32001R1274



Official Journal L 175 , 28/06/2001 P. 0014 - 0015


Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1274/2001

tas-27 ta' Ġunju 2001

li jemenda l-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2377/90 li jistabbilixxi proċedura Komunitarja sabiex jiġu stabbiliti l-limiti massimi ta' residue mill-prodotti mediċinali veterinarji fil-prodotti ta' l-ikel li joriġinaw mill-annimali

(Test b'relevanza għall-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2377/90 tas-26 ta' Ġunju 2001 li jistabbilixxi proċedura Komunitarja sabiex tistabbilixxi l-limiti massimi ta' residue mill-prodotti mediċinali veterinarji fil-prodotti ta' l-ikel li joriġinaw mill-annimali [1], kif l-aħħar emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 807/1999 [2], u b'mod partikolari l-Artikoli 6, 7 u 8 tiegħu,

Billi:

(1) Skond ir-Regolament (KEE) Nru 2377/90, il-limiti massimi tar-residue jridu jiġu stabbiliti progressivament għas-sustanzi attivi farmakoloġikament illi jintużaw fil-Komunità fil-prodotti mediċinali veterinarji maħsuba sabiex jiġu amministrati lill-annimali li jipproduċu l-ikel;

(2) Il-limiti massimi tar-residue għandhom jiġu stabbiliti biss wara li jsir eżami fil-Kumitat tal-Prodotti Mediċinali Veterinarji dwar it-tagħrif kollu relevanti li jirrigwarda s-sigurtà tar-residue fis-sustanza interessata għall-konsumatur tal-prodotti ta' l-ikel li joriġinaw mill-annimali u l-impatt tar-residue fuq l-ipproċessar industrijali tal-prodotti ta' l-ikel.

(3) Filwaqt li jkunu qegħdin jiġu stabbiliti l-limiti massimi tar-residue mill-prodotti mediċinali veterinarji fil-prodotti ta' l-ikel li jorġinaw mill-annimali, huwa meħtieġ illi jiġu speċifikati l-ispeċi ta' l-annimali li fihom jistgħu jkunu presenti xi residue, il-livelli li jistgħu jkunu preżenti f'kull waħda mit-tessuti relevanti tal-laħam miksuba mill-annimal ittrattat (target tissue) u n-natura tar-residue li huwa relevanti għas-sorveljanza tar-residue (marker residue)

(4) Għall-kontroll tar-residue, kif ipprovdut fil-leġislazzjoni Komunitarja xierqa, il-limiti massimi tar-residue għandhom normalment jiġu stabbiliti għat-tessuti 'tal-mira' fil-fwied jew fil-kliewi. Madanakollu, il-fwied u l-kliewi spiss jiġu mneħħija mill-karkassi li jkunu qegħdin jimxu fil-kummerċ internazzjonali, u l-limiti massimi tar-residue, għandhom għalhekk ukoll dejjem jiġu stabbiliti għat-tessuti tal-muskoli jew tax-xaħam;

(5) Fil-każ tal-prodotti mediċinali veterinarji maħsuba għalbiex jintużaw fuq l-għasafar li jbidu, l-annimali li jagħtu l-ħalib jew in-naħal ta' l-għasel, il-limiti massimi tal-residue jridu jiġu stabbiliti wkoll għall-bajd, il-ħalib u l-għasel.

(6) Il-melossikan u t-tilmikosin għandhom jiddaħħlu fl-Anness I tar-Regolament (KEE) Nru 2377/90;

(7) Għandu jitħalla perjodu adegwat taż-żmien qabel id-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament sabiex l-Istati Membri jkunu jistgħu jagħmlu kull aġġustament li jista' jkun meħtieġ għall-awtorizzazzjonijiet sabiex jitqiegħdu fis-suq il-prodotti mediċinali veterinarji interessati liema awtorizzazzjonijiet ikunu ngħataw b'mod konformi mad-Direttiva tal-Kunsill 81/851/KEE [3], kif l-aħħar emendata bid-Direttiva 2000/37/KE [4], sabiex jitqiesu d-disposizzjonijiet ta' dan ir-Regolament;

(8) Il-miżuri pprovduti f'dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti tal-Prodotti Mediċinali Veterinarji,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness I mar-Regolament (KEE) Nru 2377/90 huwa hawnhekk emendat kif iddikjarat fl-Anness ma' dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Għandu jibda japplika mis-60 jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussel, fis-27 ta' Ġunju 2001.

Għall-Kummissjoni

Erkki Liikanen

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 224, tat-18.8.1990, pġ. 1.

[2] ĠU L 118, tas-27.4.2001, pġ. 6.

[3] ĠU L 317, tas-6.11.1981, pġ. 1.

[4] ĠU L 139, ta’ l-10.6.2000, pġ. 25.

--------------------------------------------------

ANNESS

A. L-Anness I mar-Regolament (KEE) Nru 2377/90 huwa emendat kif ġej:

1. L-aġenti kontra l-infezzjonijiet

1.2. L-antibijotiċi

1.2.4. Il-makrolidi

"Is-sustanza farmakoloġikament attiva | Marker Residue | L-ispeċi ta'l-annimali | L-MRLijiet | Target tissue | Disposizzjonijiet oħra |

It-tilmikosin | It-tilmikosin | Id-dundjan | 75 μg/kg | Il-muskolu | |

75 μg/kg | Il-ġilda u x-xaħam | |

1000 μg/kg | Il-fwied | |

250 μg/kg | Il-kliewi" | |

4. L-aġenti kontra l-infjammazzjonijiet

4.1. L-aġenti mhux sterojdali kontra l-infjammazzjonijiet

4.1.4. Id-derivattivi ta' l-ossikam

"Is-sustanza farmakoloġikament attiva | Marker residue | L-ispeċji ta'l-annimali | L-MRLijiet | Target tissue | Disposizzjonijiet oħra |

Il-melossikan | Il-melossikan | Il-porċini | 20 μg/kg | Il-muskolu | |

65 μg/kg | Il-fwied | |

65 μg/kg | Il-kliewi" | |

--------------------------------------------------