Official Journal L 209 , 02/08/2001 P. 0013 - 0013
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1578/2001 ta’ l-1 ta’ Awissu 2001 li jiddetermina partijiet sensittivi ta’ produzzjoni u/jew gruppi ta’ varjetà bi kwalità għolja li huma eżentati mill-applikazzjoni tal-programm kwota buy back fit-tabakk mhux manifatturat. IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ, Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunitajiet Ewropej, Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2075/92 tat-30 ta’ Ġunju 1992 fuq l-organizzazzjoni komuni tas-suq tat-tabakk mhux manifatturat [1], hekk kif ġie emendat mir-Regolament (KE) Nru 1336/2000 [2], u b’mod partikulari fl-Artikolu 14a ta’ dan ir-Regolament, Billi, (1) Skond l-Artikolu 34(2) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2848/98 tat-22 ta’ Diċembru 1998 fejn ġew stabbiliti regoli għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2075/92 rigward l-iskema premium, kwota tal-produzzjoni u għajnuna speċifika li għandha tingħata lil gruppi ta’ produzzjoni fis-sezzjoni tat-tabakk mhux manifatturat [3], hekk kif ġie emendat mir-Regolament (KE) Nru 1441/2001 [4], il-Kummissjoni trid tiddetermina, fuq bażi ta’ proposti mill-Istati Membri, liema partijiet sensittivi għall-produzzjoni u/jew gruppi ta’ varjetajiet bi kwalità għolja, b’massimu ta’ mhux aktar minn 25 % tal-garanzija ta’ kull Stat Membru, għandhom jiġu eżentati mill-applikazzjoni tal-programm kwota buyback. (2) Dawn il-gruppi ta’ varjetajiet bi kwalità għolja għandhom jiġu determinati fid-dawl tad-domanda li għamlu xi Stati Membri. (3) Ladarba ġie stipulat mill-Artikolu 35(2) tar-Regolament (KE) Nru 284898 li l-Istat Membru jrid jirrendi pubblika l-intenzjoni tiegħu li jbigħ mill-1 ta’ Settembru sabiex produtturi oħra jkunu jistgħu jixtru l-kwota qabel ma tiġi mixtrija lura, dan ir-Regolament irid japplika mill-31 ta’ Awissu 2001. (4) Il-miżuri li ġew provduti f’dan ir-Regolament jaqblu ma’ l-opinjoni tal-Kumitat tad-Direzzjoni għat-tabakk, ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT: L- Artikolu 1 Il-kwantitajiet ta’ gruppi ta’ varjetajiet bi kwalità għolja li huma eżentati mill-kwota buyback għas-sena ta’ ħsad 2001 qegħdin hekk: Fil-Portugall: Grupp I: | 1251 tunnellata | Grupp II: | 283 tunnellata | Fi Franza: Grupp I: | 1432606 tunnellata | Grupp II: | 2492750 tunnellata | Grupp III: | 1004381 tunnellata | L- Artikolu 2 Dan ir-Regolament għandu jibda fis-seħħ fil-ġurnata tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċċjali tal-Komunitajiet Ewropej. Għandu jibda japplika mill-31 ta’ Awissu 2001 Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha. Magħmul fi Brussel, fl-1 ta’ Awissu 2001. Għall-Kummissjoni Frederik Bolkestein Membru tal-Kummissjoni [1] ĠU L 215, tat-30.7.1992, p. 70. [2] ĠU L 154, tas-27.6.2000, p. 2. [3] ĠU L 358, tal-31.12.1998, p. 17. [4] ĠU L 193, tas-17.7.2001, p. 5. --------------------------------------------------