Official Journal L 196 , 20/07/2001 P. 0009 - 0016
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1488/2001 tad-19 ta’ Lulju 2001 li jistabbilixxi r-regoli għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 3448/93 fir-rigward tat-tqegħid ta’ ċerti kwantitajiet ta’ ċerti prodotti bażiċi elenkati fl-Anness I tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea taħt il-proċedura ta’ l-ipproċessar intern mingħajr ma jsir l-eżami minn qabel tal-kondizzjonijiet ekonomiċi IL-KUMMISJONI TAL- KOMUNITAJIET EWROPEJ, Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3448/93 tas-6 ta’ Diċembru 1993 li jistabbbilixxi l-arranġamenti ta’ kummerċ applikabbli għal ċerti oġġetti li jirriżultaw mill-ipproċessar ta’ prodotti agrikoli [1], kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 2580/2000 [2] u b’mod partikolari it-tielet subparafu ta’ l-Artikolu 11 (1) tiegħu, Billi: (1) Permezz tar-Regolament (KE) Nru 3448/93, ċerti kwantitajiet ta’ ċerti prodotti bażiċi skond l-Artikolu 11 ta’ l-imsemmi Regolament jistgħu jitqiegħdu taħt il-proċedura ta’ l-ipproċessar intern mingħajr ma jsir l-eżami minn qabel tal-kondizzjonijiet ekonomiċi stabbiliti fl-Artikolu 117(ċ) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 tat-12 ta' Ottubru 1992 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Komunità [3], kif l-aħħar emendat bir-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru 2700/2000 [4]. L-arranġamenti għandhom jiġu addottati għall-implimentazzjoni ta’ din il-possibiltà u għall-ivverifikar u l-ippjanar tal-kwantitajiet ta’ prodotti bħal dawk. (2) Il-proċedura għad-determinazzjoni ta’ l-imsemmija kwantitajiet waqt li jintuża bilanċ għandha għalhekk tkun stabbilita. Din il-proċedura għandha tkun trasparenti billi jiġi pprovdut li l-imsemmi bilanċ għandu jintbagħat biex jiġi eżaminat mill-Grupp ta’ Esperti dwar kwistjonijiet orizzontali rigward il-kummerċ ta’ prodotti agrikoli pproċessati li ma mhumiex elenkati fl-Anness I, u l-kwantitajiet għandhom jiġu ppublikati fi żmien xieraq. (3) Għall-għanijiet ta’ l-għoti ta’ dawn kwantitajiet, ċertifikat speċifiku għandu jiġi pprovdut sabiex tkun tista’ tinkiseb l-awtorizzazzjoni xierqa tad-dwana. (4) Billi l-proċedura f'dan il-każ għandha tippermetti li jiġi assigurat li l-industrija ta’ l-ipproċessar tal-Komunità jkollha aċċess għall-materja prima agrikola taħt kondizzjonijiet kompetittivi u għalhekk ma tistax tiġi pprovduta garanzija mis-sistema tar-rifużjonijiet fuq l-esportazzjoni minħabba li l-ogħla limiti stabbiliti fl-arranġamenti konklużi bis-saħħa ta' l-Artikolu 300 tat-Trattat, din il-proċedura għandha tiġi mmirata lejn dawk l-operaturi li l-ħtiġiet tagħhom għar-rifużjoni m’humiex jitħarsu, sew kollha kemm huma, sew parti minnhom. (5) Ir-regoli għall-applikazzjoni ta’ l-għoti, l-użu u r-rilaxx ta’ dawn iċ-ċertifikati, flimkien mal-karatteristiċi tekniċi tagħhom, għandhom jiġu definiti sabiex il-proċedura relevanti tkun flessibbli u tippermetti amministrazzjoni prudenti. Għandu għalhekk isegwi, f’ambitu aktar wiesa’, li l-proċedura diġà fis-seħħ għal ċerti ċertifikati agrikoli, li hija stabbilita fir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1291/2000 tad-9 ta’ Ġunju 2000 li tistabbilixxi regoli komuni ddettaljati għall-applikazzjoni tas-sistema tal-liċenzji ta’ l-importazzjoni u l-esportazzjoni u taċ-ċertifikati ta' arranġament minn qabel għall-prodotti agrikoli [5]. (6) Inkwantu l-Kummissjoni tieħu kont tal-kumpaniji kollha li jipproċessaw prodotti agrikoli, l-oġġetti kollha li ma humiex koperti fl-Anness I għandhom jittieħdu inkonsiderazzjoni fl-intier tagħhom. Il-proċedura deskritta hawn fuq għandha għalhekk tipprovdi għall-produzzjoni permezz tal-proċedura ta’ l-ipproċessar intern f’żewġ stadji, kull wieħed minnhom imwettaq minn kumpanija differenti. (7) Għandu jiġi pprovdut li dawn iċ-ċertifikati jkunu jistgħu jitwasslu fi tliet sezzjonijiet. Barra minn hekk, għandu jiġi pprovdut il-ħruġ b'emerġenza ta' wieħed jew aktar sezzjonijiet biex jiġu ttrattati avvenimenti mhux mistennija, partikolarment dawk tas-suq, u d-drittijiet li jirrelataw ma’ dawn iċ-ċertifikati għandhom ikunu trasferibbli. (8) Sabiex ikun possibbli li ssir verifika u l-pjan tal-kwantitajiet tal-prodotti bażiċi kkonċernati, għandha ssir disposizzjoni għall-komunikazzjoni ta’ statistika dwar l-użu taċ-ċertifikati li għandhom ikunu pprovduti. (9) Il-Kumitat Amministrattiv dwar kwistjonijiet orizzontali li jikkonċernaw il-kummerċ fi prodotti agrikoli li ma humiex elenkati fl-Anness I tat-Trattat ma kienx ta’ opinjoni fil-limitu ta’ żmien stabbilit mill-president tiegħu, ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT: L- Artikolu 1 Skop tar-Regolament 1. It-tqegħid ta’ ċerti kwantitajiet ta’ prodotti bażiċi elenkati fl-Artikolu 11 tar-Regolament (KE) Nru 3448/93 permezz ta' l-arranġamenti tal-ipproċessar intern mingħajr ma jsir l-eżami minn qabel tal-kondizzjonijiet ekonomiċi, huma suġġetti, matul il-perjodu ta’ validità tagħhom, għall-preżentazzjoni ta’ ċertifikat ta’ l-ipproċessar intern (minn hawnhekk ’il quddiem imsejjaħ "Ċertifikat IP"). 2. Żewġ awtorizzazzjonijiet suċċessivi ta’ l-ipproċessar intern jistgħu jingħataw - waħda għat-tqegħid tal-prodott bażiku u l-oħra għat-tqegħid ta’ prodott intermedjarju li jikkorrispondi għall-prodott bażiku. Il-kondizzjonijiet ekonomiċi għandhom għalhekk ukoll jitqiesu li jkunu sodisfatti minn kull waħda minn dawn-l-awtorizzazzjonijiet, sakemm kull waħda mill-applikazzjonijiet għall-awtorizzazzjoni tintbagħat fuq il-bażi ta’ l-istess ċertifikat IP. L- Artikolu 2 Bilanċ 1. Mhux aktar tard mill-21 ta’ Settembru ta’ kull sena, il-Kummissjoni għandha tħejji l-bilanċ deskritt fl-Artikolu 11 tar-Regolament (KE) Nru 3448/93 u tibagħtu biex jiġi eżaminat mill-Grupp ta’ Esperti dwar kwistjonijiet orizzontali li jikkonċernaw il-kummerċ fi prodotti agrikoli pproċessati li m’humiex elenkati fl-Anness I (minn hawn ’il quddiem imsejjaħ "Grupp ta’ Esperti"). 2. Jekk l-ammont ikkalkolat meħtieġ għar-rifużjoni jeċċedi l-fondi disponibbli, il-kwantitajiet tal-varji prodotti bażiċi, kif identifikati mill-kodiċi tagħhom bi tmien numri tan-Nomenklatura Magħquda, għandhom jiġu stabbiliti skond il-bilanċ. L- Artikolu 3 Pubblikazzjoni inizjali tal-kwantitajiet disponibbli Il-kwantitajiet totali għal kull prodott bażiku stabbiliti bi qbil ma’ l-Artikolu 2(2) għandhom ikunu ppubblikati mhux aktar tard mit-30 ta’ Settembru ta’ kull sena fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej. Ċertifikati jistgħu jingħataw għal dawk il-kwantitajiet fi tliet sezzjonijiet bi qbil ma’ l-Artikoli 21, 22 u 23. L- Artikolu 4 Applikazzjonijiet għaċ-ċertifikati IP 1. Jista’ japplika biss għal ċertifikat IP, operatur li jkun id-detentur titolari ta’ ċertifikat validu ta’ rifużjoni skond ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1520/2000 [6] jew li kien id-detentur titolari ta’ ċertifikat maħruġ matul is-sena preċedenti tal-budget. B'dana kollu, meta t-tieni subparagrafu ta’ l-Artikolu 14(3) tar-Regolament (KE) Nru 1520/2000 jkun japplika, kull operatur li jkun ingħata rifużjoni matul is-sena tal-budget kurrenti jew preċedenti jista’ wkoll japplika għal ċertifikat IP. 2. Għandha ssir applikazzjoni separata għal kull kwantità ta’ prodott bażiku, wieħed, disponibbli, identifikat bil-kodiċi tiegħu tan-nomenklatura ta’ tmien numri. Applikazzjoni waħda biss għal kull sezzjoni tista’ ssir minn kwalunkwe operatur wieħed għal kull prodott bażiku. L-awtorità għandha taċċetta biss applikazzjonijiet għal ċertifikati li għalihom l-applikant ikun ipprovda dikjarazzjoni bil-miktub, għas-sezzjoni konċernata, li ma jkunx għamel u jintrabat li ma jagħmilx applikazzjonijiet oħra għal ċertifikati IP għall-istess prodott bażiku fl-Istat Membru fejn ikun applika, u lanqas f’xi Stat Membru ieħor. Jekk issir aktar minn applikazzjoni waħda għall-istess prodott bażiku, l-applikazzjonijiet kollha għandhom jiġu miċħuda. 3. Il-kwantità totali applikabbli għal kull operatur u għal kull sezzjoni għal kull prodott bażiku m’għandhix teċċedi l-5000 tunnellata metrika għall-prodotti bażiċi koperti bl-organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti tal-ħalib, zokkor u ross, u 20000 tunnellata metrika għall-prodotti bażiċi koperti bl-organizzazzjoni komuni tas-suq fiċ-ċereali. L- Artikolu 5 Preżentazzjoni ta l-applikazzjonijiet għaċ-ċertifikati 1. L-ebda applikazzjoni għal ċertifikat m’għandha tiġi aċċettata sakemm ma tintbagħatx lil jew ma tiġix ippreżentata lill-korp kompetenti fuq formoli stampati u/jew mimlija skond l-Artikolu 9. B'dana kollu, l-korpi kompetenti jistgħu jaċċettaw bħala applikazzjonijiet validi telekomunikazzjonijiet miktuba jew messaġġi elettroniċi, sakemm jkun fihom it-tagħrif kollu li kien ikun ġie inkluż fil-formola kieku din ġiet użata. L-Istati Membri jistgħu jitolbu li telekomunikazzjoni miktuba u/jew messaġġ elettroniku għandhom jiġu segwiti b’applikazzjoni fuq il-formola stampata jew mimilja skond l-Artikolu 9, mibgħuta u mwassla direttament għand il-korp kompetenti; f’dawn il-każi id-data li fiha t-telekomunikazzjoni miktuba jew il-messaġġ eletroniku jkun wasal għand il-korp kompetenti għandha titqies bħala l-jum li fiha tkun ġiet ippreżentata l-applikazzjoni. Din il-kondizzjoni meħtieġa m’għandhiex taffettwa l-validità ta’ l-applikazzjonijiet mibgħuta permezz ta’ telekomunikazzjoni miktuba jew messaġġ elettroniku. Meta applikazzjonijiet għal ċertifikati jintbagħtu elettronikament, l-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istat Membru għandhom jistabbilixxu kif il-firma bil-miktub għandha tiġi ssostitwita b’metodu ieħor, li jista’ jiġi bbażat fuq l-użu ta’ kodiċi. 2. Applikazzjonijiet għal ċertifikati jistgħu jiġu kkanċellati biss b’ittra, telekomunikazzjoni miktuba jew messaġġ elettroniku li jasal għand l-awtorità kompetenti sas-1 p.m. tal-jum li fih tkun ġiet ippreżentata l-applikazzjoni, barra minn f’’każi ta’ force majeure. L- Artikolu 6 Proċedura tal- preżentazzjoni ta’ l-applikazzjonijiet 1. Il-jum li fih tiġi ppreżentata applikazzjoni għal ċertifikat hu dak il-jum li fih tasal għand il-korp kompetenti, basta li tasal mhux aktar tard mis-1 p.m., irrispettivament jekk l-applikazzjoni titwassalx direttament għand il-korp kompetenti jew tintbagħat lilu permezz ta’ ittra jew telekomunikazzjoni miktuba jew messaġġ elettroniku. 2. Applikazzjoni għal ċertifikat li tasal għand il-korp kompetenti jew nhar ta’ Sibt, jew nhar ta' Ħadd jew f’ġurnata ferjali jew wara s-1 p.m. ta’ jum tax-xogħol għandha titqies li tkun intbagħtet fl-ewwel jum tax-xogħol li jiġi wara l-jum li fih tkun fil-fatt waslet. 3. Meta perjodu ta’ numru speċifikat ta’ jiem jiġi stabbilit biex jiġu ppreżentati l-applikazzjonijiet għaċ-ċertifikati jew meta l-aħħar jum tal-perjodu jkun s-Sibt, il-Ħadd jew ġurnata ferjali, il-perjodu kkonċernat għandu jintemm fis-1 p.m ta’ l-ewwel jum tax-xogħol segwenti.. Iżda, dawn l-estensjonijiet m’għandhomx jiġu kkonsidrati biex jiġi ddeterminat il-perijodu ta’ validità taċ-ċertifikat. 4. Il-limiti taż-żmien speċifikati f’dan ir-Regolament huma fil-ħin lokali tal-Belġju. L- Artikolu 7 Rifjut ta’ l-applikazzjonijiet L-applikazzjonijiet li jkun fihom kondizzjonijiet li ma hemmx provvediment dwarhom fir-regoli tal-Komunità għandhom jiġu rrifjutati. L- Artikolu 8 Estratti Estratti minn ċertifikati għandu jkollhom l-istess effetti legali bħaċ-ċertifikati li minnhom ikunu ġew estratti, fil-limiti tal-kwantità li għalihom ikunu nħarġu dawk l-estratti. L- Artikolu 9 Speċifikazzjonijiet għall-użu u disinn tal-formoli: 1. Mingħajr preġudizzju għat-tieni subparagrafu ta’ l-Artikolu 5(1) u l-Artikolu 11(1), applikazzjonijiet għaċ-ċertifikati, iċ-ċertifikati u l-estratti minnhom għandhom isiru fuq il-formoli li jkunu konformi mal-kampjuni elenkat fl-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 1291/2000 taħt l-intestatura "Ċertifikat ta’ Importazzjoni AGRIM", bla ħsara għall-bidliet li ġejjin: (a) jew it-titolu "Ċertifikat ta’ importazzjoni AGRIM" għandu jitneħħa jew jitħassar, jew inkella "ċertifikat IP" għandu jiġi ittimbrat fuqu. Dan jista’ jinkiseb b’mezzi mekkaniċi jew elettroniċi; (b) is-sezzjonijiet 7 u 8 huma mħassra; (ċ) it-titolu tas-sezzjoni 11 huwa mħassar; (d) is-sezzjoni 19 tal-mudell taċ-ċertifikat hija mħassra; (e) id-daħla "ċertifikat IP għall-manifattura ta’ oġġetti mhux koperti bl-Anness I u li hemm referenza dwarhom fl-Artikolu 1(1) tar-Regolament (KE) Nru 1520/2000" għandha ssir jew bl-idejn jew b’mezzi mekkaniċi jew elettroniċi, fis-sezzjoni 20 tal-mudell ta’ l-applikazzjoni għal ċertifikat u fis-sezzjoni 24 tal-mudell taċ-ċertifikat. Dawk il-formoli għandhom jimtlew skond l-istruzzjonijiet mogħtija fihom. 2. Il-formoli taċ-ċertifikati għandhom ikunu magħmula minn settijiet li jkun fihom il-kopja Nru 1, il-kopja Nru 2 u l-applikazzjoni, flimkien ma’ kopji żejda taċ-ċertifikat, f’dak l-ordni. B'dana kollu, l-Istati Membri jistgħu jeħtieġu li l-applikanti jimlew formola ta’ l-applikazzjoni biss, minflok is-settijiet li dwarhom hemm provvediment fis-subparagrafu preċedenti. Meta l-kwantità li għaliha jinħareġ ċertifikat tkun anqas mill-kwantità li tkun inizjalment saret applikazzjoni għaliha, il-kwantitajiet li għalihom tkun saret l-applikazzjoni għandhom jiddaħħlu biss fuq il-formola ta’ l-applikazzjoni. Il-formoli għall-estratti minn ċertifikat għandhom ikunu magħmula minn settijiet li jkun fihom il-kopja Nru 1 u l-kopja Nru 2, f’dak l-ordni. 3. Il-formoli, inklużi paġni ta’ estensjoni, għandhom jiġu stampati fuq karta bajda ħielsa minn polpa mekkanika, tajba għall-kitba u tiżen ta’ l-anqas 40 gramma kull metru kwadru. Id-daqs tagħhom għandu jkun ta’ 210 x 297 mm, bid-daqs tagħhom ivarja bejn 5 mm taħt il-figura msemmija l-aħħar sa 8 mm aktar; l-ispazju tat-tipa bejn il-linji għandu jkun 4,24 mm (parti minn sitta ta’ pulzier); il-format tal-formoli għandu jiġi segwit b’mod preċiż. Iż-żewġ naħat tal-kopja Nru 1 u n-naħa tal-paġni ta’ l-estenzjoni li fuqhom għandhom jidhru l-attribuzzjonijiet għandu jkollhom ukoll disinn guilloche stampat fl-isfond sabiex tinkixef kull falsifikazzjoni b’mezzi mekkaniċi jew kimiċi. L-isfond guilloche għandu jkun aħdar. 4. L-Istati Membri għandhom ikunu responsabbli għall-istampar tal-formoli. Il-formoli jistgħu wkoll jiġi stampati minn stampaturi maħtura mill-Istat Membru li jkunu stabbiliti fih. Fil-każ ta’ l-aħħar, għandha tidher referenza għall-approvazzjoni mill-Istat Membru fuq kull formola. Kull formola għandha jkollha indikazzjoni ta’ l-isem u l-indirizz ta’ l-istampatur jew marka li tkun tippermetti li l-istampatur jiġi identifikat u, ħlief għall-formoli ta’ l-applikazzjoni u paġni ta’ l-estensjoni, numru tas-serje individwali. In-numru għandu jkun ippreċedut bl-ittri li ġejjin skond l-Istat Membru li joħroġ id-Dokument: "AT" għall-Awstrija, "BE" għall-Belġju, "DE" għall-Ġermanja, "DK" għad-Danimarka "EL" għall-Greċja, "ES" għal Spanja, "FI" għall-Finlandja, "FR" għal Franza, "IE" għall-Irlanda, "IT" għall-Italja, "LU" għal-Lussemburgu, "NL" għall-Olanda, "PT" għall-Portugall, "SE" għall-Isvezja u "UK" għar-Renju Unit. Fil-waqt tal-ħruġ tagħhom, iċ-ċertifikati u l-estratti jistgħu jkollhom numru ta’ ħruġ allokat mill- korp tal-ħruġ. 5. L-applikazzjonijiet, iċ-ċertifikati u l-estratti għandhom jimtlew b’mezzi stampati jew kompjuterizzati: Għandhom jiġu stampati u mimlija f’wieħed mill-ilsna uffiċjali tal-Komunità, kif speċifikat mill-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istat Membru tal-ħruġ. B'dana kollu, l-Istati Membri jistgħu jippermettu li l-applikazzjonijiet jinkitbu biss bl-idejn bil-linka u b’ittri kbar. 6. It-timbri tal-korpi tal-ħruġ u ta' l-awtoritjiet li jattribwixxu għandhom jiġu applikati permezz ta’ timbru tal-metall, preferibbilment, magħmul ta’ l-azzar. B'dana kollu, stampa b’tipa bbuzzata flimkien ma’ ittri jew figuri miksuba permezz ta’ perforazzjoni jistgħu’ jintużaw minflok t-timbu tal-korp tal-ħruġ. 7. L-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istati Membri kkonċernati jistgħu, meta jkun hemm bżonn, jirrikjedu li ċ-ċertifikati u l-estratti minnhom jiġu tradotti fl-ilsien uffiċjali jew xi wieħed mill-ilsna uffiċjali ta’ dak l-Istat Membru. L- Artikolu 10 Proċedura għall-ħruġ ta’ estratti 1. Meta ssir applikazzjoni mid-detentur titolari taċ-ċertifikat jew minn dak li jitrasferixxi, mal-preżentazzjoni tal-kopja Nru 1 tad-dokument, estratt wieħed jew aktar tiegħu, jistgħu jinħarġu mill-korp tal-ħruġ jew mill-aġenzija jew aġenziji nominati minn kull Stat Membru. L-estratti għandhom jitħejjew f'mill-anqas f’żewġ kopji, li minnhom l-ewwel waħda, imsejħa "il-kopja tad-detentur" u mmarkata "Nru 1", għandha tkun ipprovduta u indirizzata lill-applikant u t-tieni, imsejħa "il-kopja tal-korp tal-ħruġ" u mmarkata "Nru 2", għandha tinżamm mill-korp tal-ħruġ. Il-korp li joħroġ l-estratt għandu, fuq il-kopja Nru 1 taċ-ċertifikat, idaħħal il-kwantità li għaliha jkun inħareġ l-estratt. Il-kelma "estratt" għandha tiddaħħal ħdejn il-kwantità mdaħħla fuq il-kopja Nru 1 taċ-ċertifikat. 2. Ma jistgħu jsiru l-ebda estratti oħra ta’ l-estratt minn ċertifikat. 3. Il-kopja Nru 1 ta’ estratt li tkun intużat jew li tkun skadiet għandha tintbagħat lura mid-detentur titolari lejn il-korp li jkun ħareġ iċ-ċertifikat, flimkien mal-kopja Nru 1 taċ-ċertifikat li minnu tkun inħarġet, sabiex il-korp ikun jista’ jaġġusta d-dħul fuq il-kopja Nru 1 taċ-ċertifikat fid-dawl ta’ dak li jidher fuq il-kopja Nru 1 ta’ l-estratt. L- Artikolu 11 Ċertifikati elettroniċi 1. Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 9, jistgħu jinħarġu ċertifikati u jiġu użati permezz ta’ sistemi kompjuterizzati skond ir-regoli ddettaljati stabbiliti mill-awtoritajiet kompetenti. Minn hawn il-quddiem dawn iċ-ċertifikati msejħa "ċertifikati elettroniċi". Il-kontenut taċ-ċertifikati elettroniċi għandu jkun identiku ma’ dak taċ-ċertifikati maġħmula fuq karta. 2. Meta d-detenturi titulari jew dawk li għandhom ċertifikati trasferiti lilhom ikollhom bżonn jużaw il-forma elettronika ta' dawn fi Stat Membru li ma jkunx imqabbad mas-sistema kompjuterizzata tal-ħruġ, għandhom jitolbu estratt minnu. Dawk l-estratti għandhom jinħarġu mingħajr dewmien u mingħajr -ebda nefqa addizzjonali fuq il-formola kif ipprovdut fl-Artikolu 9(1). Fl-Istati Membri imqabbdin ma’ sistema ta’ ħruġ kompjuterizzata, dawk l-estratti għandhom jinħarġu fuq il-formola ta’ l-estratt tal-karta. L- Artikolu 12 Numru ta’ kopji taċ-ċertifikati IP Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 11, iċ-ċertifikati għandhom jitħejjew ta’ l-anqas f’żewġ kopji, li l-ewwel waħda imsejħa "il-kopja tad-detentur" u mmarkata "Nru 1", għandha tkun ipprovduta mingħajr dewmien u indirizzata lill-applikant u t-tieni, imsejħa "il-kopja tal-korp tal-ħruġ" u mmarkata "Nru 2", għandha tinżamm mill-korp tal-ħruġ. L- Artikolu 13 Validità taċ-ċertifikat IP 1. Iċ-ċertifikati IP għandhom ikunu validi sat-tmiem tat-tielet xahar li jiġi wara dak li fih tkun saret l-applikazzjoni għalihom. 2. Sabiex jiġi ddeterminat il-perjodu tagħhom ta’ validità, iċ-ċertifikati għandhom jitqiesu li jkunu nħarġu fil-jum li fih tkun ġiet ippreżentata l-applikazzjoni, b’dak il-jum jiġi inkluż fil-kalkolu ta’ dak il-perjodu ta’ validità. B'dana kollu, ċ-ċertifikati ma jistgħux jintużaw qabel ma jinħarġu fil-fatt. 3. Matul il-perjodu ta’ validità, mal-preżentazzjoni tal-kopja Nru 1 taċ-ċertifikat IP jew ta’ estratt minnu, l-operatur jista’, skond il-kondizzjonijiet stabbiliti fir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nr 2454/93 [7] jagħmel applikazzjoni waħda lill-awtoritajiet tad-dwana fi Stat Membru għall-awtorizzazzjoni ta’ l-użu tal-proċedura ta’ l-ipproċessar intern għall-kwantità tal-prodott bażiku li tkun anqas jew daqs il-kwantità li jkun hemm referenza għaliha fiċ-ċertifikat jew l-estratt. Il-kondizzjonijiet ekonomiċi li hemm referenza ġħalihom fl-Artikolu 117(ċ) tar-Regolament (KEE) Nru 2913/92 għandhom għalhekk jitqiesu li jkunu ġew sodisfatti. Madanakollu, it-tieni applikazzjoni tista’ tiġi sussegwentement aċċettata skond it-termini ta’ l-Artikolu 14. L-awtorità tad-dwana għandha tiddikjara fit-taqsima 2 ta’ l-ewwel sezzjoni tal-kolonna 29 u fl-ewwel sezzjoni tal-kolonna 30 tal-kopja Nru 1 il-kwantità li attwalment tkun saret l-applikazzjoni għaliha. L-awtorità tad-dwana għandha tiffirma l-ewwel Sezzjoni tal-kolonna 32 ta’ l-oriġinal tal-kopja Nru 1 u tittimbraha biex tiċċertifika d-data li fiha tkun ġiet ippreżentata l-applikazzjoni. L-awtorità tad-dwana għandha imbagħad tibgħat l-oriġinal tal-kopja Nru 1 debitament mimlija lejn il-korp tal-ħruġ speċifikat fis-sezzjoni 1 fi żmien 15-il jum tax-xogħol. Jekk, b'dana kollu jiġi applikat, l-Artikolu 14(1), għandha tibgħat kopja mimlija tal-kopja Nru 1 lill-korp tal-ħruġ u żżomm l-oriġinali. Jekk iċ-ċertifikat ikun elettroniku, il-proċedura tista’ ssir elettronikament. L- Artikolu 14 It-tieni applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni 1. Fuq it-talba ta’ l-operatur, u qabel ma l-applikazzjoni għall-ewwel awtorizzazzjoni ta’ l-ipproċessar intern tkun intbagħtet, il-korp tal-ħruġ jew il-korp innominat minn kull Stat Membru (jew xi wieħed minn dawn il-korpi, jekk aktar mnn wieħed ikun ġie nnominat) għandu jdaħħal dan li ġej, debitament komplut, fis-sezzjoni 20 taċ-ċertifikat jew, meta xieraq ta’l-estratt: - Solicitud de segunda autorización prevista por […] para la admisión del producto de código NC (…) con arreglo al apartado 2 del artículo 1 del Reglamento (CE) no 1488/2001 - Påtænkt ansøgning om anden tilladelse fra… med henblik på henførsel of produktet… (KN-koden anføres) i henhold til artikel 1, stk. 2, i forordning (EF) nr. 1488/2001 - Antrag auf eine zweite Bewilligung vorgesehen von…, zwecks Überführung des Erzeugnisses der KN-Position… gemäß Artikel 1 Absatz 2 der Verordnung (EG) Nr. 1488/2001 - Application by…for a second authorisation for the placement of the product (insert CN code) in accordance with Article 1(2) of Regualtion (EC) No 1488/2001. - Demande de deuxième autorisation envisagée par… pour le placement de produit de code NC… conformément à l'article 1 paragraphe 2 du règlement (CE) no 1488/2001 - Domanda di seconda autorizzazione, richiesta da… per l'iscrizione del prodotto del codice NC… ai sensi dell'articolo 1, paragrafo 2, del regolamento (CE) n. 1488/2001 - Aanvraag voor een tweede vergunning van… voor de plaatsing van het product met GN-code… overeenkomstig artikel 1, lid 2, van Verordening (EG) nr. 1488/2001 - Pedido de segunda autorização previsto por… para a colocação do produto do código NC… em conformidade com o n.o 2 do artigo 1.o do Regulamento (CE) n.o 1488/2001 - Toinen lupahakemus, jonka tekee…, tuotteen, jonka CN-koodi on…, saattamiseksi sisäiseen jalostusmenettelyyn asetuksen (EY) N:o 1488/2001 1 artiklan 2 kohdan mukaisesti - En andra tillståndsansökan planeras av… för aktiv förädling av en produkt med KN-kod… enligt artikel 1.2 i förordning (EG) nr 1488/2001. L-operatur jista’ jaħtar applikant wieħed biss għat-tieni awtorizzazzjoni u għal prodott wieħed biss, u jista’ jirrikjedi biss daħla waħda. Barra minn hekk, il-korp f'dak il-każ għandu jistampa d-daħla biex jiċċertifika id-data li fiha tkun saret. 2. L-operatur - detentur ta’ l-ewwel awtorizzazzjoni - għandu jinnotifika lill-awtorità tad-dwana bil-kwantità tal-prodott li hemm referenza għalih fid-daħla mogħtija fit-tieni subparagrafu tal-paragrafu 1. Meta tirċievi n-notifika li hemm referenza għaliha fis-subparagrafu preċedenti, l-awtorità tad-dwana għandha żżid fis-sezzjoni 20 taċ-ċertifikat, dan li ġej, debitament komplut, wara d-daħla li hemm referenza għaliha fil-paragrafu 1: - Por una cantidad de… kg - For … kg - Fur eine Menge von… kg - For …kg - Pour une quantité de… Kg - Per una quantità di… kg - Voor een hoeveelheid van… kg - Para uma quantidade de… kg - Määrälle… kg - För en kvantitet på… kg. 15-il jum tax-xogħol wara n-notifika msemmija fl-ewwel subparagrafu, l-awtorità tad-dwana għandha tibgħat l-oriġinal tal-kopja Nru 1 lill-korp tal-ħruġ speċifikat fis-sezzjoni 1. 3. Malli jirċievi l-kopja Nru 1 skond il-paragrafu 2, il-korp konċernat għandu jikkalkola n-numru ta’ jiem kalendarji li jikkorrispondu mal-perjodu ta’ validità li jkun baqa’, b’referenza għad-data li fha l-applikazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu ta’ l-Artikolu 13(3). Xahar sħiħ jiġi meqjus li għandu 30 jum. 4. Id-detentur taċ-ċertifikat għandu, fil-jum li fih joħroġ in-notifika msemmija fil-paragrafu 2, jitlob li d-drittijiet jiġu ttrasferiti jew, skond il-każ, jiġu trasferiti lura lill-operatur msemmi fil-paragrafu 1, skond l-Artikolu 15. 5. Fuq it-talba ta’ l-operatur msemmi fid-daħla tal-paragrafu 1 ta’ hawn fuq, il-korp konċernat għandu jibgħat lura ċ-ċertifikat wara li jagħmel t-trasferiment jew, skond il-każ, it-trasferiment lura msemmi fil-paragrafu 4, u wara li jagħmel id-daħla, debitament mimlija, fis-sezzjoni 11: - Nueva fecha de fin de validez:… - Ny udløbsdato… - Neues Ende der Gültigkeitsdauer:… - New expiry date:… - Nouvelle date de fin de validité le… - Nuova data di scadenza della validità:… - Nieuwe datum waarop geldigheidsduur afloopt:… - Nova data de termo de validade:… - Uusi voimassaolon päättymispäivä on… - Ny sista giltighetsdag… Id-data l-ġdida tal-iskadenza għandha tiġi kkalkolata billi jiżdied il-perjodu kkalkolat fil-paragrafu 3 mad-data li fiha tasal l-applikazzjoni msemmija fis-subparagrafu preċedenti. 6. Matul il-perjodu ta’ validità, mal-preżentazzjoni tal-kopja Nru 1 taċ-ċertifikat IP jew l-estratt, l-operatur jista’ jibgħat lill-awtorità tad-dwana ta’ Stat Membru, skond it-termini stabbiliti fir-Regolament (KEE) Nru 2454/93, applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni ta’ pproċessar intern għall-kwantità anqas minn jew ugwali għall-kwantità tal-prodott speċifikat fiċ-ċertifikat jew l-estratt skond il-paragrafu 1. Il-kondizzjonijiet ekonomiċi msemmija fl-Artikolu 117(c) tar-Regolament (KEE) Nru 2913/92 għandhom jitqiesu bħala li jkunu ġew sodisfatti. L-awtorità doganali għandha tiddikjara l-kwantità li għaliha attwalment tkun saret l-applikazzjoni fis-Sezzjoni 2 tal-kolonna 29 u fis-sezzjoni 2 tal-kolonna 30 tal-kopja Nru 1 taċ-ċertifikat. L-awtorità doganali għandha tiffirma l-oriġinal tal-kopja Nru 1 u tittimbraha biex tiċċertifika d-data li fiha tkun intbagħtet l-applikazzjoni fit-tieni sezzjoni tal-kolonna 32 ta’ l-oriġinal tal-kopja Nru 1. L-awtoritat tad-dwana għandha tibgħat l-oriġinal tal-kopja Nru 1 debitament mimlija lill-korp tal-ħruġ speċifikat fis-sezzjoni 1 fi żmien 15-il jum tax-xogħol. 7. Jekk iċ-ċertifikat ikun elettroniku, il-proċedura tista’ ssir elettronikament. L- Artikolu 15 Trasferiment ta’ drittijiet 1. Id-drittijiet li joħorġu minn ċertifikati għandhom ikunu trasferibbli mid-detentur titolari tagħhom matul il-perjodu tal-validità tagħhom. Dak it-trasferiment jista’ jsir favur persuna waħda biss għal kull ċertifikat jew estratt tiegħu. 2. Persuna li lilha jkunu ġew trasferiti d-drittijiet li joħorġu miċ-ċertifikati ma jistgħux jerġgħu jittrasferixxu d-drittijiet tagħhom jekk mhux lura lid-detentur titulari. F’dawk il-każi, għandha ssir waħda mid-daħliet li ġejjin mill-korp tal-ħruġ fis-sezzjoni 6 taċ-ċertifikat: - Retrocesión al titular el… - Tilbageføring til indehaveren den… - Rückübertragung auf den Lizenzinhaber am… - Rights transferred back to the titular holder on… (date) - Rétrocession au titulaire le… - Retrocessione al titolare in data… - Aan de titularis geretrocedeerd op… - Retrocessão ao titular em… - Palautus todistuksenhaltijalle… - Återbördad till licensinnehavaren den… 3. Fil-każ ta’ talba għal trasferiment mid-detentur titulari jew trasferiment lura lid-detentur titulari, mill-korp tal-ħruġ jew l-aġenzija jew aġenziji maħtura minn kull Stat Membru għandha ddaħħal dan li ġej fuq iċ-ċertifikat, jew fejn japplika fuq l-estratt minnu: (a) l-isem u l-indirizz ta’ persuna li lilha jkunu ġew trasferiti d-drittijiet li joħorġu miċ-ċertifikati jew id-daħla msemmija fil-paragrafu 2; (b) id-data ta’ dik id-daħla ċċertifikata bit-timbru tal-korp jew tal-aġenzija. 4. It-trasferiment jew trasferiment lura lid-detentur titulari għandu jkollu effett mid-data tad-daħla. L- Artikolu 16 Effetti tad-dħul magħmula mill-awtoritajiet ta’ Stat Membru Iċ-ċertifikati u l-estratti maħruġa u d-daħliet u l-endorsjar magħmula mill-awtoritajiet ta’ Stat Membru għandu jkolhom effetti legali f’kull wieħed mill-Istati Membri l-oħra bħala dokumenti maħruġa u dħul u l-endorsjar magħmula mill-awtoritajiet ta’ dawn l-Istati Membri. L- Artikolu 17 Dħul żbaljati magħmula fuq ċertifikati 1. Id-dħul magħmula fuq iċ-ċertifikati jew l-estratti ma jistgħux jinbidlu wara l-ħruġ tagħhom. 2. Meta jkun hemm dubju dwar l-eżattezza ta’ dħul fuq ċertifikat jew estratt, dak iċ-ċertifikat jew l-estratt għandu, fuq l-inizjattiva tal-parti kkonċernata jew ta’ l-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istat Membru konċernat, jiġi mibgħut lura lill-korp tal-ħruġ. Jekk il-korp ta’ ħruġ iqis li tkun meħtieġa korrezzjoni, għandu jirtira l-estratt jew iċ-ċertifikat kif ukoll estratti maħruġa qabel għandu joħroġ mingħajr dewmien estratt ikkoreġut jew ċertifikat ikkoreġut u l-estratti kkorreġuti korrispondenti. Fuq dokumenti bħal dawn, li għandhom jinkludu d-daħla "ċertifikat ikkoreġut fi…" jew "estratt ikkoreġut fi…". Id-dħul kollha ta’ qabel għandu jiġu riprodott fuq kull kopja. Meta l-korp tal-ħruġ ma jqisx li jkun meħtieġ li ċ-ċertifikat jew l-estratt jiġi kkoreġut, għandu jdaħħal fuqu l-endorsjar "verifikat fi… bi qbil ma’ l-Artikolu 17 tar-Regolament (KE) Nru 1488/2001" u jpoġġi t-timbru tiegħu. L- Artikolu 18 Ritorn taċ-ċertifikat lill-korp tal-ħruġ 1. Fuq it-talba tal-korp tal-ħruġ, id-detentur titulari għadu jibgħat lura ċ-ċertifikat u l-estratti tiegħu. 2. Meta d-dokument iddisputat jiġi mibgħut lura jew miżmum bi qbil ma’ dan l-Artikolu jew l-Artikolu 17, l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti għandhom jekk mitluba jagħtu riċevuta lill-parti kkonċernata. L- Artikolu 19 Verifika ta’ awtentiċità 1. Fejn ikun hemm dubju dwar l-awtenċità ta’ ċertifikat jew estratt, jew xi dħul jew endorsajr fuqhom, l-awtoritajiet kompetenti nazzjonali għandhom jibagħtu lura dan id-dokument dubjuż, jew fotokopja tiegħu, lejn l-awtoritajiet ikkonċernati għall-verifika. Id-dokumenti jistgħu wkoll jintbagħtu lura għal random check; f’dan il-każ għandha tintbagħat lura biss fotokopja tad-dokument. 2. Meta d-dokument iddisputat jiġi ritornat skond il-paragrafu 1, l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti għandhom fuq talba jagħtu riċevuta lill-parti kkonċernata. L- Artikolu 20 Telf ta’ ċertifikat Fejn id-detentur jew il-persuna li lilha jkunu ġie trasferit iċ-ċertifikat IP ikunu jistgħu jipprovaw għas-sodisfazzjon ta’ l-awtorità kompetenti li sew ċ-ċertifikat jew l-estratt minnu ma kienx ġie użat kollu kemm hu jew in parti u li ma jistax jintuża aktar, partikolarment għaliex ikun ġie distrutt kollu kemm hu jew parzjalment, il-korp li jkun ħareġ iċ-ċertifikat oriġinali għandu joħroġ ċertifikat jew estratt ieħor minn floku għall-kwantità ta’ l-oġġetti ugwali għal dik il-kwantità li jkun fadal. Ċertifikati jew estratti ta’ bdil għandu jkun fih it-tagħrif u d-dħul li jidhru fuq id-dokument li jkun inħareġ minfloku. L- Artikolu 21 L-ewwel sezzjoni ta’ l-ħruġ ta’ ċertifikati IP - koeffiċjent ta’ tnaqqis 1. Għall-għanijiet ta’ l-ewwel sezzjoni ta’ ħruġ ta' ċertifikati, il-kwantitajiet ta’ prodotti bażiċi ppubblikati skond l-Artikolu 3 għandhom jiġu koperti sal-limitu ta’ 60 %. Wara d-data tal-pubblikazzjoni li msemmija fl-Artikolu 3 u mhux aktar tard mill-14 ta’ Ottubru ta’ kull sena, kull operatur jista’ japplika għal ċertifikat IP wieħed għal kull prodott bażiku. 2. Sal-21 ta’ Ottubru l-aktar tard, l-Istati Membri għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni dwar l-applikazzjonijiet għal kull prodott bażiku, waqt li jiddikjaraw il-kwantità li għaliha tkun saret applikazzjoni u l-isem tal-kumpanija tal-operatur ikkonċernat. 3. Waqt li tuża l-kwantitajiet imsemmija fl-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 1, il-Kummissjoni għandha, jekk meħtieġ, tistabbilixxi koeffiċjent tat-tnaqqis għal kull prodott bażiku. Il-Kummissjoni għandha tippubblika l-koeffiċjent/i fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej fi żmien ħamest ijiem tax-xogħol mid-data mogħtija fil-paragrafu 2. Fejn meħtieġ, fi żmien ħamest ijiem tax-xogħol mid-data mogħtja fil-paragrafu 2, hi għandha tinforma lill-Istati Membri kkonċernati bl-applikazzjonijiet li jkunu ġew miċħuda minħabba li jkunu saru mil-istess operatur f’diversi Stati Membri u għall-istess prodott bażiku. 4. Fi żmien ħamest ijiem tax-xogħol mit-tmiem tal-perjodu speċifikat fit-tielet subparagrafu, l-awtorità kompetenti ta’ l-Istat Membru tista’ toħroġ iċ-ċertifikati li għalihom tkun saret applikazzjoni. 5. Jekk ikun ġie stabbilit koeffiċjent ta’ tnaqqis, iċ-ċertifikati maħruġa għal kull applikazzjoni għandhom jinkludu il-kwantità tal-prodott bażiku mitlub immoltiplikat bil-koeffiċjenti ta’ tnaqqis konċernat. Il-korp tal-ħruġ għandu jindika fis-sezzjonijiet 17 u 18 il-kwantità li għaliha jkun inħareġ iċ-ċertifikat. L- Artikolu 22 It-tieni u t-tielet pubblikazzjoni ta’ kwantitajiet disponibbli Il-Kummissjoni, waqt li tikkonsidra l-volumi prevvisti ta’ l-esportazzjoni tal-prodotti kkonċernati u s-sitwazzjoni tas-suq għal kull prodott bażiku, għandha regolarment tirrevedi l-bilanċ u tibagħtu għall-eżami tal-Grupp ta’ l-Esperti. Fejn jiġi stimat li l-ammont ta’ rifużjonijiet dovuti huwa akbar mir-riżorsi finanzjarji disponibbli, u wara li jiġu kkonsidrati il-kwantitajiet diġà mogħtija permezz taċ-ċertifikati u l-kwantitajiet mhux użati li bihom il-Kummissjoni tkun ġiet infurmata skond l-Artikolu 25, il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi l-bqija tal-kwantità disponibbli għal kull prodott bażiku. Dan għandu jkun is-suġġett tat-tieni pubblikazzjoni fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej sa mhux aktar tard mill-31 ta’ Jannar ta’ kull sena u tat-tielet pubblikazzjoni sa mhux aktar tard mill-31 ta’ Mejju ta’ kull sena. L- Artikolu 23 It-tieni u t-tielet sezzjonijiet ta’ ħruġ ta’ ċertifikati IP - koeffiċjent ta’ tnaqqis 1. Għall-għanijiet tat-tieni sezzjoni ta’ ċertifikati maħruġa, il-kwantitajiet ta’ prodotti bażiċi ppubblikati skond it-tieni subparagrafu ta’ l-Artikolu 22 għandhom jiġu koperti sal-limitu ta’ 60 %. Għall-għanijiet tat-tielet sezzjoni ta’ ċertifikati maħruġa, il-kwantitajiet ta’ prodotti bażiċi ppubblikati skond t-tieni subparagrafu ta’ l-Artikolu 22 għandhom jiġu koperti sal-limitu ta’ 100 %. 2. Kull operatur jista’ japplika għal ċertifikat IP għal kull prodott bażiku fi żmien għaxart ijiem tax-xogħol wara l-pubblikazzjoni msemmija fit-tieni subparagrafu ta’ l-Artikolu 22. 3. Fi żmien ħamest ijiem tax-xogħol mit-tmiem tal-perjodu deskritt fil-paragrafu 2, l-Istati Membri għandhom jinformaw lill-Kummissjoni bil-kwantitajiet totali li għalihom tkun saret applikazzjoni għal kull prodott bażiku, waqt li jiddikjaraw il-kwantità li għaliha tkun saret applikazzjoni u l-isem tan-negozju tal-operatur ikkonċernat. 4. Waqt li tuża l-kwantitajiet ippubblikati skond l-Artikolu 22, il-Kummissjoni għandha, jekk meħtieġ, tiffissa koeffiċjent ta’ tnaqqis għal kull prodott bażiku. 5. Il-proċedura stabbilita fit-tieni u t-tielet subparagrafi ta’ l-Artikolu 21(3) u l-Artikolu 21(4) u (5) għandha tgħodd. L- Artikolu 24 Ħruġ taċ-ċertifikati IP b’urġenza Matul is-sena tal-budget, waqt li jiġu kkonsidrati l-kwantitajiet diġà mogħtija permezz taċ-ċertifikati u l-kwantitajiet mhux użati li bihom tkun ġiet infurmata skond l-Artikolu 25, il-Kummissjoni tista’, f’każ ta’ urġenza, tistabbilixxi l-bqija tal-kwantità disponibbli għal kull prodott bażiku identifikat bil-kodiċi ta’ nomenklatura tiegħu ta’ tmien numri. Dan għandu jiġi ppubblikat fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej. Il-proċedura provduta fl-Artikolu 23(2), (3), (4) u (5) għandha tapplika. Il-Kummissjoni għandha l-ewwel tibgħat il-bilanċ relevanti għall-eżami tal-Grupp ta’ l-Esperti. L- Artikolu 25 Informazzjoni statistika 1. Sal-15 ta’ Marzu ta’ kull sena tal-budget, l-Istati Membri, fuq il-bażi tal-komunikazzjonijiet imsemmija fl-ewwel subparagrafu ta’ l-Artikolu 13(3), għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni l-kwantitajiet totali ta’ kull prodott bażiku li għalihom tkun ingħatat awtorizzazzjoni doganali u li għalihom ikun inħareġ ċertifikat skond l-Artikolu 21. 2. Sal-15 ta’ Ottubru ta’ kull sena tal-budget, l-Istati Membri, fuq il-bażi tal-komunikazzjonijiet imsemmija fl-ewwel subparagrafu ta’ l-Artikolu 13(3), għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni l-kwantitajiet totali ta’ kull prodott bażiku li għalihon tkun ingħatat awtorizzazzjoni doganali u li għalihom ikun inħareġ ċertifikat skond l-Artikoli 23 u 24. 3. Sa’ l-1 ta’ Mejju tas-sena tal-budget li ssegwi dik li fiha jkunu ngħataw l-awtorizzazzjonijiet doganali skond dan ir-Regolament, l-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni il-kwantitajiet attwali ta’ kull prodott bażiku importat permezz ta' dawn l-awtorizzazzjonijiet. L- Artikolu 26 Assistenza reċiproka u komunikazzjonijiet lill-Kummissjoni 1. Fejn meħtieġ għall-applikazzjoni xierqa ta’ dan ir-Regolament, l-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istati Membri għandhom jagħmlu skambju tat-tagħrif dwar iċ-ċertifikati u l-estratti minnhom u dwar l-irregolaritajiet u l-ksur tal-liġi dwarhom. 2. L-Istati Membri għandhom javżaw lill-Kummissjoni malli jkun jafu b’kull irregolarità jew ksur tal-liġi fir-rigward ta’ dan ir-Regolament. 3. L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni l-ismijiet u l-indirizzi tal-korpi li joħorġu ċ-ċertifikati u l-estratti minnhom. Il-Kummissjoni għandha tippubblika dan it-tagħrif fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej. 4. L-Istati Membri għandhom ukoll jibagħtu lejn il-Kummissjoni l-impressjonijiet tat-timbri uffiċjali u, fejn xieraq, ta’ l-stampi b’tipa ibbuzzata, użati mill-awtoritajiet li għandhom is-setgħa li jaġixxu. Il-Kummissjoni għandha minnufih tinforma b’dan lill-Istati Membri l-oħra. L- Artikolu 27 Dħul fis-seħħ Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fis-seba’ jum ta' wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej. Dan ir-Regolament għandu jkun jorbot fl-intier tiegħu u għandu jkun direttament applikabbli fl-Istati Membri kollha. Magħmul fi Brussel, fid-19 ta’ Lulju 2001. Għall-Kummissjoni Erkki Liikanen Membru tal-Kummissjoni [1] ĠU L 318, ta’ l-20.12.1993, p. 18. [2] ĠU L 298, tal-25.11.2000, p. 5. [3] ĠU L 302, tad-19.10.1992, p. 1. [4] ĠU L 311, tat-12.12.2000, p. 1. [5] ĠU L 152, ta’ l-24.6.2000, p. 1. [6] ĠU L 177, tal-15.7.2000, p. 1. [7] ĠU L 253, 11.10.1993, p. 1. --------------------------------------------------