANNESS

Informazzjoni neċessarja għall-fatturi kummerċjali mogħtija ma'bejgħ li jsir soġġett għal impriża

1. L-intestatura "FATTURA KUMMERĊJALI LI TINGĦATA MA OĠĠETTI LI HUMA SOĠĠETTI TA'IMPRIŻA".

2. L-isem tal-kumpanija msemmijja fl-Artikolu 2(1) lit kun ħarġet il-fattura kummerċjali.

3. In-numru tal-fattura kummerċjali.

4. Id-data ta'meta tinħareġ il-fattura kummerċjali.

5. Il-kodiċi addizjonali TARIC li permezz tagħha l-oġġetti mniżżla fuq il-fattura għandhom jinħelsu mid-dwana fil-fruntiera tal-Komunità.

6. Id-deskrizzjoni eżatta tal-merkanzija, inklużi:

- in-numru tal-kodiċi tal-prodott (PCN) (kif ġie stabbilit fl'impriża offruta mill-produttur li jesporta t'hawn);

- in-numru ta' kurduni; in-numru ta'wajers għal kull kurdun; l-arranġament tal-wajers għal kull kurdun (e.g. standard, issiġillat, warrington etc); karatteristiċI tal-ħbula (reżistenza għat-tidwir,kumpatti etc);

- in-numru f'kodiċi tal-prodott tal-kumpannija (CPC) (jekk dan huwa fil-fatt applikabli);

- Kodiċi NM;

- kwantità (li għandha tingħata f'kg u tul).

7. Id-deskrizzjoni tat-termini tal-bejgħ, inklużi:

- prezz għal kull kg;

- il-kondizzjonijiet ta'ħlas applikabbli;

- il-kondizzjonijiet tal-kunsinna applikabbli;

- skonti totali u skonti oħra.

8. Isem tal-kumpannija li qed timporta li twasslitilha l-fattura direttament mill-kumpannija.

9. Isem l-uffiċjal tal-kumpannija li ħarġet il-fattura u d-dikjarazzjoni li ġejja ffirmata:

"Jien, hawn taħt iffirmat, niċċertifika li l-bejgħ għal esportazzjoni diretta lejn il-Komunità Ewropea ta'l-oġġetti li huma mniżżla f'din il-fattura qed issir fi ħdan l-iskop u skond it-termi ta'l-impriża offruta minn (kumpanija), u aċċettata mill-Kummissjoni Ewropea skond Deċiżjoni 2001/602/KE. Niddikjara li l-informazzjoni mogħtija f'din il-fattura hija kompleta u korretta."

--------------------------------------------------