32001R1260



Official Journal L 178 , 30/06/2001 P. 0001 - 0045


Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1260/2001

tad-19 ta' Ġunju 2001

dwar l-organizzazzjoni komuni tas-swieq fis-settur taz-zokkor

IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikoli 36 u 37 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni [1],

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew [2],

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali [3],

Billi:

(1) Sabiex taħdem sewwa, il-politika komuni agrikola għandha bżonn ta' organizzazzjoni komuni tas-swieq fis-settur taz-zokkor li jkopru, partikolarment, iz-zokkor u x-xiropp ta' l-insulina, li huma sostituti likwidi għaz-zokkor.

(2) Sabiex jintlaħqu l-miri tal-politika komuni agrikola, u partikolarment sabiex ikun assigurat li dawk li jkabbru l-pitravi taz-zokkor u z-zokkor tal-kannamieli fil-Komunità jkomplu jibbenifikaw mill-garanziji neċessarji fir-rigward ta' l-impjieg u l-livell ta' l-għixien, is-suq taz-zokkor għandu jkun stabbilizzat. Dan l-oġġettiv jista' jintlaħaq billi l-aġenziji li jintervjenu jitħallew jixtru z-zokkor. Għal din ir-raġuni, il-prezz ta' l-intervent għaz-zokkor abjad għandu jkun iffissat f'żoni li m'għandhomx defiċit, kif ukoll bħala prezz ta' l-intervent għaz-zokkor mhux maħdum, u, kull sena għal kull waħda miż-żoni tad-defiċit, prezz ta' l-intervent idderivat għaz-zokkor abjad u, jekk neċessarju, għaz-zokkor mhux maħdum. Il-prezz ta' l-intervent għandu jkun iffissat f'livell li jassigura introjtu ġust għall-produtturi taz-pitravi taz-zokkor u zokkor tal-kannamieli filwaqt li tittieħed konsiderazzjoni ta' l-interessi tal-konsumaturi. Garanziji bħal dawn fil-prezz taz-zokkor jibbenifikaw anki x-xiropp taz-zokkor, isoglukożi u x-xiropp ta' l-insulina, li l-prezzijiet tagħhom jiddependu fuq il-prezzijiet taz-zokkor. Minħabba l-perspettiva finanzjarja u r-regoli tal-budget adottati mill-Kunsill Ewropew f'Berlin f'Marzu ta' l-1999, il-prezzijiet ta' sostenn fis-settur taz-zokkor għandhom ikunu ffissati għat-tul kollu ta' l-arranġamenti l-ġodda.

(3) Il-prezz ta' l-intervent għandu jkun iffissat għall-kwalitajiet tal-livell taz-zokkor abjad u zokkor mhux maħdum li jridu jiġu definiti. Kwalitajiet bħal dawn tal-livell għandhom ikunu kwalitajiet medji li jirrappreżentaw il-produzzjoni taz-zokkor fil-Komunità u għandhom jiġu ddeterminati fuq il-bażi ta' kriterji użati fil-kummerċ taz-zokkor. Jista' jkun ukoll possibbli li jkunu riveduti l-kwalitajiet tal-livell biex tittieħed konsiderazzjoni, b'mod partikulari, tal-ħtiġiet kummerċjali u l-iżvilupp fit-teknika ta' l-analiżi.

(4) Is-sitwazzjoni ġeografika tad-dipartimenti barranin Franċiżi titlob sabiex miżuri xierqa jittieħdu għal produzzjoni taz-zokkor f'dawk id-dipartimenti.

(5) Sabiex ma jindaħlux fil-prezzijiet li għalihom hemm riferenza hawn fuq, l-aġenziji ta' l-intervent għandhom ibiegħu z-zokkor bi prezz għola mill-prezz ta' l-intervent sakemm ma jkunx sejjer jiġi esportat jew mingħajr aktar proċessar jew fil-forma ta' prodotti pproċessati, jew użat bħala għalf ta' l-annimali. Konsegwenza waħda ta' dan ir-Regolament hija li z-zokkor ma jistax jitpoġġa għad-disposizzjoni ta' organizzazzjonijiet tal-karità għall-użu tal-konsum uman fil-Komunità. B'danakollu għandu jkun possibbli li jiddisponu miz-zokkor b'dan il-mod permezz ta' l-operazzjonijiet individwali ta' l-għajnuna f'emerġenza maħsuba biex jassiguraw li jkun hawn provvisti u b'hekk jirrappreżentaw fl-istess ħin operazzjoni umanitarja. Operazzjonijiet bħal dawn huma effettivi biss jekk jiġu implimentati malajr. Il-proċedura l-aktar xierqa għandha b'hekk tintuża każi bħal dawn.

(6) Bħall-prodotti tal-lamtu, iz-zokkor huwa prodott tal-kummerċ li jista' jintuża mill-industrija tal-kimiċi għall-manifattura ta' prodotti simili. L-iżvilupp armonizzat ta' l-użu ta' tali prodotti tal-kummerċ għandu jkun assigurat. Sistema ta' rifużjoni tal-produzzjoni għandha tkun adottata li tagħmilha possibbli li postijiet li jbiegħu z-zokkor jespandu lil hinn minn kwantitajiet tradizzjonali; għal dan l-għan għandu jkun possibbli li l-prodotti f'dan il-każ jitpoġġew għad-disposizzjoni ta' dik l-industrija bi prezz imnaqqas.

(7) Dawn ir-regoli għandhom jassiguraw trattament ġust kemm għall-fabbrikanti u wkoll għall-produtturi tal-prodotti bażiċi. B'żieda mal-prezz bażiku miksub mill-prezz ta' l-intervent għaz-zokkor abjad, l-irċevuti ta' l-impriżi mill-bejgħ tal-ġulepp, li jista' jkun ikkalkolat li huwa EUR 7,61 kull 100 kg miġjub mill-prezz tal-ġulepp li hu kkalkolat li huwa EUR 8,21 kull 100 kg, kif ukoll l-ispejjeż ta' l-ipproċessar u konsenja tal-pitravi fil-fabbriki, u fuq il-bażi tal-ġbir li għall-Komunità jista' jkun ikkalkolat li huwa 130kg ta' zokkor abjad għal kull tunnellata ta' livell stabbilit ta' kwalitá, il-prezzijiet minimi għandhom għalhekk jiġu ffissati għall-pitravi A maħsuba għall-ipproċessar f'zokkor A u għal pitravi B maħsuba għall-ipproċessar f'zokkor B, li jrid jitħallas mill-fabbrikanti taz-zokkor li jixtru l-pitravi.

(8) Strumenti speċifiċi huma meħtieġa sabiex jassiguraw bilanċ ġust ta' drittijiet u obbligazzjonijiet bejn il-fabbrikanti u l-koltivaturi, b'mod partikolari disposizzjonijiet stabbiliti għandhom jitpoġġew biex jirregolaw ir-relazzjonijiet kontrattwali bejn ix-xerrejja u l-bejjiegħa tal-pitravi u l-miżuri xierqa adottati għall-istess skop għaz-zokkor tal-kannamieli. Id-disposizzjonijiet li jirreferu għad-dewmien normali u l-ordni tal-konsenji, ċentri tal-kollezzjoni u spejjeż tat-trasport, postijiet ta' fejn issir il-konsennja u t-teħid ta' kampjuni, ir-ritorn tal-polpa jew il-ħlas ta' kumpens ekwivalenti u l-limiti ta' żmien għall-ħlas avvanzat kollha jaffettwaw il-prezz attwali tal-pitravi akkwistati mill-bejjiegħ. Id-diversità ta' sitwazzjonijiet naturali, ekonomiċi u tekniċi tagħmilha diffiċli ħafna li jkun hemm disposizzjonijiet uniformi tax-xiri tal-pitravi matul il-Komunità. Jeżistu ftehim fil-kummerċ bejn il-fabbrikanti jew organizzazzjonijiet tal-fabbrikanti u organizzazzjonijiet ta' min jiżra'. Disposizzjonijiet fil-qafas tal-programm għandhom sempliċiment jiddefinixxu l-garanziji minimi mitluba kemm minn min jiżra' l-pitravi u l-industrija sabiex jassiguraw it-tħaddim bla problemi ta' l-ekonomija taz-zokkor u l-possibbiltà ta' derogazzjoni minn uħud mir-regoli imsemmija f'Anness III għandhom jinżammu għall-ftehim fil-kummerċ.

(9) Ir-raġunijiet li qabel wasslu lill-Komunità biex tadotta sistema ta' kwota fuq il-produzzjoni għaz-zokkor, isoglukożi u xiropp ta' l-insulina bħalissa jibqgħu validi. B'danakollu, dik is-sistema nbidlet sabiex tieħu konsiderazzjoni ta' l-iżviluppi riċenti fil-produzzjoni, sabiex tipprovdi lill-Komunità bl-istrumenti neċessarji sabiex tassigura, b'mod ġust iżda effiċjenti, li l-fabbrikanti nfushom jlaħħqu bis-sħiħ ma’ l-ispejjeż biex jeħilsu minn ħażniet żejda tal-produzzjoni tal-Komunità fuq il-konsum u biex ikunu konformi ma’ l-obbligazzjonijiet tal-Komunità permezz tal-Ftehim li jirriżulta mil-laqgħa ta' l-Urugwaj tan-negozjati multi-laterali tal-kummerċ, minn issa l-quddiem imsemmija bħala "FĠTK — GATT", approvat permezz tad-Deċiżjoni Nru 94/800/KE [4].

(10) Il-ftehim dwar l-agrikoltura konkluż permezz tal-ftehim FĠTK (minn issa ’l quddiem imsemmi bħala "il-Ftehim") b'mod partikolari jeħtieġ lill-Komunità biex gradwalment tnaqqas l-appoġġ għall-esportazzjoni ta' prodotti agrikoli u b'mod partikolari għaz-zokkor taħt il-garanzija tal-kwoti tal-produzzjoni. Il-Ftehim jipprovdi għat-tnaqqis fl-appoġġ għall-esportazzjoni, kemm f'termini tal-kwantitajiet koperti kif ukoll tal-livell ta' sussidji involuti, tul perjodu ta' tranżizzjoni. Bħala l-ewwel pass biex jinbidlu l-garanziji, id-differenza nnutata għal sena tas-suq bejn il-volum li jista' jkun esportat tal-Komunità u l-ammont iffissat fil-Ftehim għandha tkun maqsuma bejn iz-zokkor, isoglukożi u xiropp ta' l-insulina skond il-persentaġġi li l-kwoti ta' kull wieħed jirrappreżentaw fil-kwota totali ffissata għat-tliet prodotti kollha għall-Komunità. B'danakollu, sistema bħal din għandha tapplika għall-perjodu limitat biss u għandha titqies bħala waħda tranżitorja. Bil-ħsieb, partikolarment, tal-perspettiva finanzjarja u r-regoli tal-budget adottati mill-Kunsill Ewropew f'Berlin f'Marzu ta' l-1999 u l-ħtieġa li jkun innutat il-progress tan-negozjati permezz ta’ l-ODK, is-sistema tal-kwoti għandha tinżamm għas-snin tas-suq 2001/2002 sa l-2005/2006.

(11) L-organizzazzjoni komuni tas-swieq fis-settur taz-zokkor huma ibbażati, l-ewwel, fuq il-prinċipju li l-produtturi għandhom iġorru r-responsabbiltà kollha finanzjarja għat-telf magħmul f'kull sena tas-suq mir-rimi ta' dik il-parti mill-produzzjoni tal-Komunità li hija taħt il-kwota li hija żejda għall-konsum intern tal-Komunità u, it-tieni nett, fuq differenzjal tal-garanziji tal-prezz għar-rimi li jirriflettu l-kwota tal-produzzjoni allokata għal kull azjenda. Kwota tal-produzzjoni taz-zokkor hija allokata għal kull azjenda fuq il-bażi tal-produzzjoni attwali tagħha matul perjodu partikolari ta' riferenza.

(12) Peress li r-rabtiet biex tkun imnaqqsa l-għajnuna għall-esportazzjoni ġew implimentati matul il-perjodu tranżitorju, il-kwantitajiet bażiċi taz-zokkor u isoglukożi u l-kwoti tax-xiropp ta' l-insulina għandhom jinżammu fil-livell preżenti tagħhom, iżda jrid ikun possibbli li l-garanziji rilevanti jiġu mibdula kif ikun neċessarju biex iħallu lill-Komunità twettaq ir-rabtiet tagħha taħt il-Ftehim, filwaqt li jiġu kkunsidrati l-fatturi fundamentali li jaffettwaw is-sitwazzjoni fis-settur taz-zokkor. Is-sistema tas-settur tal-finanzjament tagħha nfisha permezz ta’ l-imposti ta' taxxi tal-produzzjoni u għandu jinżamm ir-reġim tal-kwoti tal-produzzjoni.

(13) Il-produtturi għandhom għalhekk ikomplu jassumu r-responsabbiltà finanzjarja billi jħallsu taxxa bażika tal-produzzjoni fuq il-produzzjoni kollha taz-zokkor A u B, li iżda hija llimitata għal 2 % tal-prezz ta' l-intervent taz-zokkor abjad, u taxxa B imposta fuq il-produzzjoni taz-zokkor B sal-limitu ta' 37,5 % ta' dak il-prezz. F'ċerti ċirkostanzi, il-produtturi ta' l-isoglukożju u x-xiropp ta' l-insulina jħallsu wkoll proporzjon minn dawn il-kontribuzzjonijiet. Il-limitazzjoni tat-taxxi bil-mod deskritt hawn fuq ifisser li f'ċerti snin tas-suq il-produzzjoni taz-zokkor ma tkunx tiffinanzja lilha nfisha bis-sħiħ. Taxxa addizzjonali għandha tkun imposta f'dawk il-każi.

(14) Fl-interessi tat-trattament egwali, it-taxxa addizzjonali għandha tkun ikkalkulata għal kull azjenda fuq il-bażi tal-parti tagħha fil-qligħ iġġenerat mit-taxxi tal-produzzjoni li tkun tħallset għas-sena tas-suq f'dak il-każ. Għandu jkun għalhekk iffissat koeffiċjenti għall-Komunità kollha bħala rappreżentant għal dik is-sena tas-suq bejn it-telf totali rreġistrat u l-qligħ totali ġġenerat mit-taxxi tal-produzzjoni kkonċernati. Huwa neċessarju li jiġu speċifikati l-kondizzjonijiet li permezz tagħhom il-bejjiegħa tal-pitravi u tal-kannamieli għandhom jikkontribwixxu biex jitneħħa t-telf li jkun fadal għas-sena tas-suq ikkonċernata.

(15) F'kull sena tas-suq, il-livelli tal-konsum, tal-produzzjoni, ta' l-importazzjoni, tal-ħażna u tal-kwantijiet meħudha minn sena lejn oħra, u t-telf ikkalkolat li huwa probabbli li jkun hemm permezz ta' l-iskema tal-finanzjament tagħha nfisha, jistgħu jkunu tali li l-kwoti tal-produzzjoni allokati għal kull azjenda fis-settur taz-zokkor tirriżulta f'volum ta' l-esportazzjoni li teċċedi dik iffissata fil-Ftehim. Il-garanziji marbuta mal-kwoti għandhom għalhekk jiġu mibdula kull sena tas-suq sabiex il-Komunità tkun tista' żżomm ir-rabtiet tagħha.

(16) Il-qasma bejn iz-zokkor, l-isoglukożi u x-xiropp ta' l-insulina għandha tkun segwita minn qasma oħra bejn l-Istati Membri sabiex tittieħed konsiderazzjoni tal-garanziji marbuta mal-kwoti mogħtija lill-azjendi li jipproduċu f'kull Stat Membru ħalli dawk il-garanziji jiġu mibdula b'mod li ma jaffettwawx il-bilanċ eżistenti tal-kwoti u qsim tal-piżijiet. Għandu għalhekk ikun ffissat koeffiċjent li jnaqqas għall-garanziji A u B għal kull Stat Membru bbażat fuq il-kontribuzzjonijiet massimi li jappartjenu lil dawk il-garanziji. Kull Stat Membru kkonċernat għandu imbagħad jagħmel allokazzjoni fost l-azjendi li tikkunsidra l-garanziji li joħorġu minn kull azjenda mill-kwoti tagħha.

(17) Il-kwoti A u B huma affettwati, wara għaqda jew trasferiment ta' l-azjendi, bit-trasferiment minn azjenda ta' waħda mill-fabbriki tagħha jew it-tmiem ta' l-attivitajiet tagħha jew ta' waħda mill-fabbriki tagħha. Il-kondizzjonijiet għall-bdil mill-Istati Membri tal-kwoti ta' l-azjendi f'dak il-każ għandhom jiġu stabbiliti waqt li jassiguraw li l-kwoti ta' l-azjendi li jipproduċu z-zokkor m'humiex ta' detriment għall-interessi ta' dawk ikkonċernati li jipproduċu l-pitravi jew il-kannamieli.

(18) Minħabba l-bżonn li jitħalla ċertu bdil strutturali fl-industrija ta' l-ipproċessar u tat-tkabbir tal-pitravi u tal-kannamieli matul il-perjodu li fih għandhom jiġu applikati dawn il-kwoti, l-Istati Membri għandhom jitħallew jibdlu l-kwoti ta' l-azjendi b'massimu ta' 10 %. B'danakollu, minħabba s-sitwazzjoni partikulari fis-settur taz-zokkor fi Spanja, fl-Italja u fid-dipartimenti esteri Franċiżi, dan il-limitu m'għandux ikun applikat f'dawk ir-reġjuni waqt li jkunu qegħdin jiġu implimentati l-pjanijiet ta' ristrutturazzjoni.

(19) Minħabba li l-allokazzjoni tal-kwoti tal-produzzjoni għall-azjendi hija mod kif ikun assigurat li l-produtturi jiġu mħallsa prezzijiet tal-Komunità u li jkollhom fejn ibiegħu dak li jipproduċu, l-interessi tal-partijiet kollha kkonċernati, partikolarment il-produtturi tal-pitravi u tal-kannamieli, għandhom jiġu kkunsidrati meta l-kwoti jiġu trasferiti f'reġjuni tal-produzzjoni.

(20) Billi, sabiex ikun megħjun it-tkabbir ta' l-iżbokk għaz-zokkor u l-isoglukożi fis-suq intern tal-Komunità, huwa barra minn hekk xieraq li jkun hemm is-setgħa għall-possibbiltà li jinħarġu mill-produzzjoni, fit-tifsira tas-sistema tal-kwoti u skond kondizzjonijiet li jridu jiġu preskritti.

(21) Suq tal-Komunità għaz-zokkor bħal fil-każi ta' l-isoglukożju u x-xiropp ta' l-insulina jeħtieġ sistema komuni tal-kummerċ fil-fruntieri esterni tal-Komunità. Billi sistema tal-kummerċ li tinkludi taxxi fuq l-importazzjoni u rifużjoni fuq l-esportazzjoni għandha x-xejra li tistabbilizza s-suq Komunitarju li tipprevjeni, partikolarment, iċ-ċaqlieq fil-prezzijiet fis-swieq tad-dinja. Għandha tiġi imposta taxxa fuq l-importazzjoni minn pajjiżi terzi u jitħallsu rifużjoni fuq l-esportazzjoni lejn pajjiżi bħal; dawk sabiex tikkumpensa għad-differenza bejn il-prezzijiet fis-suq taz-zokkor ġewwa u barra mill-Komunità meta l-prezzijiet tas-suq dinji jkunu aktar baxxi mill-prezzijiet tal-Komunità, u biex jipprovdu ċertu ammont ta' protezzjoni għall-industrija fil-Komunità li tipproċessa l-isoglukożi u x-xiropp ta' l-insulina.

(22) Sabiex ikun assigurat li dawn l-arranġamenti jkunu jistgħu jiffunzjonaw sewwa, għandu jkun possibbli li jkun irregolat jew ipprojbit l-użu ta' arranġamenti li jipproċessaw ’il ġewwa meta s-sitwazzjoni fis-suq tkun teħtieġ li jsir hekk.

(23) Jekk minħabba skarsezza fis-suq dinji jwassal għall-prezzijiet għola fis-suq dinji milli fil-Komunità, jew jekk il-Komunità kollha jew parti minnha ma tkunx tista’ tikseb provvisti normali, għandu jkun possibbli li taġixxi sa minn qabel biex tevita sitwazzjoni fejn iż-żejjed reġjonali jiġu esportati lejn pajjiżi terzi filwaqt li żieda mhux normali fil-prezzijiet tal-Komunità tagħmilha impossibbli li tkompli l-provvista lejn il-konsumaturi bi prezzijiet reġjonevoli.

(24) L-awtoritajiet kompetenti għandhom ikunu f'pożizzjoni li kontinwament isegwu l-movimenti fil-kummerċ ma' pajjiżi terzi sabiex ikunu jistgħu jevalutaw ix-xejriet u japplikaw dawk il-miżuri li hemm provvediment dwarhom f'dan ir-Regolament kif jista' jirriżulta li hu neċessarju. Għal dan l-għan, għandu jkun hemm sistema ta' liċenzji ta' l-importazzjoni u l-esportazzjoni, li jinħarġu biss wara li tkun tħalliet garanzija biex tassigura li l-operazzjoni koperta mill-applikazzjoni għal-liċenzja tassew titwettaq.

(25) Is-sistema ta' dazji doganali tagħmilha possibbli li ma jkunx hemm forom oħra ta' protezzjoni fil-fruntieri esterni tal-Komunità. B'danakollu, f'ċirkustanzi eċċezzjonali l-prezzijiet u l-makkinarju tad-dazji doganali jistgħu jinkisru. Sabiex ma tħallix is-suq tal-Komunità mikxuf għat-tfixkil li jista' jinqala' f'dawn il-każi, il-Komunità għandha tkun tista' tieħu kull miżura li hija neċessarja mingħajr dewmien. Miżuri bħal dawn iridu jkunu bi qbil ma’ l-obbligazzjonijiet tal-Komunità permezz tal-Ftehim FĠTK. Aktar minn hekk, sabiex jevitaw problemi fil-provvista lis-suq tal-Komunità, għandu jkun possibbli li jiġu sospiżi d-dazji doganali fuq ċerti prodotti taz-zokkor.

(26) Il-Komunità għamlet eżaminazzjoni ġenerali ta' l-industrija tagħha tar-raffinar. Din l-eżaminazzjoni uriet li jekk mixja aktar ċerta u aktar egwali ta' provvisti għar-raffineriji matul il-Komunità għandha tinkiseb, estimi ċari huma meħtieġa tal-ħtiġiet massimi preżunti tradizzjonali taz-zokkor mhux maħdum għar-raffinar f'zokkor abjad f'kull wieħed mill-Istati Membri kkonċernati, l-aktar il-Fillandja, Franza, il-Portugall u r-Renju Unit, bl-użu ta' informazzjoni oġġettiva tar-riferenza u l-konsiderazzjoni tal-kwantitajiet taz-zokkor li jmorru għal konsum dirett stabbiliti għas-sena tas-suq 1994/1995. Arranġament preferenzjali speċjali għall-aċċess fis-suq tal-Komunità għandu għalhekk ikun introdott, u dan iħalli l-industrija tar-raffinar timporta fuq termini speċjali ċerti kwantitajiet ta' zokkor tal-kannamieli mhux maħdum li joriġina mill-Istati ACP li huma firmatarji għall-Protokoll Nru 3 ta' l-Anness IV tal-Ftehim ta' Sħubija mill-qrib ACP-KE u fl-Indja u fi Stati oħra permezz tal-ftehim ma' dawk l-Istati. Dawn il-kwantitajiet għandhom jiġu ddeterminati fil-limiti tal-ħtiġiet massimi tradizzjonali preżunti li għalihom hemm riferenza hawn fuq, fuq il-bażi ta' bilanċi tal-provvista mbassra la darba l-kannamieli mhux maħdum u l-pitravi taz-zokkor li ġej mill-Komunità u z-zokkor preferenzjali mhux maħdum u z-zokkor mhux maħdum li joriġina minn pajjiżi li jibbenifikaw minn kwota tat-tariffi taħt il-konċessjonijiet tal-kummerċ mogħtija mill-Komunità jkunu ġew raffinati. Sabiex ir-rabtiet tal-Komunità li tnaqqas l-għajnuna għall-esportazzjoni tiġi konto-bilanċjata, il-kwantitajiet impurtati biex ikopru l-ħtiġiet tradizzjonali ta' l-industrija tar-raffinar għandhom jiġu mnaqqsa.

(27) Permezz ta' l-Artikolu 1 ta' l-imsemmi Protokoll u l-Artikolu 1 tal-Ftehim bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u r-Repubblika ta' l-Indja dwar iz-zokkor tal-kannamieli, dawn l-arranġamenti preferenzjali ta' l-importazzjoni jridu jiġu implimentati fil-qafas ta' l-organizzazzjoni komuni tas-suq fiz-zokkor.

(28) Huwa meħtieġ li jinħolqu l-mezzi sabiex ikun assigurat li z-zokkor mhux maħdum tal-kannamieli importat skond is-sistemi preferenzjali msemmija jista' jkun raffinat permezz tal-kondizzjonijiet l-aktar ġusti tal-kompetizzjoni

(29) Ir-raffinar taz-zokkor huwa attività importanti kemm fuq livell dinji kif ukoll fil-Komunità, partikolarment fir-raffineriji li jikkonvertu z-zokkor mhux maħdum f'zokkor abjad. Mill-aspett tekniku, ir-raffinar jittrasforma z-zokkor tal-kannamieli fi prodotti ta' kwalità għolja li jistgħu jilħqu l-ħtiġiet tas-suq. Aktar minn hekk, dawn ir-raffineriji jinstabu f'żoni fejn il-konsum huwa qawwi. L-industrija tar-raffinar irrelatata ma’ port tal-Komunità hija għalhekk kumpliment ta' valur għall-industrija ta' l-ipproċessar tal-pitravi, speċjalment fil-Fillandja, fl-art ewlenija tal-Portugall, fir-Renju Unit u fil-partijiet tan-nofsinhar u l-punent ta' Franza.

(30) L-eżaminazzjoni tal-provvisti għar-raffineriji tal-portijiet matul il-Komunità, jissuġġerixxu li aċċess speċjali ta' prijorità għandha tingħata liz-zokkor tal-kannamieli mhux maħdum li joriġina mill-Istati ACP li huma firmatarji għall-Protokoll Nru 3 ta' l-Anness IV tal-Ftehim tas-Sħubija mill-qrib ACP-KE u fl-Indja, permezz ta' l-arranġamenti speċjali nnegozjati bejn il-Komunità u l-pajjiżi li għalihom hemm riferenza. Dawk il-kwantitajiet għandhom ikunu ddeterminati fil-limiti tal-ħtiġiet massimi tradizjonalment preżunti li hemm referenza dwarhom hawn fuq fil-bażi ta' tbassir ta' bilanċi tal-forniment imbassar la darba l-kannamieli mhux maħdum u l-pitravi taz-zokkor li jkunu ġejjin mill-Komunità u z-zokkor preferenzjali mhux maħdum u z-zokkor mhux maħdum li joriġina f'pajjiżi li jibbenifikaw minn kwota tat-tariffi permezz tal-konċessjonijiet tal-kummerċ mogħtija mill-Komunità jkunu ġew raffinati.

(31) Sas-sena tas-suq tal-2000/2001, l-industrija tar-raffinar irċeviet għajnuna ta' aġġustament tal-Komunità għal raffinar preferenzjali ta' zokkor mhux maħdum tal-kannamieli u zokkor mhux maħdum tal-kannamieli u tal-pitravi mkabbra fil-Komunità. Fid-dawl ta' l-esperjenza, din l-għajnuna għandha tibqa’ u disposizzjonijiet għandhom isiru sabiex din tkun aġġustata billi jittieħed akkont tat-tendenzi ekonomiċi fis-settur taz-zokkor, partikolarment il-marġini ta' manifattura u raffinar.

(32) Ċerti miżuri tranżitorji jistgħu jirriżultaw bħala meħtieġa u din il-ħtieġa tista' tirriżulta neċessarja f'kull tibdil minn sena waħda tas-suq għal dik segwenti jew matul sena tas-suq waħda. Għandu għalhekk ikun possibbli li jiġu adottati l-miżuri xierqa.

(33) Sabiex tkun iffaċilitata l-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament, hija meħtieġa proċedura għall-ko-operazzjoni mill-qrib bejn l-Istati Membri u l-Kummissjoni fi ħdan Kumitat ta' Ġestjoni għaz-Zokkor.

(34) Minħabba l-karatterisitiċi speċifiċi tagħha u d-daqs ta' l-impriżi agrikoli, l-industrija tal-pitravi fin-nofsinhar ta' l-Italja se tiffaċċja diffikultajiet persistenti. It-tkabbir tal-pitravi f'dik iż-żona huwa essenzjali sabiex tiġi riġenerata l-ħamrija b'livell partikolarment għoli ta' tafal u b'hekk jkun evitat ritorn lura għall-biedja ta' prodott wieħed biss; l-Italja għandha għalhekk tkun awtorizzata biex tagħti lir-reġjuni tan-nofsinhar għajnuna nazzjonali matul il-ħames snin tas-suq li ġejjin fir-rigward ta' l-istess ammont u taħt l-istess kondizzjonijiet bħal dawk tas-sena tas-suq 2000/2001. Il-produzzjoni taz-zokkor tal-kannamieli fi Spanja qiegħda tiffaċċja problemi speċifiċi biex tlaħħaq ma' prodotti oħra; sabiex din il-produzzjoni tkun tista' tinżamm, Spanja għandha għalhekk tkun awtorizzata biex tagħti għajnuna nazzjonali għall-produzzjoni taz-zokkor tal-kannamieli matul il-ħames snin tas-suq li ġejjin fir-rigward ta' l-istess ammont u taħt l-istess kondizzjonijiet bħal dawk tas-sena tas-suq 2000/2001. Il-produzzjoni tal-pitravi fil-Portugall, meta wieħed jikkunsidra li din hija industrija ġdida, tiffaċċja diffikultajiet persistenti; il-produtturi tal-pitravi taz-zokkor għandhom jiġu inkoraġġiti biex ikabbru l-produzzjoni tagħhom in vista ta' dawn id-diffikultajiet; il-Portugall għandu għalhekk jkun awtorizzat biex jagħti għajnuna nazzjonali għall-produzzjoni tal-pitravi taz-zokkor matul il-ħames snin tas-suq li ġejjin fir-rigward ta' l-istess ammont u taħt l-istess kondizzjonijiet bħal dawk tas-sena tas-suq 2000/2001. Il-kondizzjonijiet klimatiċi jagħmluha diffiċli ħafna biex jitkabbru l-pitravi fil-Fillandja, u dan iwassal għall-varjazzjoni konsiderevoli fil-produzzjoni; minħabba f'hekk, il-Fillandja għandha tkun awtorizzata tagħti rimborż fuq rata fissa ta' l-ispejjeż tal-ħażna għaz-zokkor Ċ li jkun inġieb u r-regoli ta' tali rimborż għandhom jiġu ddeterminati fid-dettall.

(35) Sabiex jikkunsidraw miri ambjentali, l-Istati Membri għandhom ifasslu u jimplimentaw miżuri ambjentali xierqa li huma jikkunsidraw xierqa dwar l-użu ta' l-art agrikola għall-produzzjoni tal-prodotti li għalihom hemm referenza fl-Artikolu 1. Fil-futur, l-Istati Membri jistgħu jintroduċu miżuri biex jippromwovu l-produzzjoni bi qbil mal-kriterji oġġettivi ambjentali u jfakkru lill-produtturi bil-bżonn li jkunu konformi mal-leġislazzjoni li jkun hemm. L-Istati Membri jridu jagħtu rapport dwar l-impatt tal-miżuri nazzjonali ambjentali fuq is-settur tal-produzzjoni agrikola tas-settur taz-zokkor.

(36) Permezz ta' l-Artikolu 2 tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1258/1999 tas-17 ta' Mejju 1999 dwar l-iffinanzjar tal-politika komuni agrikola [5], l-ispejjeż li jintefqu mill-Istati Membri biex ikopru l-obbligazzjonijiet li joħorġu mill-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament għandhom jitħallsu mill-Komunità.

(37) Il-miżuri meħtieġa għall-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolamentment għandhom jiġu adottati bi qbil mad-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE tat-28 Ġunju 1999 li tippreskrivi l-proċeduri għall-eżerċizzju tal-poteri ta' l-implimentazzjoni mogħtija lill-Kummissjoni [6].

(38) L-arranġamenti ta' l-għajnuna introdotti b'dan ir-Regolament jieħdu post l-arranġamenti li hemm provvediment dwarhom fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2038/1999 tat-13 ta' Settembru 1999 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-swieq fis-settur taz-zokkor [7], li jridu jiġu mħassra flimkien mar-Regolamenti (KEE) Nru 206/68 [8], (KEE) Nru 431/68 [9], (KEE) Nru 447/68 [10], (KEE) Nru 2049/69 [11], (KEE) Nru 793/72 [12], (KEE) Nru 741/75 [13], (KEE) Nru 1358/77 [14], (KEE) Nru 1789/81 [15], (KEE) Nru 193/82 [16], (KEE) Nru 1010/86 [17] u (KEE) Nru 2225/86 [18] li jistabbilixxu r-regoli ġenerali għall-implimentazzjoni tagħhom.

(39) Ir-Regolament (KE) Nru 2038/1999 kien jipprovdi għall-sistema li tikkumpensa l-ispejjeż tal-ħażna. Peress li r-reġim li jrid ikun introdott minn dan ir-Regolament ma jinkludix tali sistema, għandhom jiġu adottati disposizzjonijiet tranżitorji biex itaffu t-tranżizzjoni mis-sistema l-antika għal dik ġdida. Għal dan l-għan, l-ewwel nett, il-bilanċ tas-sistema tal-kumpens antika għall-ispejjeż tal-ħażna għandha tinżamm, jekk negattiv, jew ikkreditat, jekk pożittiv, għas-sistema ta' l-iffinanzjar tar-rimi tal-produzzjoni żejda tal-Komunità fis-settur taz-zokkor u, fit-tieni nett, id-data tar-rimi għall-iskopijiet li titħallas it-taxxa tal-ħażna għaz-zokkor fil-ħażna fid-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament għandha titqies li hija l-aħħar ġurnata tas-sena tas-suq 2000/2001.

(40) Għandu jkun possibbli li jiġu adottati regoli tat-tranżizzjoni li jtaffu t-tranżizzjoni mir-reġim li hemm provvediment dwaru fir-Regolament (KE) Nru 2038/1999 għall-arranġamenti l-ġodda introdotti minn dan ir-Regolament,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Għanijiet u definizzjonijiet

1. L-organizzazzjoni komuni tas-swieq fis-settur taz-zokkor stabbiliti minn din ir-Regolament għandhom ikopru l-prodotti li ġejjin:

Kodiċi tan-NM | Deskrizzjoni |

1701 | Zokkor tal-kannamieli u pitravi taz-zokkor u sukrożi kimikament pur, f'forma solida |

| Pitravi taz-zokkor |

12129200 | Zokkor tal-kannamieli |

1703 | Molassi li jirriżultaw mill-estrazzjoni jew ir-raffinar taz-zokkor |

| Zokkor ta' l-aggru u xiropp ta' l-aggru |

1702609517029099 | Zokkor ieħor f'forma solida u xiroppi taz-zokkor, li ma fihomx ingredjenti miżjuda li jagħtu t-togħma jew kulur iżda ma jinkludux il-lattożi, il-glukożi, il-malto-dekstrin u l-isoglukożi |

17029060 | Għasel artifiċjali, kemm jekk imħallat ma' l-għasel naturali u kemm jekk le |

17029071 | Karamella li jkun fiha 50 % jew aktar bil-piż ta' sukrożi fin-niexef |

21069059 | Xiroppi taz-zokkor b'ingredjenti li jagħtu t-togħma jew il-kulur, li m'humiex ix-xiroppi ta' l-isoglukoż i, il-lattoż i, il-glukoż i u l-malto-dekstrin |

| Polpa tal-pitravi, bagasse u skart ieħor tal-fabbrikazzjoni taz-zokkor |

| Isoglukoż i |

| Xiropp ta' l-isoglukoż i b'ingredjenti li jagħtu t-togħma jew il-kulur (g) |

| Xiropp ta' l-insulina |

2. Għall-għanijiet ta' dan ir-Regolament:

(a) "zokkor abjad" ifisser kwalitajiet ta' zokkor, mhux imħawra jew ikkuluriti jew li jkun fihom sustanzi oħra miżjuda, li fihom, fl-istat niexef, 99.5 % jew iktar fl-użin ta' sukorożi, stabbilit bil-metodu polarimetriku;

(b) "zokkor mhux maħdum" ifisser kwalitajiet ta' zokkor, mhux imħawra jew ikkuluriti jew li jkun fihom sustanzi oħra miżjuda, li fihom, fl-istat xott, anqas minn 99.5 % bl-użin ta' sukkrożi, stabbilit bil-metodu polarimetriku;

(ċ) "isoglukożi" jfisser il-prodott miksub mill-glukożi jew il-polimeri tiegħu b'kontenut fl-użin fl-istat niexef ta' mill inqas 10 % fruttożi.

(d) "xiropp ta' l-insulina" tfisser il-prodott immedjat miksub mill-idrolożi ta' l-insulina jew oligofrutożi, b'kontenut fl-użin fl-istat niexef ta' mill inqas 10 % fruttożi fil-forma libera jew bħala sukkrożi;

(e) "Zokkor A" u "isoglucożi A" tfisser kull kwantità ta' produzzjoni taz-zokkor jew l-isoglukożi li ġew assenjati għas-sena tas-suq taħt il-kwota A ta' l-impriża kkonċernata;

(f) "Zokkor B" u "isoglukożi B" tfisser kull kwantità ta' produzzjoni taz-zokkor jew isoglukożi li ġew assenjati għas-sena tas-suq li jeċċedu l-kwota A imma fil-limiti tas-somma tal-kwoti A u B ta' l-impriża kkonċernata;

(g) "Zokkor ċ" u "isoglucożi ċ" tfisser kull kwantità ta' produzzjoni taz-zokkor jew isoglukożi li ġew assenjati għas-sena tas-suq li jeċċedu l-kwota A imma jew aktar mill-kwoti A u B ta' l-impriża kkonċernata jew minn impriża li m'għandhiex kwota;

(h) "Pitravi A" tfisser il-pitravi kollha pproċessati f'zokkor A;

(i) "Pitravi B" tfisser il-pitravi kollha pproċessati f'zokkor B;

(j) "Xiropp ta' l-insulina A" tfisser kull kwantità ta' produzzjoni tax-xiropp ta' l-insulina, espressa bħala ekwivalenti taz-zokkor/isoglukożi, assenjata għal sena tas-suq speċifika taħt il-kwota A ta' l-impriża konċernata;

(k) "Xiropp ta' l-insulina B" tfisser kull kwantità ta' produzzjoni tax-xiropp ta' l-insulina, espressa bħala ekwivalenti taz-zokkor/isoglukożi, assenjata għal sena tas-suq speċifika li teċċedi l-kwota A imma fil-limiti tas-somma tal-kwoti A u B ta' l-impriża kkonċernata;

(l) "Xiropp ta' l-insulina Ċ" tfisser kull kwantità ta' produzzjoni tax-xiropp ta' l-insulina, espressa bħala ekwivalenti taz-zokkor/isoglukożi, assenjata għal sena tas-suq speċifika li teċċedi l-kwoti A u B ta' l-impriża konċernata jew minn impriża li m'għandhiex kwota;

(m) għall-prodotti kollha elenkati fil-paragrafu 1, "sena tas-suq" tfisser il-perjodu li jibda' fl-1 ta' Lulju u jintemm fit-30 ta' Ġunju tas-sena ta' wara.

TITOLU I

SUQ INTERN

KAPITOLU 1

Prezzijiet

Artikolu 2

1. Għas-snin tas-suq 2001/2002 sa 2005/2006, għaz-zokkor abjad:

(a) il-prezz ta' l-intervent għandu jkun ta' EUR 63,19/100 kg,

(b) prezz derivat ta' l-intervent għandu jkun ffissat kull sena għal kull waħda miż-żoni fejn ikun hemm defiċit.

2. Għas-snin tas-suq mill-2001/2002 sa l-2005/2006, il-prezz ta' l-intervent għaz-zokkor mhux maħdum għandu jkun ta' EUR 52,37/100 kg.

Meta jkun jenħtieġ li jinbigħ fis-suq iz-zokkor mhux maħdum prodott f'żona tat-telf (defiċit), jista' jkun iffissat prezz derivat ta' l-intervent għal dan iz-zokkor.

3. Il-prezzijiet ta' l-intervent li hemm referenza dwarhom fil-paragrafi 1 u 2 għandhom japplikaw għaz-zokkor mhux ippakkjat, ħiereġ mill-fabbrika, imgħobbi fuq mezz tat-trasport magħżul mix-xerrej.

Għandhom ikunu validi għaz-zokkor abjad u zokkor mhux maħdum ta' livell ta' kwalità deskritta fl-Anness I.

4. Filwaqt li taġixxi fi qbil mal-proċedura li għaliha hemm riferenza fl-Artikolu 42(2), il-Kummissjoni għandha tiffissa prezzijiet ta' l-intervent derivati għaz-zokkor abjad kull sena, u għaz-zokkor mhux maħdum meta jkun neċessarju.

Il-prezzijiet ta' l-intervent derivati għandhom jiġu ffissati wara li jiġu kkunsidrati l-ispejjeż tat-trasport taz-zokkor miż-żoni fejn hemm iżżejjed għaż-żoni fejn hemm in-nieqes.

Il-Kummissjoni tista' temenda l-Anness I bi qbil ma' l-istess proċedura.

Artikolu 3

1. Għas-snin tas-suq mill-2001/2002 sa l-2005/2006, il-prezz bażiku tal-livell ta' kwalità normali għandu jkun ta' EUR 47,67 għal kull tunnellata kkonsenjata fiċ-ċentru tal-kollezzjoni.

Il-livell ta' kwalità normali għall-pitravi għandu jkun kif deskritt fl-Anness II.

2. Il-Kummissjoni għandha temenda l-Anness II bi qbil mal-proċedura li hemm riferenza dwarha fl-Artikolu 42(2).

Artikolu 4

1. Għas-snin tas-suq 2001/2002 sa 2005/2006:

(a) il-prezz minimu għall-pitravi A għandu jkun ta' EUR 46,72 għal kull tunnellata;

(b) bla ħsara għal Artikolu 15(5), il-prezz minimu għall-pitravi B għandu jkun ta' EUR 32,42 għal kull tunnellata.

2. Għaż-żoni fejn ikun iffissat prezz derivat ta' intervent għaz-zokkor l-abjad, il-prezzijiet minimi għall-pitravi tat-tip A u għall-pitravi tat-tip B għandhom jiġu miżjuda b'ammont egwali għad-differenza bejn il-prezz derivat ta' l-intervent għaż-żona involuta u l-prezz ta' l-intervent, dan l-ammont irid ikun aġġustat b'koeffiċjent ta' 1.30.

Artikolu 5

1. Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 21 u d-disposizzjonijiet adottati permezz ta' l-Artikolu 14, il-fabbrikanti taz-zokkor li jixtru l-pitravi:

(a) tajjeb għall-ipproċessar f'zokkor,

u

(b) intenzjonat li jkun ipproċessat f'zokkor,

għandhom ikunu meħtieġa li jħallsu mill-anqas il-prezz minimu aġġustat biż-żiediet fil-prezzijiet jew it-tnaqqis tagħhom sabiex jippermettu devjazzjonjiet mill-kwalità normali tal-livell stabbilit.

2. Il-prezz minimu li hemm referenza dwaru fil-paragrafu 1 għandu jikkorrispondi:

(a) f'żoni fejn m'hemmx defiċit, għal:

- il-prezz minimu għall-pitravi ta' kwalità A, fil-każ ta' pitravi mkabbra għall-ipproċessar f'zokkor tat-tip A,

- il-prezz minimu għall-pitravi ta' kwalità B, fil-każ ta' pitravi mkabbra għall-ipproċessar f'zokkor tat-tip B,

(b) f'żoni fejn hemm defiċit:

- il-prezz minimu għall-pitravi ta' kwalità A aġġustat bi qbil ma’ l-Artikolu 4 (2), fil-każ ta' pitravi mkabbra għall-ipproċessar f'zokkor tat-tip A,

- il-prezz minimu għall-pitravi ta' kwalità B aġġustat bi qbil ma’ l-Artikolu 4 (2), fil-każ ta' pitravi mkabbra għall-ipproċessar f'zokkor tat-tip B,

3. Għandhom jiġu adottati regoli dettaljati fl-applikazzjoni ta' dan l-Artikolu, kif ukoll żidiet u tnaqqis fil-prezz, fi qbil mal-proċedura li hemm referenza dwarha fl-Artikolu 42(2).

Artikolu 6

1. Il-Ftehim fi ħdan il-kummerċ u l-kuntratti konklużi bejn ix-xerrejja u l-bejjiegħa tal-pitravi jridu jkunu konformi mad-disposizzjonijiet normali stabbiliti fl-Anness III ta' dan, partikolarment fir-rigward tal-kondizzjonijiet li jirregolaw ix-xiri, il-kunsinja u l-aċċettazzjoni tal-pitravi u tal-ħlas għall-pitravi.

2. Id-disposizzjonijiet għax-xiri taz-zokkor tal-kannamieli għandhom ikunu rregolati bil-ftehim fi ħdan il-kummerċ konklużi bejn il-produtturi Komunitarji taz-zokkor tal-kannamieli u l-fabbrikanti Komunitarji taz-zokkor.

Id-disposizzjonijiet għax-xiri ta' materja prima agrikola għall-manifattura tax-xiropp ta' l-insulina għandhom ikunu irregolati mill-ftehim fi ħdan il-kummerċ konklużi bejn il-produtturi Komunitarji tal-materja prima u l-fabbrikanti Komunitarji tax-xiropp ta' l-insulina

3. Jekk ikun meħtieġ, għandhom jiġu adottati regoli dettaljati sabiex jiġu applikati l-paragrafi 1 u 2 bi qbil mal-proċedura li hemm referenza dwarha fl-Artikolu 42(2).

4. Jekk ma jeżisti l-ebda ftehim fi ħdan il-kummerċ, l-Istati Membri kkonċernati jistgħu jieħdu l-passi neċessarji permezz ta' dan ir-Regolament biex jipproteġu l-interessi tal-partijiet ikkonċernati.

L-Istat Membru kkonċernat għandu jgħarraf lill-Kummissjoni mingħajr dewmien bil-miżuri mittieħda permezz ta' l-ewwel subparagrafu.

Artikolu 7

1. Matul is-sena tas-suq kollha, u suġġetta għall-kondizzjonijiet li jridu jiġu ddeterminati fi qbil mal-paragrafi 5 u 6, l-aġenzija ta' l-intervent innominata minn kull Stat Membru li jipproduċi z-zokkor għandha tkun meħtieġa li tixtri kull zokkor abjad u zokkor mhux maħdum iffabbrikat permezz tal-kwota offruta lilu li kien iffabbrikat mill-pitravi u mill-kannamieli maħsudin fil-Komunità, diment li l-ewwel ikun ġie konkluż kuntratt bejn il-bejjiegħ u l-aġenzija ta' l-intervent għaz-zokkor ikkonċernat.

L-agenziji ta' l-intervent għandhom jixtru bil-prezz ta' l-intervent jew bil-prezz ta' l-intervent derivat, kif ikun il-każ, li jkun validu fiż-żona li fiha jinstab iz-zokkor fil-mument tax-xiri. Jekk il-kwalità taz-zokkor hija differenti mill-kwalità stabbilita li għaliha ġie ffissat il-prezz ta' l-intervent, dan il-prezz għandu jkun miżjud jew imnaqqas kif meħtieġ.

2. Jista' jkun deċiż li jkun mogħti laġġju għaz-zokkor li jkun f'waħda mis-sitwazzjonijiet li hemm referenza dwarhom fl-Artikolu 23 (2) tat-Trattat u li jkun sar mhux tajjeb għall-konsum mill-bniedem.

3. Ġie deċiż li jingħataw rifużjoni fuq il-produzzjoni fuq il-prodotti elenkati fl-Artikolu 1(1)(a) u (f) u fuq ix-xiroppi elenkati fl-Artikolu 1(1)(d), u fuq fruttożi li hi kimikament pura (levulożi) li taqa' fil-Kodiċi NM 17025000 bħala prodott intermedjajrju, meta dawn jidħlu f'waħda mis-sitwazzjonijiet li hemm referenza dwarhom fl-Artikolu 23(2) tat-Trattat u jintużaw għall-manifattura ta' ċerti prodotti ta' l-industrija tal-kimika.

Ir-rifużjonijiet għandhom ikunu ffissati wara li jiġu kkunsidrati partikolarment l-ispejjeż li joriġinaw mill-użu taz-zokkor importat li l-industrija tal-kimika kien ikollha tiffaċċja fil-każ tal-provvista fuq is-suq dinji.

4. Ir-rata uniformi ta' għajnuna tal-Komunità għandha titpoġġa għad-disposizzjoni, fir-reġjuni Ewropej tal-Komunità, taz-zokkor fabbrikat fid-dipartimenti barranin Franċiżi. Din l-għajnuna għandha tikkonċerna:

- ir-raffinar fir-raffineriji fir-reġjuni Ewropej tal-Komunità taz-zokkor fabbrikat f'dawn id-dipartimenti, partikolarment fi qbil mal-ġabra tagħhom;

- it-trasport taz-zokkor fabbrikat fid-dipartimenti barranin Franċiżi għar-reġjuni Ewropej tal-Komunità u meta xieraq, il-ħażna tiegħu f'dawn id-dipartimenti;

ir-rata uniformi tammonta għall-ispejjeż tat-trasport minn kull wieħed mir-reġjuni Ewropej tal-Komunità għandhom jinkludu partikolarment:

- rata uniformi li tirrappreżenta l-ispejjeż tat-trasport mill-prezz tal-fabbrika għall-FOB;

- ammont b'rata uniformi li tirrappreżenta l-ispejjeż tat-trasport bil-baħar mill-FOB għas-c.i.f. fl-istiva tal-vapur f'portijiet Ewropej tal-Komunità u l-ispejjeż ta' l-assigurazzjoni involuti.

Jekk il-provvista fir-raffineriji titlob hekk, iz-zokkor mhux maħdum iffabbrikat mill-pitravi maħsuda fil-Komunità jista’ jikkwalifika għall-miżuri kif hemm referenza dwarhom fl-ewwel subparagrafu.

Għall-iskopijiet ta' dan l-Artikolu "raffinerija" tfisser unità tal-produzzjoni li l-attività waħdiena tagħha tikkonsisti fir-raffinar jew ta' zokkor mhux maħdum jew ta' xiroppi prodotti qabel l-istadju tal-kristallazzjoni.

5. Regoli dettaljati biex ikun applikat dan l-Artikolu għandhom jiġu adottati bi qbil mal-proċedura li hemm referenza dwarha fl-Artikolu 42, li tkopri partikolarment:

- il-ħtiġiet tat-tip u l-kwantità minima għall-intervent,

- iż-żidiet u t-tnaqqis fil-prezzijiet applikabbli waqt l-intervent,

- il-proċeduri u l-ħtiġiet għat-teħid b'pussess mill-aġenziji ta' l-intervent,

- il-kondizzjonijiet għall-konċessjoni ta' laġġju u l-ammonti ta' dan il-laġġju,

- il-kondizzjonijiet għall-konċessjoni ta' rifużjoni fuq il-produzzjoni u l-ammonti ta' dawn ir-rifużjonijiet,

- il-possibbiltà, jekk ikun neċessarju, li jiġu llimitati l-għotjiet ta' rifużjoni tal-produzzjoni għal-levulożi għall-kwantità ġenerali ta' dak il-prodott, li tkun iddeterminata għall-Komunità.

- il-possibbiltà li jingħataw rifużjoni tal-produzzjoni għall-prodotti li hemm referenza dwarhom fl-Artikolu 1(1)(h),

- il-miżuri li hemm referenza dwarhom fil-paragrafu 4,

Artikolu 8

Meta jkun applikat l-Artikolu 31 biex jgħin jassigura li l-provvisti għall-Komunità jew wieħed mir-reġjuni tagħha, il-Kummissjoni għandha tadotta miżuri speċjali ta' l-intervent bi qbil mal-proċedura li hemm referenza dwarha fl-Artikolu 42(2).

Dawn il-miżuri ma jistgħux jirriżultaw fil-fabbrikanti Komunitarji taz-zokkor ikunu obbligati jbiegħu zokkor lill-aġenziji ta' l-intervent.

Artikolu 9

1. L-aġenziji ta' l-intervent jistgħu jbigħu z-zokkor biss bi prezz li huwa ogħla mill-prezz ta' l-intervent.

Jista', b'dankollu jkun deċiż li l-aġenziji ta' l-intervent ikunu jistgħu jbigħu zokkor bl-istess prezz jew anqas mill-prezz ta' l-intervant jekk iz-zokkor ikun intenzjonat:

- għall-użu bħala għalf ta' l-annimali, jew

- għall-esportazzjoni, kemm mingħajr ma jkun sar aktar ipproċessar jew wara l-ipproċessar fil-prodotti elenkati fl-Anness I tat-Trattat jew fil-prodotti elenkati fl-Anness I ma' dan ir-Regolament.

2. B'danakollu, minkejja l-paragrafu 1, jista' jkun deċiż li l-aġenziji ta' l-intervent għandhom ipoġġu għad-disposizzjoni tal-konsum uman iz-zokkor mhux ipproċessat li għandhom, fuq is-suq intern tal-Komunità, għall-organizzazzjonijiet tal-karità — rikonoxxuti mill-Istat Membru kkonċernat jew mill-Kummissjoni fil-każi meta Stat Membru ma jkunx irrikonoxxa l-ebda minn dawn l-organizzazzjonijiet — bi prezz li huwa irħas mill-prezz ta' l-intervent, jew b'xejn, għad-distribuzzjoni bla ħlas bħala parti minn operazzjonijiet ta' emerġenza għall-għajnuna.

3. Għandhom jiġu adottati regoli għall-applikazzjoni ta' dan l-Artikolu u d-deċiżjonijiet biex jitpoġġa għad-disposizzjoni z-zokkor permezz tal-paragrafu 2 bi qbil mal-proċedura li hemm referenza dwarha fl-Artikolu 42(2).

KAPITOLU 2

Kwoti

Artikolu 10

1. Il-Kapitolu 2 għandu jgħodd għas-snin tas-suq mill-2001/2002 sa l-2005/2006.

2. Il-kwantitajiet bażiċi għall-produzzjoni taz-zokkor A u B, isoglukożi u xiropp ta' l-insulina għandhom jiġu stabbiliti fl-Artikolu 11(2).

3. Il-garanziji għar-rimi taz-zokkor, isoglukożi u xiropp ta' l-insulina li ġew iffabbrikati permezz tal-kwota jistgħu jitnaqqsu għal sena tas-suq waħda jew aktar sabiex ikunu konformi ma' l-obbligazzjonijiet tal-Komunità taħt il-Ftehim Agrikolu konkluż permezz ta' l-Artikolu 300(2) tat-Trattat.

4. Għall-iskop ta' l-applikazzjoni tal-paragrafu 3, il-kwantità ggarantita permezz tal-kwoti għandha tkun stabbilita qabel l-1 ta' Ottubru għall-kull sena tas-suq fuq il-bażi tat-tbassir dwar il-produzzjoni, l-importazzjoni, il-konsum, il-ħażna, il-kwantitajiet li jibqgħu minn sena għall-oħra, il-bilanċ li jista' jkun esportat u l-medja tat-telf li huwa probabbli li jkollha ġġorr l-iskema ta' l-iffinanzjar tagħha nfisha fi ħdan it-tifsira ta' l-Artikolu 15(1)(d). Jekk dawn it-tbassir juru li l-bilanċ esportabbli għas-sena tas-suq in kwistjoni huwa akbar mill-massimu msemmi fil-Ftehim, allura l-kwantità ggarantita għandha tkun imnaqqsa bid-differenza fi qbil mal-proċedura li hemm referenza dwarha fl-Artikolu 42(2). Din id-differenza għandha tinqasam bejn iz-zokkor, l-isoglukożi u x-xiropp ta' l-insulina skond il-persentaġġ irrappreżentat mis-somma tal-kwoti A u B ta' kull prodott għall-Komunità kollha. Imbagħad għandha tkun maqsuma aktar skond l-Istat Membru u l-prodott bl-applikazzjoni tal-ko-effiċjenti rilevanti elenkati fit-tabella ta' hawn taħt:

Reġjuni | 1 | 2 | 3 |

Ko-effiċjent applikabbli għaz-zokkor espress bħala ĠĦzokkor abjad | Ko-effiċjent applikabbli għall-isoglukożi ta' materja fix-xott. | Ko-effiċjent applikabbli għax-xiropp ta' l-insulina bħala ekwivalenti taz-zokkor/isoglukożi |

Zokkor A | Zokkor B | Isoglukożi A | Isoglukożi B | Xiropp ta' l-insulina A | Xiropp ta' l-insulina B |

BLEU | 0,046201 | 0,009920 | 0,225547 | 0,062024 | 0,556265 | 0,130955 |

Id-Danimarka | 0,027206 | 0,008015 | – | – | – | – |

Il-Ġermanja | 0,224812 | 0,069174 | 0,104246 | 0,024551 | – | – |

Il-Greċja | 0,012352 | 0,001235 | 0,037978 | 0,008944 | – | – |

Spanja | 0,026459 | 0,001102 | 0,166138 | 0,017721 | – | – |

Franza (metropolitana) | 0,213231 | 0,063239 | 0,061081 | 0,015898 | 0,058922 | 0,013847 |

Dipartimenti barranin Franċiżi | 0,019298 | 0,002063 | – | – | – | – |

L-Irlanda | 0,007752 | 0,000775 | – | – | – | – |

L-Italja | 0,082491 | 0,015514 | 0,059803 | 0,014083 | – | – |

L-Olanda | 0,053393 | 0,014083 | 0,026804 | 0,006313 | 0,194365 | 0,045646 |

Il-Portugall (l-art ewlenija) | 0,002323 | 0,000232 | 0,029213 | 0,006880 | – | – |

Il-Portugall (ir-reġjun awtonomu ta' l-Ażores) | 0,000387 | 0,000039 | – | – | – | – |

Ir-Renju Unit | 0,044297 | 0,004430 | 0,084713 | 0,022596 | – | – |

L-Awstria | 0,022673 | 0,005292 | – | – | – | – |

L-Isvezja | 0,014327 | 0,001433 | – | – | – | – |

Il-Fillandja | 0,005683 | 0,000568 | 0,023151 | 0,002316 | – | – |

5. L-Istat Membru għandu mbagħad jalloka d-differenza li tikkorrispondi għalih bejn l-azjendi tal-fabbrikanti stabbiliti fit-territorju tiegħu fuq il-bażi tal-proporzjon bejn il-kwoti A u B tagħhom għall-prodott f'dak il-każ u l-kwantità bażika A u l-kwantità bażika B għall-Istat Membru għal dak il-prodott.

Iz-Zokkor, l-isoglukożi u x-xiropp ta' l-insulina ffabbrikati b'eċċess mill-kwantità ggarantita għandhom jiġu ttrattati bħala zokkor Ċ, isoglukożi Ċ u xiropp ta' l-insulina Ċ.

6. Regoli dettaljati għall-applikazzjoni ta' dan l-Artikolu, partikolarment għat-tnaqqis tal-kwantità ggarantita u, meta applikabbli, u għat-tibdil tal-kwantità bl-għan li tkun iffissata l-kwantità ggarantita għas-sena tas-suq segwenti, għandhom jiġu adottati fi qbil mal-proċedura li hemm referenza dwarha fl-Artikolu 42(2).

Artikolu 11

1. Permezz tat-termini ta' dan il-Kapitolu, l-Istati Membri għandhom jallokaw kwota A u B għal kull azjenda li tipproduċi z-zokkor, kull azjenda li tipproduċi l-isoglukożi u kull azjenda li tipproduċi x-xiropp ta' l-insulina stabbiliti fit-territorju tagħhom u pprovduti bi kwota A u B matul is-sena tas-suq 2000/2001.

2. Għall-iskopijiet ta' l-allokazzjoni tal-kwoti A u B li hemm referenza dwarhom fil-paragrafu 1, il-kwantitjiet bażiċi għandhom ikunu kif ġej:

1. Kwantitajiet bażiċi A

Reġġjuni | (a)Kwantità bażika A għal: zokkor | (b)Kwantità bażika A għalis oglukożi | (ċ)Kwantità bażika A għax-xiropp ta' l-insulina |

Id-Danimarka | 325 000,0 | – | – |

Il-Ġermanja | 2 612 913,3 | 28 643,3 | – |

Il-Greċja | 288 638,0 | 10 435,0 | – |

Spanja | 957 082,4 | 74 619,6 | – |

Franza (metropolitana) | 2 506 487,4 | 15 747,1 | 19 847,1 |

Dipartimenti mbiegħda Franċiżi | 463 872,0 | – | – |

L-Irlanda | 181 145,2 | – | – |

L-Italja | 1 310 903,9 | 16 432,1 | – |

L-Olanda | 684 112,4 | 7 364,6 | 65 519,4 |

L-Awstria | 314 028,9 | – | – |

Il-Portugall (l-art ewlenija) | 63 380,2 | 8 027,0 | – |

Ir-reġjun awtonomu ta' l-Ażores | 9 048,2 | – | – |

Il-Fillandja | 132 806,3 | 10 792,0 | – |

L-Isvezja | 334 784,2 | – | – |

L-Unjoni Ekonomika tal-Belgju u l-Lussemburgu | 674 905,5 | 56 150,6 | 174 218,6 |

Ir-Renju Unit | 1 035 115,4 | 21 502,0 | – |

2. Kwantitajiet Bażiċi tat-tip B

Reġjuni | (a) Kwantità bażika B għal zokkor | (b) Kwantità bażika B għal isoglukożi | (ċ) Kwantità bażika B għal xiropp ta' l-insulina |

Id-Danimarka | 95 745,5 | – | – |

Il-Ġermanja | 803 982,2 | 6 745,5 | – |

Il-Greċja | 28 863,8 | 2 457,5 | – |

Spanja | 39 878,5 | 7 959,4 | – |

Franza | 752 259,5 | 4 098,6 | 4 674,2 |

Dipartimenti mbiegħda Franċiżi | 46 372,5 | – | – |

L-Irlanda | 18 114,5 | – | – |

L-Italja | 246 539,3 | 3 869,8 | – |

L-Olanda | 180 447,1 | 1 734,5 | 15 430,5 |

L-Awstria | 73 297,5 | – | – |

Il-Portugall (l-art ewlenija) | 6 338,0 | 1 890,3 | – |

Ir-reġjun awtonomu ta' l-Ażores | 904,8 | – | – |

Il-Fillandja | 13 280,4 | 1 079,7 | – |

L-Isvezja | 33 478,0 | – | – |

L-Unjoni Ekonomika tal-Belgju u l-Lussemburgu. | 144 906,1 | 15 441,0 | 41 028,2 |

Ir-Renju Unit | 103 511,5 | 5 735,3 | – |

3. Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 10(3), (4), (5) u (6) u l-Artikolu 12, il-kwoti A u B għal kull azjenda li tipproduċi z-zokkor, kull azjenda li tipproduċi l-isoglukożi u kull azjenda li tipproduċi x-xiropp ta' l-insulina stabbiliti fit-territorju tagħhom u pprovduti bi kwota A u B matul is-sena tas-suq 2000/2001 qabel l-applikazzjoni ta' l-Artikolu 26(5) tar-Regolament (KE) Nru 2038/1999, mibdula skond il-kwantitajiet bażiċi ffissati fil-paragrafu 2 bi qbil mal-proċedura li hemm referenza dwarha fl-Artikolu 10(5).

4. Għandhom jiġu adottati regoli dettaljti sabiex ikun implimentat dan l-Artikolu, skond kif ikun hemm il-bżonn, bi qbil mal-proċedura li hemm referenza dwarha fl-Artikolu 42(2).

Artikolu 12

1. L-Istati Membri għandhom jittrasferixxu l-kwoti A u B bejn l-impriżi bi qbil ma' dan l-Artikolu u wara li jikkunsidraw l-interessi ta' kull waħda mill-partijiet ikkonċernati, partikolarment il-produtturi tal-pitravi taz-zokkor u tal-kannamieli.

L-ewwel subparagrafu m'għandux japplika għax-xiropp ta' l-insulina.

2. L-Istati Membri jistgħu jnaqqsu l-kwoti A u B ta' kull waħda mill-impriżi li jipproduċu z-zokkor jew l-impriżi li jipproduċu l-isoglukożi stabbiliti fit-territorji tagħhom b'mhux aktar minn 10 % tal-kwota A jew tal-kwota B, skond kif ikun il-każ għal kull impriża fl-Artikolu 11.

Il-limitu ta' 10 % li għalih hemm riferenza fl-ewwel subparagrafu m'għandux japplika fl-Italja, fi Spanja u fid-dipartimenti mbiegħda Franċiżi fil-każi meta l-kwoti jiġu trasferiti permezz tal-pjanijiet tar-ristrutturar fis-setturi tal-pitravi, tal-kannamieli u taz-zokkor fir-reġjun ikkonċernat u sa fejn hu neċessarju li jkun permissibbli li tali pjanijiet jiġu implimentati.

Il-pjanijiet tar-ristrutturazzjoni mill-ġdid u l-miżuri li jiġu wara li jaffettwaw il-kwoti tat-tip A u tat-tip B għandhom jiġu kkomunikati lill-Kummissjoni mingħajr dewmien.

3. Il-kwantitajiet irtirati mill-kwoti tat-tip A u l-kwoti tat-tip B għandhom jiġu allokati mill-Istati Membri lil impriża waħda jew aktar, sewwa jekk fil-pussess ta' kwota u sewwa jekk le, lokalizzati fl-istess reġjun fit-tifsira ta' l-Artikolu 11 (2), bħala l-impriżi li minnhom ikunu ġew irtirati dawn il-kwantitajiet.

B'danakollu, Franza tista' tnaqqas il-kwoti A għall-impriżi stabbiliti fid-dipartimenti mbiegħda tagħha, kif stabbiliti permezz ta' l-Artikolu 11, b'mhux aktar minn 30000 tunnellati ta' zokkor abjad u tista' talloka mill-ġdid il-kwantitajiet imnaqqsa għall-impriża waħda jew aktar stabbiliti fi Franza metropolitana. Il-kwota A ta' kull impriża kkonċernata ma tistax tkun anqas wara t-tnaqqis mill-kwantità medja ta' zokkor li ġiet iffabbrikata permezz tal-kwota kif irreġistrata f'kull waħda mis-snin tas-suq 1977/1978, 1978/1979 u 1979/1980.

4. L-Anness IV jistabbilixxi r-regoli dettaljati dwar l-aġġustamenti tal-kwoti fil-każ ta' għaqda u trasferimenti ta' impriżi.

5. Regoli dettaljati biex ikun applikat dan l-Artikolu għandhom jiġu adottati bi qbil mal-proċedura li hemm referenza dwarha fl-Artikolu 42.

Artikolu 13

1. Iz-zokkor Ċ li ma jkunx inġab ’il quddiem permezz ta' l-Artikolu 14, l-isoglukożi Ċ u xiropp ta' l-insulina Ċ ma jistgħux jintremew fis-suq intern tal-Komunità u jridu jiġu esportati mingħajr ma jkunu ipproċessati aktar, qabel l-1 ta' Jannar wara t-tmiem tas-sena tas-suq ikkonċernata.

L-Artikoli 7, 27 u 33 m'għandhomx jgħoddu għaz-zokkor Ċ, għall-isoglukożi Ċ u xiropp ta' l-insulina Ċ.

2. Eċċezzjonalment, u safejn u sakemm huwa meħtieġ li jiġu ggarantiti l-provvisti Komunitarji taz-zokkor, jista' jkun deċiż li l-Artikolu 18 għandu japplika għaz-zokkor tat-tip Ċ. F'dan il-każ, għandu jkun deċiż fl-istess waqt li l-kwantità intiera taz-zokkor tat-tip Ċ involuta tista' finalment tkun imneħħija fis-suq intern mingħajr ma jkun intaxxat l-ammont preskritt fil-paragrafu 3 ta' dan l-Artikolu.

3. Regoli dettaljati biex ikun applikat dan l-Artikolu għandhom jiġu adottati bi qbil mal-proċedura li hemm referenza dwarha fl-Artikolu 42.

Dawn ir-regoli għandhom jipprovdu partikolarment għall-żamma fuq iz-zokkor Ċ, isoglukożi Ċ u xiropp ta' l-insulina Ċ kif hemm referenza dwaru fil-paragrafu 1 li għalihom l-ebda prova ma ġiet ipprovduta, sa data li trid tkun iddeterminata, li tkun ġiet esportata mingħajr aktar ipproċessar fiż-żmien msemmi.

Artikolu 14

1. Kull impriża tista' tiddeċiedi li ġġib ’il quddiem iz-zokkor kollu jew parti minnu li tkun ipproduċiet li jeċċedi l-kwota għas-sena segwenti tas-suq li għandha tkun ittrattat bħala parti mill-produzzjoni tas-sena. Din id-deċiżjoni għandha tkun irrevokabbli.

Kull impriża tista' tiddeċiedi li ġġib ’il quddiem il-produzzjoni kollha jew parti minnha taz-zokkor A u zokkor B li jkun sar zokkor Ċ wara l-applikazzjoni ta' l-Artikolu 10(3), (4), (5) u (6) għas-sena tas-suq segwenti li trid tkun ittrattata bħala parti mill-produzzjoni ta' dik is-sena. Din id-deċiżjoni għandha tkun ukoll irrevokabbli. Aktar minn hekk, m'għandiex tkun soġġetta għal-limitu li jista' jkun stabbilit permezz tal-paragrafu 4 ta' dan l-Artikolu.

2. Impriżi li jieħdu d-deċiżjoni li hemm referenza dwarhom fil-paragrafu 1 għandhom:

- jinfurmaw lill-Istat Membru kkonċernat, qabel l-1 ta' Frar, bil-kwantità jew il-kwantitajiet ta' zokkor li jkunu sejrin iġġorr għas-sena ta' wara, u

- jintrabtu li jaħżnu tali kwantità jew kwantitajiet għall-perjodu ta' 12-il xahar konsekuttivi minn data li trid tkun determinata.

B'danakollu, id-data ta' l-1 ta' Frar li hemm referenza dwarha fl-ewwel inċiż ta' l-ewwel subparagrafu għandha tkun sostitwita:

(a) għall-impriżi stabbiliti fi Spanja, bil-15 ta' April fil-każ tal-produzzjoni tal-pitravi taz-zokkor u l-20 ta' Ġunju fil-każ tal-produzzjoni taz-zokkor tal-kannamieli;

(b) għall-impriżi stabbiliti r-Renju Unit, bil-15 ta' Frar.

(ċ) għall-impriżi stabbiliti fid-dipartimenti mbiegħda Franċiżi tal-Guadeloupe u l-Martinique, bl-1 ta' Mejju.

Jekk il-produzzjoni definittiva ta' l-impriża fis-sena tas-suq ikkonċernata tkun anqas mill-estimi magħmula meta tkun ġiet mittieħda d-deċiżjoni tat-tħollija għas-sena ta' wara allura l-kwantità mħollija għas-sena ta' wara tista' tkun mibdula b'aspett retro-attiv qabel l-1 ta' Awissu tas-sena tas-suq ta' wara.

3. Fil-każ li xi diżastru naturali bħal ma hi nixfa jew għarar jolqot reġjun tal-Komunità, jista' jkun deċiż li, bi qbil mal-proċedura li hemm referenza dwarha fl-Artikolu 42(2), jitnaqqas il-perjodu obligatorju tal-ħażna li hemm referenza dwaru fit-tieni inċiż ta' l-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 2 għall-kwantità ta' zokkor biżżejjed biex tassigura l-provvista normali tar-reġjun affettwat.

4. Għandhom jiġu adottati regoli dettaljati fl-applikazzjoni ta' dan l-Artikolu, li jistgħu jillimitaw il-kwantitajiet ta' zokkor li jistgħu jinġiebu ’l quddiem, u għandhom jiġu adottati fi qbil mal-proċedura illi hemm referenza dwarha fl-Artikolu 42(2).

Dawn ir-regoli għandhom jipprovdu, partikolarment, għad-dħul ta' taxxa li għandha titħallas fuq kull tip ta' zokkor li jikkomprendi l-kwantità li hemm referenza dwarha fit-tieni inċiż ta' l-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 2 li tkun mwarrba matul il-perjodu preskritt taż-żmien tal-ħażna.

Artikolu 15

1. Qabel it-tmiem ta' kull sena tas-suq, is-segwenti għandu jkun irreġistrat:

(a) tbassir tal-produzzjoni taz-zokkor A u B, isoglukożi A u B u x-xiropp ta' l-insulina A u B li tista' tkun konnessa mas-sena tas-suq ikkonċernata;

(b) tbassir tal-kwantitajiet taz-zokkor, ta' l-isoglukosi u tax-xiropp ta' l-insulina mwarrba għall-konsum fil-Komunità matul is-sena tas-suq li hemm referenza dwarha;

(ċ) l-eċċess li jista' jkun esportat bit-tnaqqis tal-kwantità li hemm referenza dwarha fil-(b) mill-kwantità li hemm referenza dwarha fl-(a);

(d) l-estimi tat-telf medju jew tad-dħul medju (ta' flus) għal kull tunnelata metrika sabiex jiġu mwettqa l-obbligi ta' l-esportazzjoni matul is-sena tas-suq kurrenti.

Din il-medja ta' telf jew ta' introjtu għandha tkunu egwali għad-differenza bejn l-ammont totali tar-rifużjoni u l-ammont totali tad-dħul mit-taxxi fuq it-tunnellaġġ metriku totali ta' l-obbligi dwar l-esportazzjoni f'dak il-każ;

(e) l-estimi tat-telf jew ta' l-introjtu ġenerali miksuba bil-multiplikazzjoni ta' l-eċċess riferit fiċ-(ċ) bil-medja tat-telf jew ta' l-introjtu riferit fid-(d).

2. Qabel it-tmiem tas-sena tas-suq 2005/2006 u mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 10(3), (4), (5) u (6), is-segwenti għandu jkun irreġistrat kumulattivament għas-snin tas-suq 2001/2002 sa l-2005/2006:

(a) l-eċċess esportabbli stabbilit fuq il-bażi tal-produzzjoni definittiva taz-zokkor tat-tip A u tat-tip B u ta' l-isoglukożi tat-tip A u tat-tip B u l-kwantità definittiva taz-zokkor u l-isoglukożi mwarrba għall-konsum ġewwa l-Komunità.

(b) il-medja tat-telf jew ta' l-introjti kull tunnellata li jirriżulta mill-obbligazzjonijiet totali ta' l-esportazzjoni kkonċernati, ikkalkulati permezz tal-metodu deskritt fit-tieni subparagrafu tal-paragrafu 1 (d) t'hawn fuq;

(ċ) it-telf jew l-introjtu ġenerali miksuba bil-multiplikazzjoni ta' l-eċċess riferit fl-(a) bil-medja tat-telf jew ta' l-introjtu riferit fil-(b).

(d) is-somma totali tad-dħul mit-taxxi fuq il-produzzjoni bażika u t-taxxi B imponuti;

L-estimi tat-telf jew ta' l-introjtu ġenerali li hemm referenza dwaru fil-paragrafu 1 (e) għandhom jiġu aġġustati fuq il-bażi tad-differenza bejn l-ammonti li hemm referenza dwarhom f' (ċ) u f' (d).

3. Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 18(1), jekk il-figuri rreġistrati taħt il-paragrafu 1 u aġġustati taħt il-paragrafu 2 jirriżultaw f'telf ġenerali li jista’ jkun previst, it-telf għandu jiġu maqsum bil-produzzjoni taz-zokkor A u B, l-isoglukożju A u B u x-xiropp ta' l-insulina A u B li għandhom konnessjoni mas-sena tas-suq kurrenti. L-ammont li jirriżulta għandu jinżamm lill-fabbrikanti bħala taxxa bażika tal-produzzjoni fuq il-produzzjoni tagħhom taz-zokkor A u B, l-isoglukożju A u B u x-xiropp ta' l-insulina A u B.

B'danakollu, din it-taxxa m'għandhiex teċċedi

- għaz-zokkor, 2 % tal-prezz ta' l-intervent għaz-zokkor abjad,

- għax-xiropp ta' l-insulina, espress bħala ekwivalent taz-zokkor/isoglukożi billi jkun applikat ko-effiċjent ta' 1,9, l-ammont massimu li jista' jitħallas fuq iz-zokkor abjad, u

- għall-isoglukożi, is-sehem tat-taxxa tal-produzzjoni bażika merfuha mill-fabbrikanti taz-zokkor.

4. Jekk it-taxxa massima permissibbli fuq il-produzzjoni bażika ma tkoprix għal kollox it-telf ġenerali riferit fl-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 3, il-bilanċ mhux kopert għandu jkun maqsum bejn il-produzzjoni ikkalkolata taz-zokkor tat-tip B, l-isoglukożi tat-tip B u l-insulina tat-tip B attribwiti għas-sena tas-suq involuta. L-ammont li jirriżulta għandu jkun impost fuq il-fabbrikanti bħala taxxa B fuq il-produzzjoni tagħhom taz-zokkor B, l-isoglukożi B u x-xiropp ta' l-insulina B.

B'dankollu, bla ħsara għall-paragrafu 5, din it-taxxa ma għandhiex teċċedi0Ħ

- għaz-zokkor B, 30 % tal-prezz ta' l-intervent għaz-zokkor abjad,

- għax-xiropp ta' l-insulina B, espress bħala ekwivalent taz-zokkor/isoglukożi billi jkun applikat ko-effiċjent ta' 1,9, l-ammont massimu li jista' jitħallas fuq iz-zokkor abjad B, u

- fuq l-isoglukożi B, is-sehem tat-taxxa tal-produzzjoni bażika merfuha mill-fabbrikanti taz-zokkor.

5. Meta l-figuri rreġistrati taħt il-paragrafu 1 jissuġġerixxu li t-telf ġenerali li jista’ jkun previst għas-sena tas-suq kurrenti mhux probabbli li jkun kopert mid-dħul li mistenni jkun iġġenerat mit-taxxi minħabba l-limiti fuq it-taxxa bażika tal-produzzjoni u t-taxxa B ffissata fil-paragrafi 3 u 4, allura l-persentaġġ massimu imsemmi fl-ewwel inċiż tal-paragrafu 4 għandu jkun aġġustat sa fejn ikun neċessarju biex ikopri t-telf ġenerali, mingħajr ma jeċċedi is-37,5 %.

Il-persentaġġ massimu rivedut għat-taxxa B għandu jkun iffissat għas-sena tas-suq kurrenti qabel il-15 ta' Settembru. Il-prezz minimu għall-pitravi B li hemm referenza dwaru fl-Artikolu 4(1)(b) għandu jkun aġġustat bl-istess mod.

6. It-telf kollu li jirriżulta mill-għoti ta' rifużjoni tal-produzzjoni skond l-Artikolu 7(3) għandu jkun kkunsidrat meta jkun ikkalkulat it-telf ġenerali li hemm referenza dwaru fil-paragrafu 1(e).

7. It-taxxi li hemm referenza dwarhom f'dan l-Artikolu għandhom jinġabru mill-Istati Membri.

8. Regoli dettaljati biex ikun applikat dan l-Artikolu għandhom jiġu adottati bi qbil mal-proċedura li hemm referenza dwarha fl-Artikolu 42, u għandhom ikopru partikolarment:

- l-ammonti tat-taxxi li jridu jinġabru,

- il-persentaġġ massimu rivedut għat-taxxa B,

- il-prezz minimu aġġustat tal-pitravi B li jikkorrispondi mal-persentaġġ massimu rivedut għat-taxxa B.

Artikolu 16

1. Meta t-telf ġenerali rreġistrat għal sena tas-suq partikolari skond l-Artikolu 15(1) u (2) ma jkunx kopert fl-intier mill-qligħ mit-taxxi tal-produzzjoni għas-sena tas-suq wara l-applikazzjoni ta' l-Artikolu 15(3), (4) u (5), taxxa addizzjonali għandha tinżamm minn fuq il-fabbrikanti mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 4, sabiex ikun kopert il-bilanċ pendenti mit-telf ġenerali.

2. It-taxxa addizzjonali għandha tkun iddeterminata għal kull impriża li tipproduċi z-zokkor, għal kull impriża li tipproduċi isoglukożju u għal kull impriża li tipproduċi x-xiropp ta' l-insulina billi tiġi mmultiplikata s-somma totali dovuta mill-impriża permezz ta' taxxi fuq il-produzzjoni għas-sena tas-suq ikkonċernata b'ko-effiċjent li għad irid ikun iddeterminat. Dak il-ko-effiċjent għandu jkun ir-relattiv għall-Komunità kollha, imnaqqsa b'1, bejn it-telf ġenerali reġistrat taħt l-Artikolu 15(1) u (2) għas-sena tas-suq ikkonċernata u l-introjti mit-taxxi bażiċi tal-produzzjoni u t-taxxi B dovuti mill-fabbrikanti taz-zokkor, l-isoglukożju u l-ġulepp ta' l-isulina, rispettivament, għal dik is-sena tas-suq.

3. Il-fabbrikanti kkonċernati għandhom iħallsu t-taxxa addizzjonali qabel il-5 ta' Diċembru li jiġi wara s-sena tas-suq li fiha tkun dovuta.

Il-fabbrikanti taz-zokkor jistgħu jirkupraw parti mit-taxxa addizzjonali hekk imposta fuqhom mill-bejjiegħa tal-kannamieli jew tal-pitravi tal-Komunità, skond kif ikun il-każ. L-ammont hekk irkuprat ma jistax jeċċedi l-ammont massimu kkontribwit mill-bejjiegħa tal-pitravi u tal-kannamieli fir-rigward tat-taxxa bażika tal-produzzjoni u tat-taxxa B, li hemm provvediment dwarha fl-Artikolu 15, għas-sena tas-suq f'dak il-każ immultiplikat bil-ko-effiċjent li hemm referenza dwaru fil-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu.

L-ammont li hemm referenza dwaru fit-tieni subparagrafu għandu jkun irkuprat fuq il-pitravi kkunsinjati matul is-sena tas-suq f'dak il-każ. B'danakollu, il-partijiet ikkonċernati jistgħu jiftiehmu li r-rifużjonijiet ikunu rkuprati fuq il-pitravi kkonsenjati matul is-sena tas-suq segwenti.

4. L-introjtu mit-taxxa addizzjonali li hemm referenza dwarha fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu għandu jkun inkluż għall-iskopijiet ta' l-informazzjoni rreġistrata permezz ta' l-Artikolu 15(2).

5. Regoli dettaljati għall-applikazzjoni ta' dan l-Artikolu, partikolarment il-ko-effiċjent li hemm referenza dwaru fil-paragrafu 2, għandhom ikunu adottati fi qbil mal-proċedura li hemm referenza dwarha fl-Artikolu 42(2).

Artikolu 17

1. Il-fabbrikanti tax-xiropp ta' l-insulina jistgħu jirkupraw parti mit-taxxa addizzjonali, mit-taxxi B u mit-taxxi addizzjonali imposti fuqhom mill-bejjiegħa tal-materja prima agrikola użata biex ikun immanifatturat ix-xiropp ta' l-insulina. L-ammont irkuprat b'dan il-mod ma jistax jeċċedi l-ammont merfuh minn dawk li jkabbru l-pitravi għas-sena tas-suq ikkonċernata; għandu jkun ffissat bi ftehim fil-kummerċ jew b'kuntratt fuq il-bażi tal-prezz tax-xiri tal-materja prima agrikola kkunsinjata għall-manifattura tax-xiropp ta' l-insulina matul is-sena tas-suq f'dak il-każ.

2. Regoli dettaljati biex ikun applikat il-paragrafu 1 għandhom jiġu adottati kif ikun meħtieġ, bi qbil mal-proċedura li hemm referenza dwarha fl-Artikolu 42(2).

Artikolu 18

1. Jekk, wara li jkunu ġew applikati għas-sena tas-suq 2000/2001, jinstab li t-telf attwali ġenerali għal dik is-sena tas-suq:

(a) ma jkunx kopert fl-intier mill-introjtu tat-taxxa tal-produzzjoni u, jekk ikun applikabbli, it-taxxa addizzjonali, il-piż finanzjarju li jirriżulta għandu jiżdied ma' l-istima tat-telf ġenerali li hemm referenza dwarha fl-Artikolu 15(1)(e) għas-sena tas-suq ikkonċernata;

(b) huwa anqas mill-introjtu tat-taxxi tal-produzzjoni u, jekk ikun applikabbli, mit-taxxa addizzjonali, id-differenza għandha titnaqqas mill-istima tat-telf ġenerali jew miżjuda ma' l-istima ta' l-introjtu ġenerali, skond kif ikun il-każ, bħala riżultat ta' l-applikazzjoni ta' l-Artikoli 15 u 16 għas-sena tas-suq ikkonċernata.

2. Meta t-taxxa bażika fuq il-produzzjoni hija anqas mill-ammont massimu li hemm referenza dwaru fl-Artikolu 15(3) jew meta t-taxxa B hija aktar baxxa mill-ammont massimu li hemm referenza dwaru fl-Artikolu 14(4), aġġustata, meta meħtieġ, bi qbil ma’ l-Artikolu 15(4), il-fabbrikanti taz-zokkor għandhom ikunu meħtieġa li jħallsu lill-bejjiegħa tal-pitravi 60 % tad-differenza bejn l-ammont massimu tat-taxxa kkonċernata u l-ammont li fil-fatt ikun inżamm.

Għandu jkun iffissat l-ammont li jrid jitħallas għal kull tunnellata metrika ta' pitravi għall-kwalità tal-livell stabbilit.

Iż-żidiet u t-tnaqqis fil-prezz li hemm referenza dwarhom fl-Artikolu 5 għandhom japplikaw għal dan l-ammont.

3. Il-fabbrikanti taz-zokkor fil-Komunità jistgħu jirkupraw 60 % tat-taxxa kkonċernata mill-bejjiegħa tal-pitravi fabbrikata fil-Komunità fuq il-kwantità taz-zokkor li għaliha tkun inżammet it-taxxa.

4. L-Istati Membri għandhom jassiguraw fuq il-bażi tat-tagħrif ipprovdut mill-fabbrikanti taz-zokkor, li l-pagament fuq il-pitravi jkun konformi mar-regoli Komunitarji rilevanti.

5. Regoli dettaljati biex ikun applikat dan l-Artikolu għandhom jiġu adottati bi qbil mal-proċedura li hemm referenza dwarha fl-Artikolu 42.

Artikolu 19

1. Fil-kuntratti għall-kunsinja tal-pitravi għall-fabbrikazzjoni taz-zokkor, distinzjoni għandha ssir skond jekk il-kwantitajiet taz-zokkor li jridu jiġu fabbrikati mill-pitravi humiex:

(a) Zokkor tat-tip A,

(b) Zokkor tat-tip B,

(ċ) tipi oħra ta' zokkor għajr tat-tip A u B.

Kull impriża li tiffabbrika z-zokkor għandha tipprovdi lill-Istat Membru li fih tiffabbrika z-zokkor bl-informazzjoni li ġejja:

- il-kwantitajiet ta' pitravi li hemm referenza dwarhom taħt (a) li għalihom ikunu ġew iffirmati kuntratti qabel iż-żrigħ u l-kontentut taz-zokkor li fuqhom dawn il-kuntratti jkunu ġew ibbażati, u

- il-produzzjoni korrispondenti kkalkolata.

L-Istati Membri jistgħu jkunu jeħtieġu aktar tagħrif.

2. Minkejja l-Artikolu 5(2)(b), il-fabbrikanti taz-zokor li ma jkunux iffirmaw kuntratti għal fornimenti qabel iż-żriegħ għal kwantità ta' pitravi egwali għal kwota A tagħhom bil-prezz minimu għal pitravi A għandhom ikunu meħtieġa li jħallsu mill-anqas dan il-prezz minimu għall-pitravi kollha li huma jipproċessaw f'zokkor.

3. Ftehim fi ħdan il-kummerċ jistgħu jidderogaw mill-paragrafi 1 u 2 basta li l-Istat Membru kkonċernat ikun jaqbel.

4. Ir-regoli ġenerali għall-applikazzjoni ta' dan l-Artikolu huma stabbiliti fl-Anness III.

5. Regoli dettaljati għall-applikazzjoni ta' dan l-Artikolu u, jekk meħtieġ, il-kriterji li jridu jkunu applikati mill-fabbrikanti meta jallokaw fost il-bejjiegħa tal-pitravi l-kwantitajiet li għandhom ikunu koperti bil-kuntratti ta' qabel iż-żriegħ fil-qofol ta' dak li jfisset il-paragrafu 1 għandhom ikunu adottati bi qbil mal-proċedura li hemm referenza dwarha fl-Artikolu 42(2).

Artikolu 20

1. Jista' jkun deċiż li z-zokkor u l-isoglukożi użati għall-fabbrikazzjoni ta' ċerti prodotti ma għandhomx jitqiesu bħala produzzjoni fit-tifsira ta' dan il-Kapitolu.

2. Għandhom jiġu adottati regoli għall-applikazzjoni ta' dan l-Artikolu, partikolarment l-eċċezzjonijiet li hemm referenza dwarhom fil-paragrafu 1, għandhom jiġu adottati bi qbil mal-proċedura li hemm referenza dwarhom fl-Artikolu 42(2).

Artikolu 21

1. Il-fabbrikanti taz-zokkor jistgħu jixtru l-pitravi li bihom jiffabbrikaw iz-zokkor Ċ jew iz-zokkor li hemm referenza dwaru fl-Artikolu 20 bi prezz li jkun irħas mill-prezzijiet minimi għall-pitravi ffissati fl-Artikolu 4(1).

2. Għall-kwantità ta' pitravi mixtrija li tikkorrispondi mal-kwantità ta' zokkor:

- użat fis-suq intern skond l-Artikolu 13 (3), jew

- imħollija għas-sena tas-suq ta' wara permezz ta' l-Artikolu 14,

il-fabbrikanti kkonċernati taz-zokkor għandhom, fejn xieraq, jaġġustaw il-prezz tax-xiri sabiex ikun għall-anqas egwali għall-prezz minimu tal-pitravi tat-tip A.

3. Regoli dettaljati biex ikun applikat dan l-Artikolu għandhom jiġu adottati kif ikun meħtieġ bi qbil mal-proċedura li hemm referenza dwarha fl-Artikolu 42(2).

TITOLU II

IL-KUMMERĊ MA' PAJJIŻI TERZI

KAPITOLU 1

Regoli ġenerali

Artikolu 22

1. Importazzjoni fi u esportazzjoni mill-Komunità ta' kwalunkwe wieħed mill-prodotti elenkati fl-Artikolu 1(1)(a),(b),(ċ),(d),(f),(g) u (h) għandhom ikunu suġġetti għal preżentazzjoni tal-liċenzja ta' l-importazzjoni jew ta' l-esportazzjoni.

L-Istati Membri għandhom joħroġu liċenzji lill-applikanti kollha, irrispettivament ta' fejn ikunu stabbiliti fil-Komunità u mingħajr preġudizzju għall-miżuri meħuda biex japplikaw l-Artikoli 26 u 27, u l-Artikolu 6(5) ta' Regolament (KE) Nru 2820/98 [27].

Il-liċenzji ta' l-importazzjoni u l-esportazzjoni għandhom ikunu validi fil-Komunità kollha. Liċenzji bħal dawn għandhom jinħarġu diment li tingħata garanzija biex ikun iggarantit li l-prodotti jiġu importati jew esportati matul it-terminu tal-validità tal-liċenzja; apparti għall-każijiet ta' forza maġġuri, il-garanzija għandha tintilef kompletament jew parti minnha jekk l-importazzjoni jew l-esportazzjoni ma jitwettqux, jew jitwettqu biss parzjalment, matul dak il-perjodu.

2. Bi qbil mal-proċedura li hemm referenza dwarha fl-Artikolu 42(2):

(a) l-arranġamenti li hemm provvediment dwarhom fil-paragrafu 1 jistgħu jiġu estiżi biex ikopru l-prodotti elenkati fl-Artikolu 1(1)(e);

(b) regoli dettaljati għandhom jiġu adottati biex japplikaw dan l-Artikolu, inkluż partikolarment it-terminu tal-validità tal-liċenzji u, jekk neċessarju, il-limitu taż-żmien għall-ħruġ tal-liċenzji.

Artikolu 23

1. Dement li r-Regolament ma jipprovdix il-kuntrarju, ir-rati tad-dazju fit-tariffa doganali komuni għandhom japplikaw għall-prodotti elenkati fl-Artikolu 1.

2. Minkejja l-paragrafu 1, biex jassigura li s-suq tal-Komunità jkun fornut b'mod xieraq biz-zokkor mhux maħdum għar-raffinar li jaqgħu fil-kodiċi NM 17011110 u 17011210, molassi li jaqgħu fil-kodiċi NM 1703 permezz ta' l-importazzjoni minn pajjiżi terzi, il-Kummissjoni tista' tissospendi fl-intier jew f'parti l-applikazzjoni tad-dazji ta' l-importazzjoni fuq dawn il-prodotti u tistabbilixxi r-regola għal kull sospensjoni bħal din fi qbil mal-proċedura stabbilita fl-Artikolu 42(2).

Is-sospensjoni tista' tapplika matul il-perjodi meta l-prezz fuq is-suq dinji u d-dazju fuq l-importazzjoni fit-tariffa doganali komuni:

- huwa għola mill-prezz ta' l-intervent għall-prodott, fil-każ taz-zokkor mhux maħdum,

- fil-każ tal-molassi, huwa għola mill-prezz tal-molassi użati biex jikkalkulaw id-dħul mill-bejgħ tal-molassi mill-fabbrikanti taz-zokkor għall-iskopijiet li jkun iffissat il-prezz bażiku għall-pitravi għas-sena tas-suq ikkonċernata.

Artikolu 24

1. Sabiex jevitaw jew ipattu għal kull effetti kuntrarji fis-suq tal-Komunità kkawżat bl-importazzjoni ta' ċerti prodotti agrikoli, l-importazzjoni ta' waħda jew aktar minn dawn il-prodotti bir-rata ta' dazju li hemm referenza dwarha fit-tariffa doganali komuni għandha tkun soġġetta għall-pagament ta' dazju addizzjonali ta' l-importazzjoni jekk il-kondizzjonijiet fl-Artikolu 5 tal-Ftehim dwar l-Agrikoltura konkluż permezz ta' l-Artikolu 300 tat-Trattat fil-qafas tal-Laqgħa ta' l-Urugwaj tan-negozjati multilaterali tal-kummerċ jintlaħqu, diment li l-importazzjoni bħal dawk ma jkunux probabbli li jiddisturbaw is-suq tal-Komunità, jew meta l-effetti jkunu disproporzjonati għall-objettiv intiż.

2. Il-prezzijiet li jibdew li taħthom dazju addizzjonali jista' jkun impost għandhom ikunu dawk imressqa mill-Komunità lill-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ.

Il-volumi li jibdew li jridu jinqabżu sabiex ikun impost dazju addizzjonali fuq l-importazzjoni li jridu jiġu imposti għandhom jiġu ddeterminati partikolarment fuq il-bażi ta' l-importazzjoni fil-Komunità matul it-tliet snin li jippreċedu s-sena li fiha l-effetti kuntrarji li hemm referenza dwarhom fil-paragrafu 1 joriġinaw jew huma probabbli li joriġinaw.

3. Il-prezzijiet ta' l-importazzjoni li jridu jittieħdu b'konsiderazzjoni sabiex ikun impost dazju addizzjonali ta' l-importazzjoni għandhom jiġu ddeterminati fuq il-bażi tal-prezzijiet ta' l-importazzjoni tal-kunsinja kkonċernata.

Il-prezzijiet ta' l-importazzjoni c.i.f. għandhom jiġu vverifikati għal din ir-raġuni mal-prezzijiet rappreżentattivi għall-prodott f'dak il-każ fis-suq dinji jew fis-suq ta' l-importazzjoni tal-Komunità għal dak il-prodott.

4. Il-Kummissjoni għandha tadotta miżuri dettaljati sabiex ikun applikat dan l-Artikolu bi qbil mal-proċedura li hemm referenza dwarha fl-Artikolu 42(2). Regoli dettaljati bħal dawn għandhom jispeċifikaw partikolarment:

(a) il-prodotti li għalihom dazji addizzjonali ta' l-importazzjoni jistgħu jiġu applikati permezz tat-termini ta' l-Artikolu 5 tal-Ftehim dwar l-Agrikoltura;

(b) il-kriterji li huma meħtieġa biex jassiguraw li l-paragrafu 1 jkun applikat korrettament fi qbil ma’ l-Artikolu 5 ta' dak il-Ftehim.

Artikolu 25

Għall-molassi:

- il-prezz tas-suq dinji li hemm referenza dwaru fl-Artikolu 23(2),

u il-prezz rappreżentattiv li hemm referenza dwaru fl-Artikolu 24(3).

- għandu japplika għal-livell stabbilit ta' kwalità.

Il-livell stabbilit ta' kwalità jista' jkun ffissat fi qbil mal-proċedura li hemm riferenza dwarha fl-Artikolu 42(2).

Artikolu 26

1. Il-kwoti tat-tariffi għall-prodotti elenkati fl-Artikolu 1 li jirriżultaw mill-ftehim konkluż fil-qafas tal-Laqgħa ta’ l-Urugwaj tan-negozjati tal-kummerċ multilaterali għandhom jinfetħu u jiġu amministrati taħt ir-regoli dettaljati adottati fi qbil mal-proċedura li hemm referenza dwarha fl-Artikolu 42(2).

2. Il-kwoti għandhom jiġu amministrati b'wieħed jew aktar mill-metodi li ġejjin:

- metodi bbażat fuq l-ordni kronoloġika li fiha jiddaħħlu l-applikazzjonijiet ("min ikun l-ewwel, jinqeda l-ewwel");

- metodu ta' distribuzzjoni fi proporzjon għall-kwantitajiet mitluba meta l-applikazzjonijiet ikunu ppreżentati (i.e. il-metodu ta' l-eżaminazzjoni simultanja);

- metodu li bih jiġu kkunsidrati xejriet tradizzjonali tal-kummerċ (il-metodu "tradizzjonali/wasliet ġodda").

Jistgħu jiġu adottati metodi oħra xierqa.

Iridu jevitaw kull diskriminazzjoni bejn l-importaturi kkonċernati.

3. Independentament mil-liema metodu ta' l-amministrazzjoni jintuża għandu jagħti importanza xierqa għall-provvista tal-Komunità u l-bżonn li jkun salvagwardjat il-bilanċ fis-suq, iżda jistgħu jintużaw ukoll metodi li kienu jintużaw fil-passat biex jiġu amministrati l-kwoti bħal dawk li għalihom hemm riferenza fil-paragrafu 1, mingħajr preġudizzju għad-drittijiet li ġejjin mill-ftehim iffirmati fil-qafas tan-negozjati tal-Laqgħa ta' l-Urugwaj.

4. Ir-regoli dettaljati li hemm referenza dwarhom fil-paragrafu 1 għandhom jipprovdu għall-kwoti ta' kull sena, jekk ikun meħtieġ imqassma b'mod xieraq matul is-sena, għandhom jispeċifikaw il-metodu amministrattiv li jrid jintuża u, meta xieraq, għandu jinkludi:

(a) garanziji li jkopru n-natura, il-provvenjenza u l-oriġini tal-prodott,

(b) rikonoxximent tad-dokument użat biex jiġu verifikati l-garanziji li hemm referenza dwarhom f' (a), u

(ċ) il-kondizzjonijiet li permezz tagħhom jinħarġu l-liċenzji ta' l-importazzjoni u terminu tal-validità tagħhom.

Artikolu 27

1. Safejn u sakemm huwa meħtieġ sabiex il-prodotti elenkati fl-Artikolu 1 (1) (a), (c) u (d) jiġu esportati fl-istat naturali tagħhom jew fil-forma ta' oġġetti elenkati fl-Anness V, fuq il-bażi tal-kwotazzjonijiet jew tal-prezzijiet fis-suq dinji għall-prodotti elenkati fl-Artikolu 1 (1) (a), (c) u (d), u fi ħdan il-limiti li jirriżulta mill-ftehim iffirmati bi qbil ma’ l-Artikolu 300 tat-Trattat, id-differenza bejn dawn il-kwotazzjonijiet jew prezzijiet u l-prezzijiet ġewwa l-Komunità tista' tkun koperta minn rifużjoni fuq l-esportazzjoni.

Ir-rifużjoni fuq l-esportazzjoni għaz-zokkor mhux maħdum ma għandhomx jeċċedu r-rifużjoni għaz-zokkor l-abjad.

2. Jista’ jsir provvediment għal rifużjoni ta' l-esportazzjoni fuq il-prodotti elenkati fl-Artikolu 1(1)(f), (g) u (h) u esportati mingħajr ma jiġu pproċessati aktar jew fil-forma ta' oġġetti elenkati fl-Anness V.

L-ammont tar-rifużjoni għal kull 100 kg ta' materja xotta għandu jkun iffissat wara li jkun kkunsidrat:

(a) ir-rifużjoni applikabbli għall-esportazzjoni ta' prodotti li jaqgħu fil-kodiċi NM 17023091,

(b) ir-rifużjoni li japplikwa għall-esportazzjoni tal-prodotti elenkati fl-Artikolu 1 (1) (d);

(ċ) l-aspetti ekonomiċi ta' l-esportazzjoni ppjanata.

3. Rifużjoni fuq il-prodotti elenkati fl-Artikolu 1 esportati fil-forma ta' oġġetti elenkati fl-Anness V ma jistgħux ikunu għola minn dawk applikabbli għall-istess prodotti esportati mingħajr ma jiġu pproċessati aktar.

4. Il-metodu adottat għall-allokazzjoni tal-kwantitajiet li jistgħu jiġu esportati b'rifużjoni għandu jkun dak li:

(a) huwa l-aktar adattat għat-tip ta' prodott u s-sitwazzjoni tas-suq ikkonċernata, li jħalli l-aktar użu effiċjenti tar-riżorsi possibbli għad-disposizzjoni bl-għan ta' l-effiċjenza u l-istruttura ta' l-esportazzjoni tal-Komunità iżda mingħajr ma jiddiskrimina bejn l-esportaturi l-kbar u dawk żgħar;

(b) huwa l-anqas diffiċli biex ikun imħaddem amministrattivament mingħajr ma jinsa l-ħtiġiet amministrattivi;

(ċ) ma jiddiskriminax bejn l-esportaturi.

5. Ir-rifużjonijiet għandhom ikunu l-istess għall-Komunità kollha. Jistgħu jvarjaw skond id-destinazzjoni, meta s-sitwazzjoni tas-suq dinji jew il-ħtiġiet speċifiċi ta' ċerti swieq jagħmlu dan meħtieġ.

Ir-rifużjonijiet għandhom jiġu ffissati bi qbil mal-proċedura li hemm referenza dwarha fl-Artikolu 42(2): Ir-rifużjonijiet jistgħu jiġu ffissati:

(a) f'intervalli regolari;

(b) bil-proċedura tat-tfigħ ta' l-offerti għall-prodotti li l-proċedura bħal dik tkun intużat fil-passat.

Ir-rifużjonijiet li jiġu ffissati perjodikament jistgħu, meta jkun meħtieġ, jiġu mmodifikati fil-perjodu intermedjarju mill-Kummissjoni fuq it-talba ta' Stat Membru jew fuq l-inizjattiva tagħha stess.

L-offerti li jintefgħu b'rispons għall-stedina m'għandhomx jiġu kkunsidrati diment li ma tkunx ippreżentata garanzija. Ħlief f'każi ta' forza maġġuri, il-garanzija m'għandhiex tintalab kemm fl-intier u kemm f'parti jekk min jitfa’ l-offerta ma jkunx jissodisfa, jew ikun jissodisfa parzjalment biss, l-obbligazzjonijiet tagħhom permezz tal-proċedura tat-tfigħ ta' l-offerti.

Fil-każ ta' prodotti mhux żnaturati elenkati fl-Artikolu 1(1)(a),(c) u (d) esportati mingħajr aktar ipproċessar, l-Artikoli 28, 29 u 30 għandhom wkoll ikunu applikabbli.

6. Meta jkun iffissat l-ammont tar-rifużjoni, għandu jkun ikkunsidrat partikolarment il-bżonn li jintlaħaq bilanċ bejn l-użu tal-prodotti bażiċi tal-Komunità għall-esportazzjoni bħala prodotti pproċessati lejn pajjiżi terzi u l-użu tal-prodotti minn dawn il-pajjiżi aċċettati għall-ipproċessar ’il ġewwa.

7. Ir-rifużjonijiet għandhom jingħataw biss fuq il-prodotti li hemm referenza dwarhom fil-paragrafu 1 esportati mingħajr aktar ipproċessar fuq l-applikazzjoni jew fuq il-preżentazzjoni tal-liċenzja rilevanti ta' l-esportazzjoni.

8. Ir-rifużjoni applikabbli għall-esportazzjoni tal-prodotti elenkati fl-Artikolu 1 esportati mingħajr aktar ipproċessar għandu jkun applikabbli mid-data li tkun intefgħet l-applikazzjoni tal-liċenzja u, fil-każ ta' rifużjoni differenzjati, dak applikabbli fl-istess ġurnata:

(a) għad-destinazzjoni indikata fuq il-liċenzja,

jew

(b) id-destinazzjoni attwali, jekk tkun differenti mid-destinazzjoni indikata fuq il-liċenzja. F'dak il-każ l-ammont applikabbli ma jistax jeċċedi l-ammont applikabbli għad-destinazzjoni indikata fuq il-liċenzja.

Jistgħu jittieħdu miżuri xierqa biex ikun evitat abbuż mill-flessibbiltà li hemm provvediment dwarha f'dan il-paragrafu.

9. Il-paragrafi 7 u 8 jistgħu jiġu estiżi biex ikopru prodotti elenkat fl-Artikolu 1 u li huma esportati fil-forma ta' prodotti elenkati fl-Anness V fi qbil mal-proċedura stabbilita fl-Artikolu 16 tar-Regolament (KE) Nru 3448/93.

10. Il-paragrafi 7 u 8 jistgħu jiġu rinunzjati fil-każ li prodotti elenkati fl-Artikolu 1 li fuqhom ir-rifużjoni huma mħallsa permezz ta' l-operazzjonijiet ta' l-għajnuna għall-ikel, bi qbil mal-proċedura stabbilita fl-Artikolu 42(2).

11. Ir-rifużjonijiet għandhom jitħallsu malli jkun hemm prova li:

- il-prodotti ġew esportati mill-Komunità,

u

- fil-każ ta' rifużjonijiet differenzjati, il-prodotti jkunu waslu fid-destinazzjoni indikata fuq il-liċenzja jew fid-destinazzjoni l-oħra li għaliha jkunu ġew iffissati r-rifużjonijiet, mingħajr preġudizzju għal punt (b) fl-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 8. Jistgħu jsiru eċċezzjonijiet għal din ir-regola bi qbil mal-proċedura li hemm referenza dwarha fl-Artikolu 42(2), sakemm jiġu stabbiliti l-kondizzjonijiet li joffru garanziji ekwivalenti.

Jistgħu jiġu ffissati regoli addizzjonali fi qbil mal-proċedura li hemm riferenza dwarha fl-Artikolu 42(2).

12. M'għandhom jingħataw l-ebda rifużjonijiet fuq il-prodotti żnaturati kif hemm referenza dwarhom fl-Artikolu 1(1)(a) esportati mingħajr aktar ipproċessar sakemm, kif ikun il-każ, ikunu ġew:

(a) miksuba mil-pitravi taz-zokkor jew miz-zokkor tal-kannamieli maħsuda fil-Komunità,

(b) importati fil-Komunità bi qbil ma’ l-Artikolu 35,

(ċ) miksuba minn wieħed mill-prodotti importati permezz ta' l-Artikolu 35.

13. M'għandhom jingħataw l-ebda rifużjonijiet fuq il-prodotti żnaturati kif hemm referenza dwarhom fl-Artikolu 1(ċ) u (d) esportati mingħajr aktar ipproċessar li ma jkunux ta' oriġini tal-Komunità jew li ma jkunux inkisbu miz-zokkor importat fil-Komunità bi qbil mal-paragrafu 12(b) jew mill-prodotti li hemm referenza dwarhom fil-paragrafu 12(c).

14. Il-konformità mar-restrizzjonijiet fuq il-volum li jirriżultaw mill-ftehim konklużi permezz ta' l-Artikolu 300 tat-Trattat għandha tkun assigurata permezz tal-liċenzji ta' l-esportazzjoni maħruġa għall-perjodi tar-riferenza li hemm provvediment dwarhom f'dawn il-ftehim u li japplikaw għall-prodotti kkonċernati.

15. Ir-regoli dettaljati biex ikun applikat dan l-Artikolu, inklużi l-arranġamenti għar-ri-distribuzzjoni ta' kwantitajiet li jistgħu jkunu esportati li ma jkunux ġew allokati jew ma jkunux ġew użati u biex jemendaw l-Anness V, għandhom jiġu adottati bi qbil mal-proċedura li hemm referenza dwarha fl-Artikolu 42(2). B'danakollu, ir-regoli dettaljati għall-applikazzjoni tal-paragrafu 6 fil-każ ta' prodotti kif hemm referenza dwarhom fl-Artikolu 1 esportati fil-forma ta' prodotti elenkati fl-Anness V għandhom jiġu adottati bi qbil mal-proċedura li hemm referenza dwarha fl-Artikolu 16 tar-Regolament (KE) Nru 3448/93.

Artikolu 28

1. Dan l-Artikolu għandu jgħodd għall-iffissar tar-rifużjoni fuq prodotti żnaturati li hemm referenza dwarhom fl-Artikolu 1(1)(a), li jkunu esportati mingħajr aktar ipproċessar.

2. Meta r-rifużjoni għall-prodotti kif hemm referenza dwarhom fl-Artikolu 1(1)(a) ikunu ffissati f'intervalli regolari:

(a) ir-rifużjonijiet għandhom jiġu ffissati kull ġimgħatejn.

B'danakollu, tali ffissar jista' jitwaqqaf bi qbil mal-proċedura li hemm referenza dwarha fl-Artikolu 42(2) jekk jinstab li l-ebda zokkor żejjed ma jkun disponibbli fil-Komunità għall-esportazzjoni bi prezzijiet tas-suq dinji. F'dak il-każ, m'għandhom jingħataw l-ebda rifużjoni;

(b) meta jsir l-iffissar tar-rifużjoni, għandha tkun kkunsidrata s-sitwazzjoni fis-swieq taz-zokkor tal-Komunità u tad-dinja, u partikolarment is-segwenti:

- il-prezz ta' l-intervent għaz-zokkor abjad għaż-żona tal-Komunità bl-akbar ammont żejjed jew il-prezz ta' l-intervent għaz-zokkor mhux maħdum għaż-żona tal-Komunità li hija kkunsidrata li tirrappreżenta l-esportazzjoni ta' dan it-tip ta' zokkor,

- l-ispejjeż tat-trasportazzjoni taz-zokkor miż-żoni li hemm referenza dwarhom fl-ewwel inċiż għall-portijiet u l-postijiet oħra ta' l-esportazzjoni fil-Komunità.

- l-ispejjeż tal-kummerċ u kull miżata tat-trasbord, tat-trasport jew ta’ l-ippakkeġġar minfuqa fil-kummerċ taz-zokkor fis-suq dinji,

- il-kwotazzjonijiet jew il-prezzijiet irreġistrati għaz-zokkor fis-suq dinji,

- l-aspett ekonomiku ta' l-esportazzjoni proposti u

- il-limiti li jirriżultaw minn ftehim konkluż permezz ta' l-Artikolu 300 tat-Trattat.

3. Meta r-rifużjoni għall-prodotti li hemm referenza dwarhom fl-Artikolu 1(1)(a) ikunu ffissat mill-proċedura tat-tfigħ ta' l-offerti:

(a) l-iskop tas-sejħa għall-offerti għandu jkun biex ikun iddeterminat l-ammont tar-rifużjoni;

(b) l-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istati Membri għandhom jistiednu s-sejħa għall-offerti bi qbil ma' strument li jorbot legalment fuq l-Istati Membri kollha. Dan l-istrument għandu jistabbilixxi t-termini tal-proċedura tat-tfigħ ta' l-offerti, li trid tiggarantixxi aċċess egwali għall-persuni kollha stabbiliti fil-Komunità;

(ċ) it-termini tal-proċedura tat-tfigħ ta' l-offerti għandu jinkludi limitu ta' żmien għat-tfigħ ta' l-offerti. Fi tliet ġranet tax-xogħol wara li jiskadi l-limitu ta' żmien, l-ammont massimu tar-rifużjoni li għalih hija relatata l-proċedura tat-tfigħ ta' l-offerti għandu jkun iffissat bi qbil mal-proċedura li hemm referenza dwarha fl-Artikolu 42(2) fid-dawl ta' l-offerti li jkunu waslu. Meta jkun ikkalkolat l-ammont massimu, għandha tkun ikkunsidrata s-sitwazzjoni tal-provvisti u l-prezzijiet fil-Komunità, il-prezzijiet u l-postijiet tal-bejgħ potenzjali fis-suq dinji u l-ispejjeż involuti biex jkun esportat iz-zokkor.

Għandu jkun iffissat tunnellaġġ massimu fi qbil ma' l-istess proċedura;

(d) meta l-esportazzjonii tista’ tkun effettwati b'rifużjoni li hija aktar baxxa minn dak li tirriżulta kieku tkun ikkunsidrata d-differenza bejn il-prezzijiet fil-Komunità u l-prezzijiet fis-suq dinji u meta l-esportazzjoni hija għal destinazzjoni speċifika, l-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istati Membri jistgħu jintalbu joħorġu stedina speċjali għat-tfigħ ta' l-offerti, li tistipula:

- li l-offerti jistgħu jintefgħu f'kull ħin sakemm ikun fit-terminu tal-proċess tat-tfigħ ta' l-offerti, u

- l-ammont massimu tar-rifużjoni, ikkalkulat fid-dawl tal-ħtiġiet għall-esportazzjoni f'dak il-każ;

(e) jekk l-ammont tar-rifużjoni offrut b'offerta:

- jeċċedi l-massimu ffissat, l-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istati Membri għandhom jirrifjutaw dik l-offerta,

- jekk ma jeċċedix il-massimu, dawk l-awtoritajiet għandhom jiffissaw ir-rifużjoni f'ammont egwali għar-rifużjoni offruta fl-offerta kkonċernata.

4. Fil-każ ta' zokkor mhux maħdum:

(a) ir-rifużjoni għandha tkun iffissata għall-kwalità normali definita fl-Anness I;

(b) ir-rifużjonijiet ffissati f'intervalli regolari permezz tal-paragrafu 2(a):

- ma jistax jeċċedi t-92 % tar-rifużjoni għaz-zokkor abjad għall-istess perjodu. B'danakollu, dan il-limitu m'għandux japplika għar-rifużjoni li jridu jiġu ffissati għaz-zokkor tal-ħelu,

- għandu jiġu multiplikat, għal kull operazzjoni ta' l-esportazzjoni kkonċernata, b'fattur tal-konverżjoni miksub billi tkun diviża l-ġabra taz-zokkor mhux maħdum esportat, ikkalkulat fi qbil ma’ l-Anness I, bi 92;

(ċ) l-ammont massimu kif hemm provvediment dwaru fil-paragrafu 3(ċ) iffissat permezz tal-proċedura tat-tfigħ ta’ l-offerti ma jistax jeċċedi it-92 % ta' l-ammont massimu ffissat fl-istess żmien għaz-zokkor abjad permezz ta' dak il-paragrafu.

Artikolu 29

1. Ir-rifużjoni fuq prodotti żnaturati kif elenkati fl-Artikolu 1(1)(ċ) esportati mingħajr ma jiġu pproċessati aktar għandhom jiġu ffissati kull xahar wara li jkun ikkunsidrat:

(a) il-prezz tal-molassi użat biex jikkalkula d-dħul mill-bejgħ tal-molassi mill-fabbrikanti taz-zokkor bl-għan li jkun iffissat il-prezz bażiku tal-pitravi għas-sena tas-suq ikkonċernata;

(b) il-prezzijiet u l-postijiet tal-bejgħ potenzjali għall-molassi fis-suq tal-Komunità;

(ċ) il-kwotazzjonijiet jew il-prezzijiet irreġistrati għal molassi fis-suq dinji, u

(d) l-aspetti ekonomiċi ta' l-esportazzjonijiet ippjanati.

B'danakollu, l-iffissar jista' ma jitkompliex f'intervalli regolari bi qbil mal-proċedura li hemm referenza dwarha fl-Artikolu 42(2) jekk jinstab li l-ebda molassi żejda ma jkunu għad-disposizzjoni fil-Komunità għall-esportazzjoni bi prezzijiet tas-suq dinji. F'dan il-każ, m'għandu jingħata l-ebda rifużjoni.

2. F'ċirkostanzi speċjali l-ammont tar-rifużjoni jista' jkun iffissat bil-proċedura tat-tfigħ ta' l-offerti għall-kwantitajiet speċifiċi u ż-żoni speċifiċi tal-Komunità. L-iskop tas-sejħa għall-offerti għandu jkun hekk li jiddetermina l-ammont tar-rifużjoni.

L-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istat Membru kkonċernat għandu jorganizza proċedura tat-tfigħ ta' l-offerti permezz ta' l-awtorizzazzjoni li tistabbilixxi r-regoli li għandhom ikunu segwiti, li jridu jiggarantixxu aċċess egwali għall-persuni kollha fil-Komunità.

Artikolu 30

1. L-ammont bażiku tar-rifużjoni għandu jkun ffissat kull xahar għall-prodotti żnaturati kif elenkati fl-Artikolu 1(1)(d) li jiġu esportati mingħajr ma jiġu pproċessati aktar. B'danakollu, l-iffissar f'intervalli regolari jista' ma jitkompliex bi qbil mal-proċedura li hemm referenza dwarha fl-Artikolu 42(2) jekk ikun sospiż l-iffissar regolari tar-rifużjoni fuq iz-zokkor abjad mingħajr aktar ipproċessar. F'dan il-każ, m'għandu jingħata l-ebda rifużjoni.

2. L-ammont bażiku tar-rifużjoni fuq il-prodotti li hemm referenza dwarhom fil-paragrafu 1, bl-eċċezzjoni tas-sorbożju, għandu jkun egwali għal wieħed minn kull mija ta' l-ammont miksub billi jkun kkunsidrat:

(a) id-differenza bejn il-prezz ta' l-intervent għaz-zokkor abjad għaz-żona tal-Komunità bl-akbar ammont żejjed għax-xahar li għalih huwa ffissat l-ammont bażiku, u l-kwotazzjonijiet jew il-prezzijiet għaz-zokkor abjad irreġistrati fis-suq dinji;

(b) il-bżonn li jinħoloq bilanċ bejn:

- l-użu ta' prodotti bażiċi tal-Komunità fil-manifattura tal-prodotti pproċessati għall-esportazzjoni lejn pajjiżi terzi, u

- l-użu ta' prodotti ta' pajjiżi terzi miġjuba taħt arranġamenti ta' l-ipproċessar intern.

3. Fil-każ tas-sorbożju, l-ammont bażiku tar-rifużjoni għandu jkun egwali għall-ammont bażiku tar-rifużjoni ta' anqas minn parti f'kull mija tar-rifużjoni tal-produzzjoni fis-seħħ.

4. L-applikazzjoni ta' l-ammont bażiku tar-rifużjoni tista' tkun ristretta għall-prodotti speċifiċi elenkati fl-Artikolu 1(1)(d).

Artikolu 31

Sa meta hu meħtieġ għat-tħaddim xieraq ta' l-organizzazzjoni komuni tas-swieq fis-settur taz-zokkor, il-Kummissjoni tista’ tipprojbixxi l-użu kollu jew parti minnu ta' l-arranġamenti ta' l-ipproċessar intern għall-prodotti elenkati fl-Artikolu 1(1) bi qbil mal-proċedura li hemm referenza dwarhom fl-Artikolu 42(2).

Artikolu 32

1. Ir-regoli ġenerali għall-interpretazzjoni tan-nomenklatura magħquda u r-regoli speċjali għall-applikazzjoni tagħha għandhom japplikaw għall-klassifikazzjoni tat-tariffi tal-prodotti koperti minn dan ir-Regolament; in-nomenklatura tat-tariffa li tirriżulta mill-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament; in-nomenklatura tat-tariffa li tirriżulta mill-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament għandha tkun inkluża fit-tariffa komuni doganali.

2. Bla ħsara għal kif jista' jkun ipprovdut b'mod ieħor f'dan ir-Regolament jew minn regola adottata minħabba f'hekk, is-segwenti għandu jkun ipprojbit fil-kummerċ ma' pajjiżi terzi:

(a) it-taxxa fuq kull ordni ta' ħlas li jkollu l-effett ekwivalenti għal dazju tad-dwana,

(b) l-applikazzjoni ta' kull restrizzjoni kwantitattiva jew kull miżura li jkollha effett ekwivalenti.

Artikolu 33

1. Meta l-prezz taz-zokkor fis-suq dinji jkun għola mill-prezz ta' l-intervent, tista' tkun applikata taxxa ta' l-esportazzjoni fuq iz-zokkor ikkonċernat. Taxxa bħal din għandha tkun obbligatorja meta l-prezz c.i.f. taz-zokkor abjad jew mhux maħdum ikun għola mill-prezz ta' l-intervent b'10 % miżjuda miegħu.

It-taxxa ta' l-esportazzjoni tista' tkun iddeterminata bil-proċedura tat-tfigħ ta' l-offerti. Inkella, it-taxxa ordnata li titħallas għandha tkun dik li tapplika fil-jum ta' l-importazzjoni

2. Meta l-prezz c.i.f. taz-zokkor abjad jew mhux maħdum huwa għola mill-prezz ta' l-intervent b'10 % miżjuda miegħu, il-Kunsill jista' jiddeċiedi, billi jaġixxi fuq proposta mill-Kummissjoni fi qbil mal-proċedura tal-votazzjoni li hemm referenza dwarha fl-Artikolu 37(2) tat-Trattat, biex jagħti sussidju fuq l-importazzjoni għall-prodott f'dak il-każ.

Meta jkun stabbilit li l-provvisti disponibbli fil-Komunità ma' humiex biżżejjed biex:

(a) jissodisfaw il-ħtiġiet fil-Komunità

jew

(b) jissodisfaw il-ħtiġiet ta' reġjun b'konsum ewlieni fil-Komunità,

imbagħad il-Kunsill għandu jiddeċiedi, waqt li jaġixxi fuq proposta tal-Kummissjoni fi qbil mal-proċedura tal-votazzjoni li hemm referenza dwarha fl-Artikolu 37(2) tat-Trattat, biex jagħti s-sussidju ta' l-importazzjoni u jistabbilixxi r-regoli biex jimplimentaha. Dawk ir-regoli għandhom jiddeterminaw partikolarment il-kwantità ta' zokkor abjad u zokkor mhux maħdum li jiġu koperti mis-sussidju, it-tul tas-sussidju u, meta ikun xieraq, ir-reġjuni li jimportaw.

3. Is-segwenti għandu jkun stabbilit bi qbil mal-proċedura li hemm referenza dwarha fl-Artikolu 42(2):

(a) il-prezzijiet c.i.f. li hemm referenza dwarhom fil-paragrafi 1 u 2,

(b) taxxi ta' l-esportazzjoni ffissati bil-proċedura tat-tfigħ ta' l-offerti,

(ċ) ir-regoli l-oħra dettaljati biex japplikaw dan l-Artikolu.

Fil-każ tal-prodotti li hemm referenza dwarhom fl-Artikolu 1(1)(b),(ċ),(d),(f),(g) u (h), id-disposizzjonijiet simili għal dawn il-paragrafi 1 u 2 jistgħu jiġu adottati bi qbil mal-proċedura li hemm referenza dwarhom fl-Artikolu 42(2).

4. L-ammonti, li ma humiex dawk li hemm referenza dwarhom fil-paragrafu 3, jirriżultaw mill-applikazzjoni ta' dan l-Artikolu għandhom jiġu ffissati mill-Kummissjoni.

Artikolu 34

1. Jekk l-importazzjoni jew l-esportazzjoni jheddu li joħolqu disturbi serji fis-suq Komunitarju f'wieħed jew aktar mill-prodotti elenkati fl-Artikolu 1 li x'aktarx jipperikola l-kisba ta' objettivi stabbiliti fl-Artikolu 33 tat-Trattat, jistgħu jiġu applikati miżuri fil-kummerċ ma' pajjiżi terzi sakemm jieqaf dan iċ-ċaqliq jew din it-theddida.

Il-Kunsill, waqt li jaġixxi bi qbil mal-proċedura stabbilita fl-Artikolu 37(2) tat-Trattat, għandu jadotta r-regoli ġenerali għall-implimentazzjoni ta' dan il-paragrafu u għandu jiddefinixxi l-każi u l-limiti li fihom l-Istati Membri jistgħu jieħdu l-miżuri protettivi.

2. Jekk tinqala' s-sitwazzjoni li hemm referenza dwarha fil-paragrafu 1, il-Kummissjoni għandha tiddeċiedi dwar il-miżuri meħtieġa, jew fuq talba ta' Stat Membru jew fuq l-inizjattiva tagħha stess; l-Istati Membri għandhom jiġu notifikati bil-miżuri, li għandhom ikunu applikabbli immedjatament. Il-Kummissjoni għandha tiddeċiedi fuq kull talba minn Stat Membru fi żmien tlett ijiem tax-xogħol wara li tirċeviha.

3. Il-miżuri deċiżi mill-Kummissjoni jistgħu jiġu rriferuti lejn il-Kunsill minn kull Stat Membru f'perjodu taż-żmien ta' tlett ijiem tax-xogħol wara l-jum li fihom ikunu ġew innotifikati. Il-Kunsill għandu jiltaqa' mingħajr dewmien. Billi jaġixxi b'maġġoranza kwalifikata, jista’ jemenda jew iħassar il-miżuri f'dak il-każ.

4. Dan l-Artikolu għandu jkun applikat bi qbil ma’ l-obligazzjonijiet tal-Komunità li jirriżultaw mill-ftehim konkluż permezz ta' l-Artikolu 300(2) tat-Trattat.

KAPITOLU 2

Arranġamenti preferenzjali ta' l-importazzjoni

Artikolu 35

L-Artikoli 36, 37 u 38 għandhom jgħoddu għaz-zokkor tal-kannamieli, minn issa ’l quddiem imsejjaħ "zokkor preferenzjali", li jaqa' fil-kodiċi NM 1701, li joriġina mill-Istati elenkati fl-Anness VI u importati fil-Komunità permezz ta':

(a) il-Protokoll 3 għall-Anness IV għall-Ftehim tas-Sħubija ACP-KE;

(b) il-Ftehim dwar iz-zokkor tal-kannamieli bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika ta' l-Indja.

Artikolu 36

Meta l-kwalità ta' zokkor preferenzjali importat permezz ta' l-Artikolu 35 u mixtri minn aġenziji ta' l-intervent jew minn aġenti oħra maħtura mill-Komunita jiddevja mill-kwalità tal-livell stabbilit, il-prezzijiet iggarantiti għandhom jiġu aġġustati permezz ta' żidiet jew tnaqqis fil-prezz.

Artikolu 37

1. M'għandu japplika l-ebda dazju ta' l-importazzjoni fuq iz-zokkor preferenzjali permezz ta' l-Artikolu 35.

2. Iz-zokkor preferenzjali m'għandu jgawdi minn l-ebda derogi mill-projbizzjonijiet li hemm referenza dwaru fl-Artikolu 32(2).

Artikolu 38

1. Għas-snin tas-suq 2001/2002 sa 2005/2006, għandha tingħata għajnuna għat-tibdil bħala miżuri ta' l-intervent għall-industrija li tirfina z-zokkor tal-kannamieli mhux maħdum importat fil-Komunità għal dak l-iskop permezz ta' l-Artikolu 35.

2. L-għajnuna li hemm referenza dwarha fil-paragrafu 1 tista' tingħata biss għall-kwantitajiet eliġibbli permezz ta' l-Artikolu 35, li huma rraffinati f'zokkor abjad fir-raffineriji kif hemm referenza dwarhom fl-Artikolu 7(4). L-għajnuna għall-fabbrikar taz-zokkor abjad ikkonċernat għandha tkun ta' EUR 0,10 kull 100 kilogramma, espressa f'zokkor abjad.

3. Matul il-perjodu li hemm referenza dwaru fil-paragrafu 1, għandha tingħata għajnuna addizzjonali bażika ta' EUR 0,10 kull 100 kilogramma, espressa f'zokkor abjad, biex tħalli lir-raffineriji li hemm referenza dwarhom fl-Artikolu 7(4) jirraffinaw iz-zokkor tal-kannamieli mhux maħdum fid-dipartimenti mbiegħda Franċiżi, bl-għan li jerġa’ jkun stabbilit il-bilanċ bejn dak iz-zokkor u z-zokkor preferenzjali.

4. L-għajnuna ta' l-aġġustament u l-għajnuna addizzjonali jistgħu jkunu aġġustati biex jikkunsidraw ix-xejriet ekonomiċi fis-settur taz-zokkor, partikolarment fil-marġini tal-manifattura u tar-raffinerija.

5. Permezz tat-tieni subparagrafu ta' l-Artikolu 7(4) u fuq termini li jridu jiġu ddeterminati, l-iskema ta' l-għajnuna li hemm provvediment dwarha fil-paragrafi 1 sa 3 ta' dan l-Artikolu tista' tkun estiża għaz-zokkor importat mhux maħdum mill-pitravi maħsuda fil-Komunità u rraffinati fir-raffineriji li hemm referenza dwarhom fl-Artikolu 7.

6. Għandhom jiġu adottati regoli għall-applikazzjoni ta' dan l-Artikolu, partikolarment l-aġġustament li hemm referenza dwaru fil-paragrafu 4, għandhom ikunu adottati bi qbil mal-proċedura li hemm referenza dwarha fl-Artikolu 42(2).

Artikolu 39

1. Matul il-perjodu li hemm referenza dwaru fl-Artikolu 38(1), sabiex ikunu assigurati provvisti xierqa għar-raffineriji tal-Komunità kif hemm referenza dwarhom fl-Artikolu 7(4), rata ta' dazju imnaqqsa, minn issa ’l quddiem imsejħa "dazju speċjali", għandha tinżamm fuq l-importazzjoni taz-zokkor tal-kannamieli mhux maħdum, minn issa ’l quddiem imsejjaħ "zokkor preferenzjali speċjali", li joriġina fl-Istati li hemm referenza dwarhom fl-Artikolu 35 u Stati oħra li magħhom ġew iffirmati Ftehim, u suġġetti għal dawk il-kondizzjonijiet stabbiliti hemmhekk, partikolarment tal-prezz minimu tax-xiri li jrid jitħallas mir-raffinaturi.

2. Għall-iskop tal-paragrafu 1 u mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 5, il-provvista massima preżunta għandha tkun espressa f'zokkor abjad, kull sena tas-suq, ta' l-industriji tar-raffineriji fi:

(a) Il-Fillandja | għandha tkun 59925 tunnellata, |

(b) Franza metropolitana | għandha tkun 296627 tunnellata, |

(ċ) Il-Portugall (l-art ewlenija), | għandha tkun 291633 tunnellata, |

(d) ir-Renju Unit | għandha tkun 1128581 tunnellata. |

3. Mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 5, il-kwantitajiet taz-zokkor tal-kannamieli mhux maħdum u ta' pitravi taz-zokkor mhux maħdum maħsuda fil-Komunità disponibbli għall-industrija tar-raffinar, bid-distinzjoni ta' l-oriġini jew mingħajrha, għandhom jiġu deċiżi fuq il-bażi ta' tbassir eżawrenti tal-bilanċ tal-provvisti għaz-zokkor mhux maħdum għal kull sena tas-suq jew parti minn sena tas-suq. Dan il-bilanċ jista' jkun irrivedut matul is-sena tas-suq.

Għall-iskop li jiġu ddeterminati dawn il-kwantitajiet, il-kwantitajiet ta' zokkor mid-dipartimenti mbiegħda Franċiżi u z-zokkor preferenzjali intenzjonat għall-konsum dirett li jrid jkun inkluż f'kull bilanċ għandhom ikunu dawk iddeterminati matul is-sena tas-suq 1994/1995, u jitnaqqas il-konsum lokali tad-dipartimenti mbiegħda Franċiżi matul is-sena tas-suq ikkonċernata.Jekk il-bilanċ juri li l-ammonti li qegħdin għad-disposizzjoni mhux se jkunu biżżejjed biex ilaħħqu mal-ħtiġiet massimi li hemm referenza dwarhom fil-paragrafu 2, il-miżuri meħtieġa għandhom ikunu stabbiliti b'mod li jħallu lill-Istati Membri kkonċernati jimportaw in-nuqqas bħala zokkor speċjali preferenzjali skond l-arranġamenti għall-importazzjoni b'rata speċjali ta' dazju li hemm provvediment dwarha fil-ftehim li hemm referenza għalih fil-paragrafu 1.

4. Apparti minn f'każi ta' forza maġġuri, meta il-ħtiġiet massimi preżunti għall-Istat Membru li hemm referenza dwaru fil-paragrafu 2 jew wara r-reviżjoni permezz tal-paragrafu 5 jeċċedu l-ammont li jikkorrispondi mar-rata sħiħa ta' dazju eżistenti għas-sena tas-suq ikkonċernata għandha tkun imposta fuq kwantità ekwivalenti għall-eċċess, miżjuda bl-għajnuna li hemm referenza dwarha fl-Artikolu 38 u, meta ikun xieraq, bl-akbar rata addizzjonali tad-dazju rreġistrata matul dik is-sena tas-suq.

B'danakollu, fil-każ taz-zokkor preferenzjali mhux maħdum u meta tkun saret reviżjoni permezz tal-paragrafu 5, il-kwantitajiet li jeċċedu l-bżonnijiet massimi preżunti, fil-limiti tal-kwantitajiet elenkati fil-paragrafu 2, jistgħu jinbiegħu lill-aġenziji ta' l-intervent bit-termini stabbilti fl-Artkolu 36 jekk ma jkunux jistgħu jiġu mpoġġija fis-suq fil-Komunità.

5. Meta jkunu japplikaw l-Artikoli 10(3), (4), (5) u (6), is-somma tal-bżonnijiet speċjali preżunti li hemm referenza dwarhom fil-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu għandhom jitnaqqsu għas-sena tas-suq ikkonċernata bi kwantità egwali għas-somma taz-zokkor speċjali preferenzjali meħtieġa biex ikopru l-bżonnijiet massimi preżunti ddeterminati permezz tal-paragrafu 3 ta' dan l-Artikolu, u mnaqqsa bl-istess persentaġġ ta' tnaqqis kif ġie applikat għas-somma tal-kwantitajiet bażiċi A għaz-zokkor tal-Komunità permezz ta' l-Artikolu 10(5).

Dan it-tnaqqis tal-bżonnijiet massimi għandu jkun imqassam bejn l-Istati Membri kkonċernati biex jirriflettu l-proporzjon bejn il-kwantità ffissata għal kull wieħed fil-paragrafu 2 u s-somma tal-kwantitajiet stabbiliti f'dak il-paragrafu.

6. Regoli dettaljati għall-applikazzjoni ta' dan l-Artikolu, partikolarment għall-implimentar u l-amministrar tal-ftehim li hemm referenza dwaru fil-paragrafu 1, għandhom jiġu adottati fi qbil mal-proċedura li hemm referenza dwarha fl-Artikolu 42(2).

TITOLU III

DISPOSIZZJONIJIET ĠENERALI

Artikolu 40

Xi miżuri meħtieġa sabiex jevitaw li s-suq taz-zokkor ikun imfixkel minn ċaqliq fil-livelli tal-prezz mal-qalba minn sena waħda tas-suq għall-oħra jew matul l-istess sena tas-suq jistgħu jkunu adottati bi qbil mal-proċedura li hemm referenza dwarha fl-Artikolu 42(2).

Artikolu 41

L-Istati Membri u l-Kummissjoni għandhom jikkomunikaw lejn xulxin it-tagħrif meħtieġ sabiex ikun implimentat dan ir-Regolament.

Għandhom jiġu adottati regoli għall-komunikazzjoni u d-disseminazzjoni ta' dan it-tagħrif bi qbil mal-proċedura li hemm referenza dwarha fl-Artikolu 42(2).

Artikolu 42

1. Il-Kummissjoni għandha tkun megħjuna minn Kumitat ta' Ġestjoni għaz-Zokkor (minn issa 'l quddiem irriferut bħala "il-Kumitat").

2. Meta ssir riferenza għal dan l-Artikolu, l-Artikoli 4 sa 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandhom japplikaw. Il-perjodu taż-żmien elenkat fl-Artikolu 4(3) tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandu jkun stabbilit għal xahar wieħed.

3. Il-Kumitat għandu jadotta r-regoli tiegħu ta' proċedura.

Artikolu 43

Il-Kumitat jista' jikkunsidra kull mistoqija oħra riferuta lilu mill-President tiegħu jew fuq l-inizjattiva tiegħu nnifsu jew fuq it-talba tar-rappreżentant ta' Stat Membru.

Artikolu 44

L-oġġetti elenkati fl-Artikolu 1 (1) li huma fabbrikati jew miksuba minn prodotti li għalihom ma japplikawx l-Artikolu 23(2) u l-Artikolu 24 tat-Trattat m'għandhomx ikunu ammessi fiċ-ċirkolazzjoni ħielsa fi ħdan il-Komunità.

Artikolu 45

Għajr kif ipprovdut xorta oħra f'dan ir-Regolament, l-Artikoli 87, 88 u 89 tat-Trattat għandhom japplikaw għall-produzzjoni u għall-kummerċ tal-prodotti elenkati fl-Artikolu 1 (1).

Artikolu 46

1. L-Italja għandha tkun awtorizzata biex tagħti għajnuna għall-investiment, li ma jistax jeċċedi EUR 5,43 kull 100 kilogrammi ta' zokkor abjad għal fabbrikanti tal-pitravi taz-zokkor u, meta ikun xieraq, għall-fabbrikanti taz-zokkor għall-produzzjoni tal-kwantità korrispondenti ta' zokkor li tkun effettwata fil-kwoti A u B ta' kull impriża li tipproduċi z-zokkor, fir-reġjuni li ġejjin:Abruzzi, Molise, Apulia, Sardinja, Kampanja, Basilikata, Kalabrija u Sqallija.

2. B'danakollu, meta dan isir meħtieġ bil-ħtiġiet eċċezzjonali konnessi mal-pjanijiet tar-ristrutturar ta' l-industrija taz-zokkor li għaddejjin f'dawn ir-reġjuni, l-Italja tista', skond is-sena tas-suq f'dak il-każ, tibdel l-għajnuna li hemm referenza dwarha fil-partagrafu 1. Fl-applikazzjoni ta' l-Artikoli 87, 88 u 89 tat-Trattat, il-Kummissjoni għandha partikolarment tistabbilixxi jekk l-għajnuna tkunx skond il-pjanijiet tar-ristrutturar.

3. Spanja għandha tkun awtorizzata biex tagħti għajnuna għall-investiment, li ma jistax jeċċedi EUR 7,25 kull 100 kilogrammi ta' zokkor abjad lill-fabbrikanti taz-zokkor tal-kannamieli li qegħdin fit-territorju tagħha għall-produzzjoni tal-kwantità korrispondenti ta' zokkor li tkun effettwata fil-kwoti A u B ta' kull impriża li tipproduċi z-zokkor mill-kannamieli.

4. Il-Portugall għandu jkun awtorizzat jagħti għajnuna ta' l-aġġustamenti. Li ma tistax teċċedi EUR 3,11 kull 100 kilogrammi ta' zokkor abjad għall-produtturi tal-pitravi taz-zokkor li jinstabu fit-territorju ewlieni għall-produzzjoni tal-kwantità korrispondenti ta' zokkor effetwat fil-kwoti A u B ta' kull impriża li tipproduċi z-zokkor.

5. Il-Fillandja għandha tkun awtorizzata tagħti rimborż fuq rata dritta għall-ispejjeż tal-ħażna taz-zokkor tat-tip Ċ li jkun inżamm bi qbil ma' l-Artikolu 14. Ir-regoli dettaljati għall-implimentazzjoni ta' dan il-paragrafu għandhom jiġu adottati bi qbil mal-proċedura li hemm referenza dwarha fl-Artikolu 42(2).

6. L-Istati Membri kkonċernati għandhom jippreżentaw lill-Kummissjoni l-miżuri meħuda għal kull sena tas-suq permezz tal-paragrafi 1 sa 5.

7. Dan l-Artikolu għandu jkun japplika għas-snin tas-suq mill-2001/2002 sa l-2005/2006.

Artikolu 47

1. Meta l-attività agrikola fi ħdan l-iskop ta' dan ir-Regolament tkun ikkonċernata, l-Istati Membri għandhom jadottaw il-miżuri ambjentali li jikkunsidraw li huma xierqa in vista tas-sitwazzjoni ta' l-art agrikola użata u li tirrifletti l-effetti ambjentali potenzjali fuq dawk l-attivitajiet. Dawn il-miżuri għandhom jiġu stabbiliti fi qbil mal-ħtiġiet ambjentali wara li jiġu kkunsidrati l-kondizzjonijiet topografiċi u tal-ħamrija u tal-klima fiż-żoni in kwistjoni, l-amministrazzjoni ta' l-ilma ta' l-irrigazzjoni u s-sistemi tar-rotazzjoni u l-metodi tal-koltivazzjoni li probabbilment itejbu l-ambjent. Jekk ikun meħtieġ, l-Istati Membri għandhom, filwaqt li jirrispettaw l-Artikoli 87, 88 u 89 tat-Trattati, jappoġġjaw lill-fabbrikanti agrikoli fis-settur taz-zokkor permezz ta' programmi ta' riċerka maħsuba biex jiżviluppaw metodi ta' koltivazzjoni aktar favorevoli għall-ambjent, u permezz tal-pubblikazzjoni tar-riżultati ta' dawn il-programmi ta' riċerka.

2. L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu l-penaltajiet xierqa li jkunu proporzjonati mal-gravità tal-konsegwenzi ambjentali tan-nuqqas ta' konformità mal-ħtiġiet ambjentali li hemm referenza dwarhom fil-paragrafu 1.

3. L-Istati Membri għandhom jagħtu lill-Kummissjoni, sat-30 ta' Ġunju 2002, rapport dwar is-sitwazzjoni ambjentali tal-produzzjoni agrikola fis-settur taz-zokkor u l-impatt tal-miżuri nazzjonali adottati permezz tal-paragrafi 1 u 2.

TITOLU IV

DISPOSIZZJONIJIET TEMPORANJI U FINALI

Artikolu 48

Il-bilanċ li jibqa' mis-sistema ta' kumpens għall-ispejjeż tal-ħażna applikati matul is-sena tas-suq 2000/2001 permezz tar-Regolament (KE) Nru 2038/1999 għandu jkun iddebitat, jekk negattiv, jew ikkreditat, jekk pożittiv, permezz tas-sistema li hemm referenza dwarha fl-Artikoli 15 u 16 ta' dan ir-Regolament għas-sena tas-suq 2001/2002.

Fil-każ ta' zokkor maħżun fit-30 ta' Ġunju 2001 permezz tas-sistema ta' kumpens għall-ispejjeż tal-ħażna li hemm provvediment dwarhom fir-Regolament (KE) Nru 2038/99, id-data tar-rimi għall-iskop li tinġabar it-taxxa tal-ħażna għandha tkun tat-30 ta' Ġunju 2001.

Artikolu 49

Ir-Regolamenti (KE) Nru 2038/1999, (KEE) Nru 206/68, (KEE) Nru 431/68, (KEE) Nru 447/68, (KEE) Nru 2049/69, (KEE) Nru 793/72, (KEE) Nru 741/75, (KEE) Nru 1358/77, (KEE) Nru 1789/81, (KEE) Nru 193/82, (KEE) Nru 1010/86 u (KEE) Nru 2225/86 huma b'hekk imħassra.

Ir-riferenzi għar-Regolamenti (KE) Nru 2038/1999, (KEE) Nru 206/68, (KEE) Nru 431/68, (KEE) Nru 793/72, (KEE) Nru 741/75 u (KEE) Nru 193/82 għandhom jiftiehmu bħala riferenzi għal dan ir-Regolament għandhom jinqraw flimkien mat-tabelli tal-korrelazzjoni fl-Anness VII.

Artikolu 50

1. Il-Kummissjoni tista' tadotta kwalunkwe miżuri tranżizzjonali meħtieġa biex tassigura bidla bla problemi mill-arranġamenti fis-seħħ għas-sena tas-suq 2000/2001 lejn dawk introdotti minn dan ir-Regolament bi qbil mal-proċedura li hemm referenza dwarha fl-Artikolu 42(2). Dawn miżuri jistgħu jidderogaw minn dan ir-Regolament.

2. Fuq il-bażi ta' l-istudji tal-Kummissjoni dwar is-sitwazzjoni tas-suq, l-aspetti kollha tas-sistema tal-kwoti, tal-prezzijiet, tar-relazzjonijiet fil-kummerċ u ta' l-analiżi taż-żieda fil-kompetizzjoni li tirriżulta mill-obbligazzjonijiet internazzjonali ta' l-Unjoni Ewropea, il-Kummissjoni għandha tagħti rapport fil-bidu ta' l-2003, flimkien ma' kull proposta xierqa.

Artikolu 51

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum ta' wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Għandu jibda jseħħ mis-sena tas-suq 2001/2002.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fil-Lussemburgu, fid-19 ta' Ġunju 2001.

Għall-Kunsill

Il-President

M. Winberg

[1] ĠU C 29 E, tat-30.01.2001, p. 315.

[2] L-Opinjoni mogħtija fit-13 ta' Marzu 2001 (għadha mhix publikata fil-Ġurnal Uffiċjali).

[3] ĠU C 116, ta’ l-20.4.2001, p. 113.

[4] ĠU L 336, tal-31.12.1998, p. 1.

[5] ĠU L 160, tas-26.06.99, p. 103.

[6] ĠU L 184, tas-17.07.99, p. 23.

[7] ĠU L 252, tal-25.9.1999, p. 1.

[8] Ir-Regolament (KEE) Nru 206/68 tal-Kunsill ta' l-20 ta' Frar 1968 li jistabbilixxi d-disposizzjonijiet tal-punti ewlenija għall-kuntratti u l-ftehim intra-kummerċjali dwar ix-xiri tal-pitravi (ĠU L 47, tat-23.2.1968, p. 1).

[9] Ir-Regolament (KEE) Nru 431/68 tal-Kunsill tad-9 ta' April 1968 li jiddetermina n-norma tal-kwalità għaz-zokkor mhux maħdum u li jiffissa l-post tal-mogħdija mill-fruntiera tal-Komunità għall-kalkolu tal-prezzijiet c.i.f. għaz-zokkor (ĠU L 89, ta’ l-10.4.1968, p. 3)

[10] Ir-Regolament (KEE) Nru 447/68 tal-Kunsill tad-9 ta' April 1968 li jistabbilixxi r-regoli ġenerali għax-xiri bl-intervent taz-zokkor (ĠU L 91, tat-12.4.1968, p. 5). Ir-Regolament kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KEE) Nru 1359/77 (ĠU L 156, tal-25.6.1977, p. 7).

[11] Ir-Regolament (KEE) Nru 2049/69 tal-Kunsill tas-17 ta' Ottubru 1969 li jistabbilixxi r-regoli ġenerali għaż-żnaturar taz-zokkor għall-għalf ta' l-annimali (ĠU L 263, tal-21.10.1969, p. 1).

[12] Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 793/72 tas-17 ta' April 1972 li jistabbilixxi l-livell ta' kwalità għaz-zokkor abjad (ĠU L 94, tal-21.4.1972, p. 1).

[13] Ir-Regolament (KEE) Nru 741/75 tal-Kunsill tat-18 ta' Marzu 1975 li jistabbilixxi r-regoli speċjali għax-xiri tal-pitravi taz-zokkor (ĠU L 74, tat-22.3.1975, p. 2).

[14] Ir-Regolamnet tal-Kunsill (KEE) Nru 1358/77 ta' l-20 ta' Ġunju 1977 li jistabbilixxi r-regoli ġenerali dwar l-għemil tajjeb tan-nefqa ta' kumpens fuq il-ħażniet għaz-zokkor u li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 750/68 (ĠU L 156, tal-25.6.1977, p. 4).

[15] Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1789/81 tat-30 ta' Ġunju 1981 li jistabbilixxi r-regoli ġenerali rigward is-sistema ta' ħażniet minimi fis-settur taz-zokkor (ĠU L 177, ta’ l- 1.7.1981, p. 39). Ir-Regolament kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 725/97 (ĠU L 108, tal-25.4.1997, p. 13).

[16] Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 193/82 tas-26 ta' Jannar 1982 li jistabbilixxi r-regoli ġenerali għat-trasferiment tal-kwoti fis-settur taz-zokkor (ĠU L 21, tad-29.1.1982, p. 3).

[17] Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1010/86 tal-25 ta' Marzu 1986 li jistabbilixxi r-regoli ġenerali għar-rifużjoni fuq il-produzzjoni għal ċerti prodotti miz-zokkor użati fl-industija tal-kimika (ĠU L 94, tad-9.4.1986, p. 9).

[18] Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2225/86 tal-15 ta' Lulju 1986 li jistabbilixxi miżuri għall-bejgħ fis-suq għaz-zokkor prodott fid-dipartimenti baranin Franċiżi u għall-egwaljanza tal-kondizzjonijiet fil-prezzijiet maz-zokkor preferenzjali mhux maħdum (ĠU L 194, tas-17.7.1986, p. 7).

[27] ĠU L 357, 30.12.1998. Ir-Regolament kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 416/2001 (ĠU L 60, ta’ l-1.3.2001, p. 43).

--------------------------------------------------

ANNESS I

Punt I

KWALITÀ NORMALI GĦAZ-ZOKKOR ABJAD

1. Iz-zokkor abjad tal-kwalità normali għandu jkollu dawn il-karatteristiċi:

(a) ikun ta' kwalità soda, ġenwina u kummerċjabbli, xott, fi kristalli granulati omoġenji, bi tnixxija libera

(b) polarizzazzjoni minima 99,7°,

(ċ) kontenut massimu ta' umdità 0,06 %,

(d) kontenut massimu taz-zokkor invertit: 0,04 %,

(e) in-numru ta' punti ddeterminati permezz tal-paragrafu 2 m'għandhomx jeċċedu total ta' 22, u lanqas:

- 15 għall-kontenut ta' rmied,

- 9 għat-tip ta' kulur, iddeterminat bl-użu tal-metodu ta' l-Istitut tat-Teknoloġija ta' l-Agrikoltura ta' Brunswick minn issa ’l quddiem imsejjaħ "il-metodu Brunswick",

- 6 għall-kulur tas-soluzzjoni, iddeterminati bl-użu tal-metodu tal-Kummissjoni Internazzjonali għall-Metodi Uniformi ta' l-Analiżi taz-Zokkor, minn issa ’l quddiem imsejjaħ "il-metodu ICUMSA".

2. Punt wieħed għandu jikkorrispondi għal:

(a) 0,0018 % tal-kontenut ta' l-irmied iddeterminat bl-użu tal-metodu ICUMSA f'28° Brix,

(b) 0,5 unità tat-tip ta' kulur iddeterminat bl-użu tal-metodu Brunswick,

(ċ) 7,5 unità tal-kulur tas-soluzzjoni ddeterminata bl-użu tal-metodu ICUMSA.

3. Il-metodi użati biex jiddeterminaw il-fatturi li hemm referenza dwarhom fil-paragrafu 1 għandhom ikunu dawk użati biex jiddeterminaw dawk il-fatturi permezz tal-miżuri ta' l-intervent.

Punt II

KWALITÀ NORMALI GĦAZ-ZOKKOR MHUX MAĦDUM

1. Iz-zokkor mhux maħdum ta' kwalita normali għandu jkun zokkor b'ġabra ta' 92 %.

2. Il-ġabra taz-zokkor tal-pitravi mhux maħdum għandha tkun ikkalkolata bit-tnaqqis mill-grad ta' polarizzazzjoni ta' dak iz-zokkor:

(a) il-persentaġġ ta' kontenut ta' rmied multiplikat b'erbgħa,

(b) il-persentaġġ tal-kontenut taz-zokkor ta' l-intervent multiplikat bi tnejn,

(ċ) in-numru 1.

3. Il-ġabra tal-kannamieli taz-zokkor mhux maħdum għandha tkun ikkalkolata bit-tnaqqis ta' 100 mill-grad ta' polarizzazzjoni ta' dak iz-zokkor immultiplikat bi tnejn:

--------------------------------------------------

ANNESS II

KWALITÀ NORMALI GĦALL-PITRAVI TAZ-ZOKKOR

Il-pitravi ta' kwalità normali għandhom:

(a) ikunu ta' kwalità b'saħħitha, mhux ħżiena u kummerċjabbli;

(b) ikollhom kontenut ta' zokkor ta' 16 % fil-punt ta' meta jiġu wasla.

--------------------------------------------------

ANNESS III

TERMINI TAX-XIRI TAL-PITRAVI

Punt I

Għall-iskopijiet ta' dan l-Anness:

1. Partijiet Kontrattanti jfissru:

(a) fabbrikanti taz-zokkor, minn issa ’l quddiem imsejħa "fabbrikanti",

(b) bejjiegħa tal-pitravi, minn issa ’l quddiem imsejħa "bejjiegħa";

2. kuntratt ifisser kuntratt konkluż bejn bejjiegħ u fabbrikant għall-konsenja tal-pitravi għall-manifattura taz-zokkor;

3. ftehim fi ħdan il-kummerċ ifisser:

(a) ftehim konkluż fuq livell tal-Komunità, qabel ma jkun iffirmat il-kuntratt, bejn grupp ta' organizzazzjonijiet tal-fabbrikanti nazzjonali fuq in-naħa l-waħda u grupp ta' organizzazzjonijiet tal-bejjiegħa fuq in-naħa l-oħra;

(b) ftehim iffirmat, qabel il-konklużjoni ta' kull kuntratt, bejn il-fabbrikant jew organizzazzjoni tal-fabbrikanti rikonoxxuti mill-Istat Membru kkonċernat fuq in-naħa l-waħda u grupp ta' organizzazzjonijiet tal-bejjiegħa rikonoxxuti mill-Istat Membru konċernat fuq in-naħa l-oħra;

(ċ) il-liġi tal-kumpaniji u l-liġi dwar il-ko-operativi, sa kemm dawn jirregolaw il-kunsinja tal-pitravi taz-zokkor mill-azzjonisti jew membri ta' kumpanija jew ko-operativa li timmanifattura z-zokkor;

(d) fin-nuqqas ta' kull ftehim kif li hemm referenza dwaru f' (a) jew (b), il-ftehim li jeżisti qabel il-konklużjoni ta' kull kuntratt bejn il-fabbrikanti u l-bejjiegħa, diment li l-bejjiegħa li jaċċettaw l-arranġament ifornu ta' lanqas 60 % tal-pitravi totali mixtrija mill-fabbrikant għall-manifattura taz-zokkor f'fabbrika waħda jew aktar.

Punt II

1. Il-kuntratti għandhom isiru bil-milktub għall-kwantità speċifika ta' pitravi.

2. Il-kuntratti għandhom jispeċifikaw jekk tistax tkun fornuta kwantità addizzjonali ta' pitravi, u skond liema termini.

Punt III

1. Dan il-Punt għandu japplika biss meta jkun japplika l-Artikolu 19 ta' dan ir-Regolament.

2. Il-kuntratti għandhom jindikaw il-prezzijiet tax-xiri għall-kwantitajiet ta' pitravi li hemm referenza dwarhom fl-ewwel parti ta' l-Artikolu 19(1) ta' dan ir-Regolament. Fil-każ tal-kwantitajiet li hemm referenza dwarhom f' (a) u (b) ta' l-Artikolu 19(1), dawn il-prezzijiet ma jistgħux ikunu anqas mill-prezz minimu għall-pitravi li hemm referenza dwarhom fl-Artikolu 4 ta' dan ir-Regolament applikabbli għaż-żona ta' produzzjoni kkonċernata.

3. Il-kuntratti għandhom jispeċifikaw kontenut fiss ta' zokkor għall-pitravi. Għandhom jinkludu skala tal-konverżjoni li turi l-kontenuti differenti taz-zokkor u l-fatturi li jikkonvertu l-kwantitajiet tal-pitravi fornuti fil-kwantitajiet li jikkorrispondu mal-kontenut ta' zokkor muri fil-kuntratt.

L-iskala għandha tkun ibbażata fuq il-ġabra li tikkorrispondi għall-kontenuti differenti taz-zokkor.

4. Meta bejjiegħ jiffirma kuntratt ma' fabbrikant għall-konsenja tal-pitravi kif hemm referenza dwaru fl-ewwel parti ta' l-Artikolu 19(1) ta' dan ir-Regolament u f' (a) tiegħu, il-konsenji kollha minn dak il-bejjiegħ ikkonvertiti permezz tal-paragrafu 3 hawn fuq, għandhom jiġu kkunsidrati li huma konsenji fi ħdan it-tifsira ta' l-ewwel parti ta' l-Artikolu 19(1) u (a) imsemmi hawn fuq sal-kwantità speċifikata fil-kuntratt.

5. Il-fabbrikanti li jipproduċu kwantità ta' zokkor li hija anqas mill-kwota bażika tagħhom mill-pitravi li għalihom huma jkunu ffirmaw kuntratti tal-konsenji qabel it-tħawwil permezz ta' l-ewwel parti ta' l-Artikolu 19(1) u (a) tiegħu, u għandhom iqassmu l-kwantità korrespondenti ta' pitravi ma' xi produzzjoni addizzjonali sa l-ammont tal-kwota bażika tagħhom fost il-bejjiegħa li magħhom ikunu ffirmaw kuntratti tal-konsenji qabel it-tħawwil fi ħdan it-tifsira ta' l-ewwel parti ta' l-Artikolu 19(1) u (a) u (b) tiegħu kif imsemmi hawn fuq.

Ftehim fi ħdan il-kummerċ jista' jidderoga minn dan il-provvediment.

6. Fabbrikant ma jista' fl-ebda każ jitlob lill-bejjiegħ biex jagħti lura t-taxxa tal-produzzjoni għall-pitravi kkonsenjati mill-bejjiegħ permezz ta' kuntratt konkluż skond l-ewwel parti ta' l-Artikolu 19(1) ta' dan ir-Regolament u (a) tiegħu.

Punt IV

1. Il-kuntratti għandhom ikollhom disposizzjonijiet li jikkonċernaw it-tqassim u t-tul normali tal-konsenji tal-pitravi.

2. Dawn id-disposizzjonijiet għandhom ikunu dawk applikabbli matul is-sena tas-suq 2000/2001, billi jittieħed akkont tal-livell attwali tal-produzzjoni; il-ftehim fi ħdan il-kummerċ jista' jidderoga minnhom.

Punt V

1. Il-kuntratti għandhom jipprovdu għall-ċentri tal-kollezzjoni tal-pitravi.

2. Meta l-bejjiegħa u l-fabbrikanti jkunu diġà ffirmaw kuntratt għas-sena tas-suq 2000/2001, iċ-ċentri tal-kollezzjoni miftiehma bejniethom għall-konsenji matul dik is-sena tas-suq għandhom jibqgħu joperaw; ftehim fi ħdan il-kummerċ jista' jidderoga minn din id-disposizzjoni.

3. Il-kunttratti għandhom jipprovdu li l-ispejjeż tat-trasportazzjoni miċ-ċentri tal-kollezzjoni għandhom jitħallsu mill-fabbrikant soġġett għall-ftehim speċjali bbażati fuq ir-regoli jew l-użanzi lokali operabbli qabel is-sena tas-suq 2001/2002.

4. B'danakollu, fid-Danimarka, fi Spanja, fil-Fillandja, fil-Greċja, fl-Irlanda, fil-Portugall u fir-Renju Unit, meta l-pitravi jiġu kkonsenjati b'xejn sal-fabbrika, il-kuntratti għandhom jitolbu li l-fabbrikanti jikkontribwixxu għall-ispejjeż tat-trasport u għandhom jistipulaw il-persentaġġ jew l-ammonti.

Punt VI

1. Il-kuntratti għandhom jipprovdu għall-punti ta' fejn ikunu kkunsinjati l-pitravi.

2. Meta l-bejjiegħa u l-fabbrikanti jkunu diġà ffirmaw kuntratt għas-sena tas-suq 2000/2001, il-punti mifthiema minnhom dwar il-konsenji matul dik is-sena tas-suq għandhom jibqgħu jkunu operabbli; ftehim fi ħdan il-kummerċ jista' jidderoga minn din id-disposizzjoni.

Punt VII

1. Il-kuntratti għandhom jipprovdu għall-kontenut taz-zokkor li jrid jkun iddeterminat permezz tal-metodu polarimetriku. Kampjun tal-pitravi għandu jinġabar fil-ħin ta' meta ssir il-konsenja.

2. Ftehim fi ħdan il-kummerċ jistgħu jipprovdu għall-kampjuni li jittieħdu fi stadju ieħor.

F'każi bħal dawn, il-kuntratt għandu jipprovdi għall-korrezzjoni biex jikkumpensa għall-waqa' fil-kontenut taz-zokkor bejn meta jiġu kkonsenjati u t-teħid tal-kampjun.

Punt VIII

Il-kuntratti għandhom jipprovdu għall-piż gross, il-kontenut taz-zokkor u t-tara li jridu jiġu determinati bl-użu ta' waħda mill-proċeduri li ġejjin:

(a) flimkien, mill-fabbrikant u l-organizzazzjoni tal-kummerċ tal-fabbrikant tal-pitravi, jekk jipprovdi għal dan ftehim fi ħdan il-kummerċ;

(b) mill-fabbrikant, taħt is-superviżjoni ta' l-organizzazzjoni tal-kummerċ tal-fabbrikant tal-pitravi;

(ċ) mill-fabbrikant, taħt is-superviżjoni ta' espert rikonoxxut mill-Istat Membru kkonċernat, diment li l-bejjiegħ iħallas l-ispejjeż dwar dan;

(d) mill-fabbrikant, jekk ir-regoli u l-użanzi lokali applikabbli qabel is-sena tas-suq 2000/2001 jipprovdu hekk.

Punt IX

1. Il-kuntratti għandhom jipprovdu għal prezz addizzjonali li jrid jitħallas mill-bejjiegħ meta:

(a) hemm żieda fil-prezz għall-pitravi fil-bidla minn sena tas-suq għal dik ta' wara, u

(b) iż-żieda fil-prezz ta' l-intervent għaz-zokkor li tirriżulta miż-żieda fil-prezz tal-pitravi ma tkunx soġġetta għat-taxxa fuq il-ħażniet miżmuma fil-ħin tal-bidla.

Il-prezz addizzjonali għandu jkun kkalkulat kull 100 kilogramma ta' zokkor abjad billi tkun immultiplikata ż-żieda li hemm referenza dwarha fl-ewwel subparagrafu skond (b) b'ko-effiċjent egwali għal proporzjon ta'

- il-kwantitajiet ta' zokkor fabbrikati fil-kwoti A u B li ma nġabux ’il quddiem skond l-Artikolu 14 ta' dan ir-Regolament li jkunu maħżuna fil-ħin tal-bidla

u

- il-kwantitajiet ta' zokkor fabbrikati mill-fabbrikant matul is-sena tas-suq preċedenti li jkunu fil-kwota massima tagħhom li ma nġabux ’il quddiem skond l-Artikolu 14 ta' dan ir-Regolament.

2. Il-ftehim fi ħdan il-kummerċ jista' jidderoga mill-paragrafu 1.

Il-kuntratti għandhom isemmu l-possibbiltà ta' deroga bħal din.

Punt X

1. Il-kuntratti għandhom jitolbu lill-fabbrikanti biex jagħmlu waħda jew aktar mis-segwenti għall-kwantità sħiħa ta' pitravi kkonsenjata; meta l-partijiet minn dik il-kwantità jkunu soġġetti għal trattament differenti, il-kuntratt għandu jimponi aktar minn obbligazzjoni waħda minn dawn:

(a) biex jirritorna l-polpa friska mit-tunnellaġġ tal-pitravi kkonsenjati bla ħlas lejn il-bejjiegħ, ex fabbrika;

(b) biex jirritorna l-polpa mnixxfa jew mnixxfa u molassata, bla ħlas lejn il-bejjiegħ, ex fabbrika;

(ċ) biex jirritorna l-polpa mnixxfa, lejn il-bejjiegħ, ex fabbrika; f'dan il-każ, il-fabbrikant jista' jitlob lill-bejjiegħ biex iħallas l-ispejjeż tat-tnixxif;

(d) biex iħallas lill-bejjiegħ kumpens li jieħu akkont tal-possibbiltajiet tal-biegħ tal-polpa kkonċernata.

2. Ftehim fi ħdan il-kummerċ jista' jipprovdi għall-polpa biex tkun ikkonsenjata fi stadju ieħor apparti minn dak li hemm referenza dwaru fil-paragrafu 1(a), (b) u (ċ).

Punt XI

1. Il-kuntratti għandhom jiffissaw il-limiti ta' żmien għall-pagamenti bil-quddiem u għall-ħlas tal-prezz tax-xiri tal-pitravi.

2. Dawn il-limiti ta' żmien għandhom ikunu dawk validi matul is-sena tas-suq 2000/2001; il-ftehim fi ħdan il-kummerċ jistgħu jidderogaw minn dawn id-disposizzjonijiet.

Punt XII

Meta l-kuntratti jispeċifikaw ir-regoli li jkopru materji li huma kkunsidrati f'dan l-Anness, jew meta jkun fihom disposizzjonijiet li jiregolaw materji oħra, id-disposizzjonijiet u l-effetti tagħhom ma jistgħux ikunu b'konflitt ma' dan l-Anness.

Punt XIII

1. Ftehim fi ħdan il-kummerċ kif deskritti fil-Punt I(3)(b) għandhom ikollhom klawsoli ta' l-arbitraġġ.

2. Meta l-ftehim fi ħdan il-kummerċ tal-Komunità, fil-livell reġjonali jew f'dak lokali jistipulaw regoli li jkopru materji li huma kkunsidrati taħt dan ir-Regolament, jew meta fihom disposizzjonijiet li jirregolaw materji oħra, id-disposizzjonijiet u l-effetti tagħhom ma jistgħux ikunu b'konflitt ma' dan l-Anness.

3. Ftehim bħal dan jistgħu jistipulaw, partikolarment:

(a) ir-regoli dwar id-distribuzzjoni lejn il-bejjiegħa ta' kwantitajiet ta' pitravi li l-fabbrikant jiddeċiedi li jixtri minn qabel iż-żrigħ, għall-manifattura taz-zokkor fil-limiti tal-kwota bażika;

(b) ir-regoli għad-distribuzzjoni kif hemm referenza dwarhom fil-Punt III(5);

(ċ) l-iskala tal-konverżjoni li hemm referenza dwarha fil-Punt III(3);

(d) ir-regoli dwar l-għażla u l-provvista ta' żerriegħa tal-verjetajiet ta' pitravi li għandhom ikunu fabbrikati;

(e) il-kontenut minimu ta' zokkor fil-pitravi li għandhom ikunu kkonsenjati;

(f) ħtieġa għall-konsultazzjoni bejn il-fabbrikant u r-rappreżentanti tal-bejjiegħa qabel tkun ffissata d-data tal-bidu tal-konsenji tal-pitravi;

(g) il-pagament ta' laġġju lill-bejjiegħa għall-konsenji kmieni jew tard;

(h) dettalji ta':

- il-parti tal-polpa li hemm referenza dwarha fil-Punt X(1)(b),

- l-ispejjeż li hemm referenza dwarhom fil-Punt X(1)(c),

- il-kumpens li hemm referenza dwaru fil-Punt X(1)(d),

(i) it-tneħħija tal-polpa mill-bejjiegħ;

(j) ir-regoli dwar kif kull differenza bejn il-prezz ta' l-intervent u l-prezz attwali tal-bejgħ taz-zokkor għandu jkun allokat bejn il-fabbrikanti u l-bejjiegħa.

Punt XIV

Meta ma jkunx hemm ftehim stabbilit fil-kummerċ dwar kif il-kwantitajiet ta' pitravi maħsuba għall-manifattura taz-zokkor fil-limiti bażiċi tal-kwoti li l-fabbrikant joffri li jixtri qabel iż-żrigħ għandhom jiġu imqassma fost il-bejjiegħa, l-Istat Membru kkonċernat jista' hu nnifsu jistabbilixxi r-regoli għall-allokazzjoni bħal din.

Dawn ir-regoli jistgħu ukoll jagħtu lill-bejjiegħa tradizzjonali tal-pitravi lejn il-ko-operattivi d-drittijiet tal-konsenja li ma humiex dawk li kienu jgawdu kieku kienu parti minn dawn il-ko-operattvi.

--------------------------------------------------

ANNESS IV

REGOLI DETTALJATI DWAR IT-TRASFERIMENTI TAL-KWOTI BEJN IL-KUMPANIJI

Punt I

L-Istati Membri għandhom jadottaw miżuri bħal dawn kif iħossu li jkunu meħtieġa biex jiġu kkunsidrati l-interessi tal-fabbrikanti tal-pitravi taz-zokkor u tal-kannamieli taz-zokkor meta l-kwoti jiġu mogħtija lill-impriża li tipproduċi z-zokkor li għandha aktar minn fabbrika waħda.

Punt II

1. Mingħajr preġudizzju għal paragrafu 2, fil-każ ta' tgħaqqid jew trasferiment ta' l-impriżi li jipproduċu z-zokkor jew it-trasfriment tal-fabbriki taz-zokkor, il-kwoti A u B għandhom jinbidlu kif ġej:

(a) fil-każ ta' tgħaqqid ta' impriżi li jipproduċu z-zokkor, l-Istati Membri għandhom jagħtu lill-impriża li tirriżulta mit-tgħaqqid il-kwota A u l-kwota B egwali rispettivament għas-somma tal-kwoti A u s-somma tal-kwoti B mogħtija qabel it-tgħaqqid lill-impriżi kkonċernati li jipproduċu z-zokkor;

(b) fil-każ tat-trasferiment ta' impriża li tipproduċi z-zokkor, l-Istat Membru għandu jagħti l-kwota A u l-kwota B għall-produzzjoni taz-zokkor ta' l-impriża li tkun ġiet ittrasferita lill-impriża li tkun xtratha jew, jekk ikun hemm aktar minn impriża waħda li tkun xtratha, l-allokazzjoni għandha ssir bi proporzjon għall-produzzjoni taz-zokkor assorbita minn kull waħda minnhom;

(ċ) fil-każ ta' trasferiment ta' fabbrika taz-zokkor, l-Istat Membru għandu jnaqqas il-kwota A u l-kwota B ta' l-impriża li tkun qiegħda tittrasferixxi l-proprjetà tal-fabbrika u għandu jżid il-kwota A u l-kwota B ta' l-impriża jew impriżi li jkunu xtraw l-fabbrika f'dak il-każ bil-kwantità mnaqqsa fi proporzjon mal-produzzjoni assorbita.

2. Meta numru tal-fabbrikanti tal-pitravi taz-zokkor jew tal-kannamieli taz-zokkor milquta direttament minn waħda mill-operazzjonijiet li hemm referenza dwarhom fil-paragrafu 1 juru espressament li jridu jipprovdu lill-impriża tagħhom li tipproduċi l-pitravi taz-zokkor jew il-kannamieli taz-zokkor li ma tkunx parti minn dawk l-operazzjonijiet, l-Istat Membru jista' jagħmel l-allokazzjoni fuq il-bażi tal-produzzjoni assorbita mill-impriża li lilha jkollhom l-intenzjoni li jfornu l-pitravi jew il-kannamieli tagħhom.

3. Fil-każ ta' għeluq, f'ċirkostanzi apparti minn dawk li hemm referenza dwarhom fil-paragrafu 1, ta':

(a) impriża li tipproduċi z-zokkor,

(b) fabbrika waħda jew aktar li tipproduċi z-zokkor,

l-Istati Membri jistgħu jallokaw parti mill-kwoti involuti f'tali għeluq lejn impriża waħda jew aktar li jipproduċu z-zokkor.

Anki fil-każ li hemm referenza dwaru f'(b) fis-subparagrafu preċednti, meta uħud mill-fabbrikanti kkonċernati juru espressament li jridu jfornu l-pitravi jew il-kannamieli tagħhom lejn l-impriża li tipproduċi z-zokkor, l-Istat Membru jista' jagħti l-proporzjon korrespondenti tal-kwoti kkonċernati tal-pitravi jew tal-kannamieli lejn l-impriża li jkollha l-intenzjoni li tforni b'dawk il-prodotti.

4. Meta d-deroga li hemm referenza dwarha fl-Artikolu 19(3) ta' dan ir-Regolament tkun applikata, l-Istat Membru kkonċernat jista' jitlob lill-fabbrikanti tal-pitravi u l-fabbrikanti taz-zokkor ikkonċernati b'dik id-deroga biex jinkludu fil-ftehim tagħhom fi ħdan il-kummerċ, klawsoli speċjali li jippermettu lill-Istat Membru li japplika l-paragrafi 2 u 3, meta applikabbli.

5. Fil-każ ta' twellija ta' fabbrika li tappartjeni lill-impriża li tipproduċi z-zokkor, l-Istat Membru jista' jnaqqas il-kwoti ta' l-impriża li toffri l-fabbrika għat-twellija u jalloka l-porzjon li bih il-kwota ġiet imnaqqsa lill-impriża li tikri l-fabbrika sabiex tipproduċi z-zokkor fiha.

Jekk it-twellija tkun itterminata matul il-perjodu ta' tliet snin tas-suq li hemm referenza dwarhom fil-Punt V(d), it-tibdil fil-kwoti permezz tas-subparagrafu preċedenti għandu jkun kkanċellat b'mod retroattiv mill-Istat Membru mid-data li fiha tkun saret it-twellija. B'danakollu, jekk it-twellija tkun mitmuma minħabba forza maġġuri, l-Istati Membri m'għandhomx jintrabtu li jikkanċellaw l-aġġustament.

6. Meta l-impriża li tipproduċi z-zokkor ma tistax aktar tassigura li tkun tista' tissodisfa l-obbligazzjonijiet tagħha taħt ir-regolamenti tal-Komunità fir-rigward tal-produtturi tal-pitravi taz-zokkor jew tal-kannamieli taz-zokkor ikkonċernati, u meta s-sitwazzjoni tkun ġiet assigurata mill-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istat Membru kkonċernat, dan ta' l-aħħar jista' jalloka għal sena tas-suq waħda jew aktar il-parti tal-kwoti involuti lejn impriża waħda jew aktar li tipproduċi z-zokkor fi proporzjon mal-produzzjoni assorbita.

7. Meta Stat Membru jagħti garanziji tal-prezz u tal-post ta' minn meta jsir il-bejgħ lill-impriża li tipproduċi z-zokkor għall-ipproċessar tal-pitravi taz-zokkor f'alkoħol etiliku, l-Istat Membru jista', bi qbil ma' dik l-impriża u mal-fabbrikanti tal-pitravi kkonċernati, jagħti l-kwoti tal-produzzjoni taz-zokkor kollha jew parti minnhom lill-waħda jew aktar mill-impriżi għal sena tas-suq waħda jew aktar.

Punt III

Fil-każ ta' tgħaqqid jew trasferiment ta' impriżi li jipproduċu l-isoglukożju, it-trasferiment tal-fabbrika li tipproduċi l-isoglukożju jew l-għeluq ta' impriża waħda jew aktar li tipproduċi l-isoglukożju jew fabbrika waħda jew aktar li huma l-proprjetà ta' tali impriża, l-Istat Membru jista' jagħti l-kwoti involuti għall-produzzjoni ta' l-isoglukożju lill-impriża waħda jew aktar, kemm jekk għandhom kwota tal-produzzjoni u kemm jekk le.

Punt IV

Il-miżuri meħuda bis-saħħa tal-Punti II u III jieħdu effett biss jekk:

(a) l-interessi ta' kull waħda mill-partijiet kkonċernati jkunu kkunsidrati u

(b) l-Istat Membru konċernat jikkunsidra li huwa probabbli li jtejbu l-istruttura tas-setturi tal-manifattura tal-pitravi, tal-kannamieli u taz-zokkor.u

(ċ) li dawn jikkonċernaw impriżi stabbiliti fl-istess reġjun fil-qofol ta' dak li jfisser l-Artikolu 11(2) ta' dan ir-Regolament.

Punt V

Għall-iskopijiet ta' dan l-Anness:

(a) "it-tgħaqqid ta' impriża" tfisser il-konsolidazzjoni ta' żewġ impriżi jew aktar f'impriża waħda;

(b) "it-trasferiment ta' impriża" jfisser it-trasferiment jew assorbiment ta' l-assi ta' impriża li għandha l-kwoti lejn impriża waħda jew aktar;

(ċ) "it-trasferiment tal-fabbrika" tfisser it-trasferiment tal-proprjetà ta' unità teknika, inkluż l-impjant kollu meħtieġ għall-manifattura tal-prodott ikkonċernat, lejn impriża waħda jew aktar, li jirriżulta fl-assorbiment parzjali jew totali tal-produzzjoni ta' l-impriża li tagħmel it-trasferiment;

(d) "it-twellija ta' fabbrika" tfisser il-kuntratt tat-twellija ta' unità teknika inkluż l-impjant meħtieġ, għall-manifattura taz-zokkor, bl-iskop tat-tħaddim tagħha, konkluż għall-perjodu ta' mill-anqas tliet snin tas-suq konsekuttivi, li l-partijiet jiftiehmu li ma jtemmux qabel it-tmiem tat-tielet sena tas-suq, ma' l-impriżi li hija stabbilita fl-istess reġġjun, bi qbil ma’ dak li jfisser l-Artikolu 11(2) ta' dan ir-Regolament, bħala l-fabbrika kkonċernata, jekk, wara li tkun effettiva t-twellija, l-impriża li tikri l-fabbrika tista' tkun ikkunsidrata bħala l-impriża tal-produzzjoni taz-zokkor biss għall-produzzjoni intiera tiegħu.

Punt VI

Il-miżuri li hemm referenza dwarhom fil-Punti II u III għandhom jieħdu effett meta l-għeluq ta' l-impriża jew tal-fabbrika, it-tgħaqqid jew it-trasferiment isir:

(a) bejn l-1 ta' Lulju u l-31 ta' Jannar tas-sena ta' wara, għas-sena tas-suq li tkun tapplika matul dak il-perjodu;

(b) bejn l-1 ta' Frar u t-30 ta' Ġunju ta' l-istess sena, għas-sena tas-suq li tkun wara dak il-perjodu.

Punt VII

Meta Stat Membru japplika l-Artikolu 12(2) ta' dan ir-Regolament, għandu jagħti l-kwoti aġġustati qabel l-1 ta' Marzu bl-għan li japplikahom fis-sena tas-suq ta' wara.

Punt VIII

Meta l-Punti II u III jiġu applikati, l-Istati Membri għandhom jinformaw lill-Kummissjoni bil-kwoti A u B aġġustati sa mhux aktar tard minn 15-il ġurnata wara l-iskadenza tal-perjodi li hemm referenza dwaru fil-Punt VI.

Punt IX

Għall-iskop tat-trasferiment tal-kwoti fl-Italja, fi Spanja u fid-dipartimenti barranin Franċiżi permezz tal-pjanijiet ta' ristrutturar kif hemm referenza dwarhom fit-tieni subparagrafu ta' l-Artikolu 12(2) ta' dan ir-Regolament, grupp ta' impriżi li jipproduċu z-zokkor li għandhom rabtiet tekniċi, ekonomiċi u strutturali u responsabbli flimkien u għal xulxin għall-obbligazzjonijiet tagħhom permezz tar-regoli tal-Komunità partikolarment fir-rigward ta' min ikabbar il-pitravi u l-kannamieli, jistgħu jitqiesu bħala impriża li tipproduċi z-zokkor.

--------------------------------------------------

ANNESS V

Kodiċi tan-NM | Deskrizzjoni |

0403 | Xorrox, ħalib magħqud u krema, yogurt, kephir u ħalib u krema oħrajn iffermentati jew aċidifikati, irrispettivament jekk humiex ikkonċentrati jew li fihom iz-zokkor miż jud jew ħlewwiet oħra jew togħma miż juda jew xi frott miż jud, ġewż jew kawkaw |

040310 | – Yoghurt; |

04031051 sa04031099 | Bit-togħma jew li jkun fihom frott miżjud, ġewż jew kawkaw |

040390 | – Oħrajn; |

04039071 sa04039099 | – – Bit-togħma jew li jkun fihom frott miżjud, ġewż jew kawkaw |

ex0710 | – Ħaxix (mhux imsajjar jew imsajjar bil-fwar jew bit-tgħolija fl-ilma), iffriżat.: |

07104000 | – Qamħirrum |

ex0711 | Ħaxix ippriservat proviżjonalment (per eżempju, bil-gass diossidu tal-kubrit, f'ilma bil-kubrit jew f'soluzzjonijiet oħra preservativi), imma mhux xieraq f'dak l-istat għal konsum immedjat: |

071190 | – Ħaxix ieħor, taħlita ta' ħxejjex: |

| – – Ħaxix: |

07119030 | – Qamħirrum |

17025000 | Fruttożi kimikament pur |

ex1704 | Konfettura taz-zokkor (inkluża ċ-ċukulata bajda), li ma għandhiex kokotina, ħlief l-estratt tax-xorb ta' subintestatura Nru 1704 90 10 |

1806 | Preparazzjonijiet taċ-ċikkulata u ta' ikel ieħor li fih il-kawkaw: |

ex1901 | Estratt tax-xgħir; preparazzjonijiet ta' l-ikel mid-dqiq, dqiq mitħun oħxon, lamtu jew estratt tax-xgħir, li ma fihx kawkaw jew li fih inqas minn 40 % bit-toqol ta' kawkaw ikkalkulat fuq bażi totalment mingħajr xaħam, mhux speċifikat jew inkluż x'imkien ieħor; preparazzjonijiet ta' l-ikel ta' l-intestaturi Nri 0401 sa 0404, li ma fihomx kawkaw jew li fihom inqas minn 10 % bit-toqol ta' kawkaw ikkalkulat fuq il-bażi totalment mingħajr xaħam mhux speċifikat jew inkluż imkien ieħor: |

19011000 | – Preparazzjonijiet għall-użu mit-tfal, impoġġija għall-bejgħ bl-imnut |

19012000 | – Taħlitiet u għaġejjen għall-preparazzjoni ta' prodotti tal-furnara ta' l-intestatura Nru 1905 |

190190 | – Oħrajn: |

| – – Oħrajn: |

19019099 | – – – Oħrajn |

ex1902 | Għaġin, kemm jekk imsajjar jew mimli u kemm jekk le (bil-laħam jew sustanzi oħrajn) jew ippreparat bħal ma huma l-ispagetti, l-imqarrun, il-fdewweċ, il-lażanja, l-injokki, ir-ravjul, il-kannelloni; il-kuskus, kemm jekk preparat u kemm jekk le: |

190220 | – Għaġin mimli. (kemm jekk imsajjar jew le jew inkella preparat): |

| – – Oħrajn |

19022091 | – – – Imsajjar |

19022099 | – – – Oħrajn |

190230 | – Għaġin ieħor |

190240 | – Kuskus: |

19024090 | – – Oħrajn |

1904 | Ikel ippreparat miksub bl-infieħ jew bl-inkaljar ta' ċereali jew podotti taċ-ċereali: (per eżempju tqarċiċ tal-qamħ); ċereali (apparti minn qamħirrum) f'forma ta' qamħ, imsajra minn qabel, jew oħrajn qamħ maħdum (apparti minn tqiq jew smida), imsajjar minn qabel, jew ippreparat mod ieħor, mhux speċifikat jew inkluż x'imkien ieħor: |

ex1905 | Ħobż, prodotti ta' l-għaġina, kejkijiet, gallettini u prodotti oħra tal-furnara, kemm jekk fihom il-kawkaw u kemm jekk le; ostji tat-tqarbin, cachets vojta tat-tip addattati għall-użu farmakewtiku, ostji tal-ħobs għas-siġillar, karta tar-ross u prodotti simili: |

19051000 | – Biskuttini tal-ħobż |

190520 | – Ħobż tal-ġinġer u simili |

190530 | – Galletti ħelwin; waffles u ostji tal-ħobs |

190540 | – Biskuttelli, ħobż mixwi u prodotti mixwija simili |

190590 | – Oħrajn: |

| – – Oħrajn: |

19059040 | – – – Waffles u ostji tal-ħobs b'kontenut ta' ilma ta' aktar minn 10 % |

19059045 | – – – Gallettini |

19059055 | – – – Prodotti estrattati jew li jespandu, b'togħma jew immellħin |

19059060 | – – – – Bil-ħlewwiet miżjuda |

19059090 | – – – – Oħrajn |

ex2001 | Ħaxix, frott, ġewż, u partijiet ta' pjanti oħrajn li jittieklu, ippreparati jew ippriżervati bil-ħall jew bl-aċidu aċetiku: |

200190 | – Oħrajn: |

20019030 | – – Qamħirrum (Zea mays var. sacharta) |

20019040 | – – Yams, patata ħelwa u partijiet li jittieklu simili tal-pjanti, li fihom 5 % jew iktar bit-toqol ta' lamtu |

ex2004 | Ħaxix ieħor ippreparat jew ippriservat apparti milli bil-ħall jew aċidu aċetiku, iffriżat:, apparti milli prodotti ta' l-intestatura Nru 2006): |

200410 | – Patata: |

| – – Oħrajn: |

20041091 | – – – Fil-forma ta' dqiq, smida jew tqarqiċ |

200490 | – Ħaxix ieħor, taħlita ta' ħaxix: |

20049010 | – – Qamħirrum (Zea mays var. sacharta) |

ex2005 | Ħaxix ieħor ippreparat jew ippriservat apparti milli bil-ħall jew aċidu aċetiku, mhux iffriżat, Ġapparti mill-prodotti ta' l-intestatura Nru 2006): |

200520 | – Patata: |

20052010 | – – Fil-forma ta' dqiq, smida jew tqarqiċ |

20058000 | – Qamħirrum (Zea mays var. sacharta) |

ex2101 | Estratti, essenzi u kkonċentrati, tal-kafè, tè, matè u preparazzjonijiet b'bażi ta' dawn il-prodotti jew b'bażi tal-kafè, tè jew matè; ċikwejra inkaljata u sostituti inkaljati oħrajn tal-kafè u estratti, essenzi u l-konċentrati tagħhom: |

| – Estratti, essenzi u l-konċentrati, tal-kafè, u preparazzjonijiet b'bażi ta' dawn l-estratti, essenzi u l-konċentrati jew b'bażi tal-kafè: |

| – – Preparazzjonijiet b'bażi ta' dawn l-estratti, essenzi jew konċentrati jew b'bażi ta' kafè: |

21011298 | – – – Oħrajn: |

| – Estratti, essenzi u konċentrati, tal-kafè, tè, matè u preparazzjonijiet b'bażi ta' dawn l-essenzi jew konċentrati jew b'bażi ta' tè jew matè: |

| – – Preparazzjonijiet |

21012098 | – – – Oħrajn |

| – Ċikwejra inkaljata u sostituti inkaljati oħrajn tal-kafè, u l-estratti, l-essenzi u l-konċentrati tagħhom: |

| – – Ċikwejra inkaljata u sostituti inkaljati oħrajn tal-kafè: |

21013019 | – – – Oħrajn |

| – – Estratti, essenzi u konċentrati, taċ-ċikwejra inkaljata u sostituti inkaljati oħrajn tal-kafè: |

21013099 | – – – Oħrajn |

ex2102 | Ħmira (attiva jew inattiva); mikro-organiżi oħrajn ta' ċellola waħda, mejtin; trabijiet għall-ħami ppreparat, mejjet (imma mhux inklużi l-vaċċinazzjonijiet l-intestatura Nru 3002); dqiq flok ħmira preparat: |

210210 | – Ħmira attiva: |

| – – Ħmira tal-furnara: |

21021031 | – – – Imnixxfa |

21021039 | – – – Oħrajn |

210500 | Ġelati u silġ ieħor li jista' jittiekel, sew jekk għandhom il-kokotina u anki jew le |

ex2106 | Tħejjijiet ta' l-ikel mhux speċifikati jew inklużi x'imkien ieħor: |

210690 | – Oħrajn: |

21069010 | – – Fondues tal-ġobon |

| – – Oħrajn: |

21069092 | – – – – – Li ma jkunx fihom xaħmijiet tal-ħalib, sukrożi, iżoglukożi, glukożi jew lamtu jew li fihom anqas minn 1,5 % xaħam tal-ħalib, 5 % sukkrożi jew isoglukożi, 5 % glukożi jew lamtu |

21069098 | – – – – – Oħrajn |

2202 | Ilmijiet, inkluż l-ilma minerali u ilmijiet bil-gass li fih zokkor miżjud jew xi ħlewwa oħra jew bit-togħma, u xorb ieħor mhux alkoħoliku, imma mhux inklużi meraq tal-frott jew tal-ħaxix ta' l-Intestatura Nru 2009 |

2205 | Il- u nbejjed oħra mill-għeneb frisk imħawra b'estratti aromatiċi: |

ex2208 | Alkoħol ta' l-etiliku żnaturat ta' saħħa alkoħolika b'volum ta' anqas minn 80 % vol.; spirti, likuri u xorb ieħor bl-ispirtu: |

220820 | – Spirti miksuba bid-distillazzjoni ta' l-inbid ta' l-għeneb jew tal-karfa ta' l-għeneb: |

22085091 sa22085099 | Ġinevra |

220870 | Likuri u kordjali: |

22089041 sa22089078 | – Spirti u xorb ieħor li fihom l-ispirtu: |

29054300 | Mannitol |

290544 | D-glucitol (sorbitol) |

ex3302 | Taħlit ta' sustanzi odiferi u taħlit (inklużi soluzzjonijiet alkoħoliċi) b'bażi ta' sustanza waħda jew aktar, tat-tip użati bħala materjali mhux maħduma fl-industrija; preparazzjonijiet oħra bbażati fuq sustanzi odoriferi, tat-tip użati għall-manifattura tax-xorb: |

330210 | – Tat-tip użati fl-industriji ta' l-ikel jew xorb: |

| – – Tat-tip użati fl-industriji tax-xorb: |

| – – – Preparazzjonijiet li fihom l-aġenti kollha li jikkaratterizzaw ix-xorb: |

| – – – – – Oħrajn (ta' saħħa alkoħolika attwali bil-volum li ma teċċedix il-0,5 %): |

33021029 | Oħrajn |

ex Kapitolu 38 | Prodotti kimiċi mixxellanji: |

382460 | Sorbitol apparti minn dak tas-subintestatura 2905 44 |

--------------------------------------------------

ANNESS VI

L-ISTATI, L-PAJJIŻI U T-TERRITORJI LI HEMM REFERENZA DWARHOM FL-ARTIKOLU 35

Il-Barbados

Il-Beliże

Il-Kosta ta' l-Ivorju

Il-Fiji

Il-Gujana

Il-Mawrizju

L-Indja

Il-Ġamajka

Il-Kenja

Il-Madagaskar

Il-Malawi

L-Uganda

Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo

San Kitts u Nevis – Anguilla

Is-Surinam

Is-Sważilandja

It-Tanżanija

It-Trinidad u Tobago

Iż-Żambja

Iż-Żimbabwe

--------------------------------------------------

ANNESS VII

TABELLA TAL-KORRELAZZJONI

Ir-Regolament (KE) Nru 2038/1999 | Dan ir-Regolament |

L-Artikolu 1 | L-Artikolu 1 |

L-Artikolu 2(1) | L-Artikolu 1(2)(m) |

L-Artikolu 2(2) u (3) | Imħassra |

L-Artikolu 3 | L-Artikolu 2 |

L-Artikolu 4 | L-Artikolu 3 |

L-Artikolu 5 | L-Artikolu 4 |

L-Artikolu 6 | L-Artikolu 5 |

L-Artikolu 7 | L-Artikolu 6 |

L-Artikolu 8 | Imħassar |

L-Artikolu 9 | L-Artikolu 7 |

L-Artikolu 10 | L-Artikolu 8 |

L-Artikolu 11 | L-Artikolu 9 |

L-Artikolu 12 | Imħassar |

L-Artikolu 13 | L-Artikolu 22 |

L-Artikolu 14 | L-Artikolu 23 |

L-Artikolu 15 | L-Artikolu 24 |

L-Artikolu 16 | L-Artikolu 25 |

L-Artikolu 17 | L-Artikolu 26 |

L-Artikolu 18 | L-Artikolu 27 |

L-Artikolu 19 | L-Artikolu 28 |

L-Artikolu 20 | L-Artikolu 29 |

L-Artikolu 21 | L-Artikolu 30 |

l-ewwel inċiż ta' l-Artikolu 22(1) | L-Artikolu 31 |

L-Artikolu 22(2) u (3) | Imħassar |

L-Artikolu 23 | L-Artikolu 32 |

L-Artikolu 24 | L-Artikolu 33 |

L-Artikolu 25 | L-Artikolu 34 |

L-Artikolu 26(1) | L-Artikolu 10(1) |

L-Artikolu 26(2) | L-Artikolu 11(3) |

L-Artikolu 26(3) | L-Artikolu 10(2) |

L-Artikolu 26(4) | L-Artikolu 11(3) |

L-ewwel inċiż ta' l-Artikolu 26(5) | L-Artikolu 10(3) |

It-tieni subparagrafu ta' l-Artikolu 26(5) | L-Artikolu 10(4) |

It-tielet subparagrafu ta' l-Artikolu 26(5) | L-Artikolu 10(5) |

Il-ħames sub paragrafu ta' l-Artikolu 26(5) | L-Artikolu 10(6) |

L-Artikolu 26(6) | Imħassar |

L-ewwel inċiż ta' l-Artikolu 27(1) | L-Artikolu 11(1) |

L-Artikolu 27(2) | Imħassar |

L-Artikolu 27(3) | L-Artikolu 11(2) |

L-Artikolu 27(4) | Imħassar |

L-Artikolu 27(5) | Imħassar |

L-Artikolu 27(6) | L-Artikolu 11(4) |

L-Artikolu 28 | Imħassar |

L-Artikolu 29 | Imħassar |

L-Artikolu 30 | L-Artikolu 12 |

L-Artikolu 31 | L-Artikolu 13 |

L-Artikolu 32 | L-Artikolu 14 |

L-Artikolu 33 | L-Artikolu 15 |

L-Artikolu 34 | L-Artikolu 16 |

L-Artikolu 35 | L-Artikolu 17 |

L-Artikolu 36 | L-Artikolu 18 |

L-Artikolu 37 | L-Artikolu 19 |

L-Artikolu 38 | L-Artikolu 20 |

L-Artikolu 39 | L-Artikolu 21 |

L-Artikolu 40 | L-Artikolu 35 |

L-Artikolu 41 | L-Artikolu 36 |

L-Artikolu 42 | L-Artikolu 37 |

L-Artikolu 43 | L-Artikolu 38 |

L-Artikolu 44 | L-Artikolu 39 |

L-Artikolu 45 | L-Artikolu 40 |

L-Artikolu 46 | L-Artikolu 41 |

L-Artikolu 47 | L-Artikolu 42(1) |

L-Artikolu 48 | L-Artikolu 42(2) u (3) |

L-Artikolu 49 | L-Artikolu 43 |

L-Artikolu 50 | L-Artikolu 44 |

L-Artikolu 51 | L-Artikolu 45 |

L-Artikolu 52 | Imħassar |

L-Artikolu 53 | L-Artikolu 46 |

L-Artikolu 54 | Imħassar |

L-Artikolu 55 | L-Artikolu 49 |

L-Artikolu 56 | L-Artikolu 51 |

Ir-Regolament (KEE) Nru 793/72 | Dan ir-Regolament |

L-Artikolu 1 | L-Anness I, il-Punt I |

Ir-Regolament (KEE) Nru 431/68 | Dan ir-Regolament |

L-Artikolu 1 | L-Anness I, il-Punt II |

Ir-Regolament (KEE) Nru 206/68 | Dan ir-Regolament |

L-Artikolu 1 | L-Anness III, Il-Punt I |

L-Artikolu 2 | L-Anness III, il-Punt II |

L-Artikolu 3 | L-Anness III, il-Punt III |

L-Artikolu 4 | L-Anness III, il-Punt IV |

L-Artikolu 5 | L-Anness III, il-Punt V |

L-Artikolu 6(1) | L-Anness III, il-Punt VI |

L-Artikolu 6(2) | Imħassar |

L-Artikolu 7 | L-Anness III, il-Punt VII |

L-Artikolu 8 | L-Anness III, il-Punt VIII |

L-Artikolu 8a | Imħassar |

L-Artikolu 8b | L-Anness III, il-Punt IX |

L-Artikolu 9 | L-Anness III, Punt X |

L-Artikolu 10 | L-Anness III, il-Punt XI |

L-Artikolu 11 | Imħassar |

L-Artikolu 12 | L-Anness III, il-Punt XII |

L-Artikolu 13 | L-Anness III, il-Punt XIII |

Ir-Regolament (KEE) Nru 741/75 | Dan ir-Regolament |

L-Artikolu 1 | L-Anness III, il-Punt XIV |

Ir-Regolament (KEE) Nru 193/82 | Dan ir-Regolament |

L-Artikolu 1 | L-Anness IV, il-Punt I |

L-Artikolu 2 | L-Anness IV, il-Punt II |

L-Artikolu 3 | L-Anness IV, il-Punt III |

L-Artikolu 4 | L-Anness IV, il-Punt IV |

L-Artikolu 5 | L-Anness IV, il-Punt V |

L-Artikolu 6 | L-Anness IV, il-Punt VI |

L-Artikolu 7 | L-Anness IV, il-Punt VII |

L-Artikolu 8 | L-Anness IV, il-Punt VIII |

L-Artikolu 9 | L-Anness IV, il-Punt IX |

Anness I | L-Anness V |

Anness II | L-Anness VI |

l-Anness III | l-Anness VII |

--------------------------------------------------