Official Journal L 210 , 03/08/2001 P. 0018 - 0018
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1592/2001 tat-2 ta’ Awissu 2001 li jikkorreġi r-Regolamenti (KE) Nru 562/2000 u (KE) Nru 690/2001 fis-settur tal-laħam taċ-ċanga IL-KUMMISJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ, Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbikixxi l-Komunità Ewropea, Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1254/1999 tas-17 ta’ Mejju 1999 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq fil-laħam taċ-ċanga u l-vitella [1], kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 1512/2001 [2] u b’mod partikolari l-Artikolu 38(2) u l-Artikolu 47(8) tiegħu, Billi: (1) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 562/2000 [3], kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 1082/2001 [4], jistabbilixxi regoli ddettaljati sabiex jiġi applikat ir-Regolament (KE) Nru 1254/1999 rigward ix-xiri għall-ħażna tal-laħam taċ-ċanga. B’mod partikolari, l-Artikolu 17 tar-Regolament (KE) Nru 562/2000 jistabbilixxi l-kondizzjonijiet li għandhom jintlaħqu għall-offerti. (2) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 690/2001 tat-3 ta’ April 2001 dwar miżuri speċjali ta’ appoġġ rigward is-suq fis-settur tal-laħam taċ-ċanga [5] jipprovdi għax-xiri bl-offerta ta’ ċerti kwalitajiet ta’ laħam ċanga. B’mod partikolari, l-Anness II ma’ dan ir-Regolament jistabbilixxi l-kondizzjonijiet li jridu jintlaħqu għall-offerti. (3) L-Artikolu 11(5)(ċ) tar-Regolament (KE) Nru 562/2000 u l-Anness II mar-Regolament (KE) Nru 690/2001 fihom żbalji tal-lsien fil-verżjoni Ingliża. Iż-żewġ Regolamenti interessati għandhom għalhekk jiġu emendati kif jixraq. (4) Il-miżuri pprovduti f’dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Maniġerjali tal-Laħam taċ-Ċanga u tal-Vitella, ADDOTTAT DAN IR-REGOLAMENT: L- Artikolu 1 Fl-Artikolu 11(5)(ċ) tar-Regolament (KE) Nru 562/2000, il-kliem "id-data tal-għeluq" għandu jinbidel bil-kliem "il-limitu taż-żmien": L- Artikolu 2 Fil-punt 5 (ċ) ta’ "L-OFFERTI" fl-Anness II mar-Regolament (KE) Nru 690/2001, il-kliem "id-data tal-għeluq" għandu jinbidel bil-kliem "il-limitu taż-żmien": L- Artikolu 3 Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum li jiġi wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej. Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha. Magħmul fi Brussel, fit-2 ta’ Awissu 2001. Għall-Kummissjoni Frederik Bolkestein Membru tal-Kummissjoni [1] ĠU L 160, tas-26.6.1999, p. 21. [2] ĠU L 201, tas-26.7.2001, p. 1. [3] ĠU L 68, tas-16.3.2000, p. 22. [4] ĠU L 149, tat-2.6.2001, p. 19. [5] ĠU L 95, tal-5.4.2001, p. 8. --------------------------------------------------