32001R1239



Official Journal L 171 , 26/06/2001 P. 0001 - 0002


Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1239/2001

tad-19 ta’ Ġunju 2001

li jikkoreġi r-Regolament (KEE) Nru 2201/96 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti ta’ frott u ħxejjex ipproċessat

IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikoli 36 u 37 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni,

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew [1],

Billi:

(1) Ir-Regolament (KEE) Nru 2699/2000 [2] inter alia emenda Titolu I tar-Regolament (KEE) Nru 2201/96 [3] u aġġusta f’dak is-sens, mingħajr tibdil fil-kontenut, id-dispożizzjonijiet li jirregolaw l-iskema ta’ għajnuna għall-ipproċessar ta’ tin niexef u pruna li ġejjin mill-għajnbaqar d’Ente. L-iskema, li qabel kienet inkluża fl-Artikoli 2 sa 6 tar-Regolament (KEE) Nru 2201/96, hija bħalissa stabbilita bl-Artikolu 6a ta’ dak ir-Regolament. Biex jingħata kont ta’ din il-preżentazzjoni ġdida, it-test ta’L-Artikolu 31 ta’ l-imsemmi Regolament, li jidentifika in-nefqa li għandha titħallas lura mis-Sezzjoni ta’ Garanzija tal-Fond Agrikolu Ewropew dwar Gwida u Garanzija (FAEGG)), għandu jigi emendat.

(2) Fl-istess l-Artikolu 31 ir-referenza għar-Regolament (KEE) Nru 729/70 [4], li ġie imħassar, trid tiġi sostitwita b’referenza għar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1258/1999 tas-17 ta’ Mejju 1999 dwar l-iffinanzjar tal-politika komuni agrikola [5],

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

L- Artikolu 1

L-Artikolu 31 tar-Regolament (KE) Nru 2201/96 għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej:

"L- Artikolu 31

In-nefqa taħt l-Artikolu 2, l-Artikolu 6a, l-Artikolu 7, l-Artikolu 9(4) u (5) u l-Artikolu 10(3) għandha tkun meqjusa bħala intervent biex jistabbilizza s-swieq agrikoli skond it-tifsira tal-punt (b) ta’ l-Artikolu 1(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1258/1999 tas-17 ta’ Mejju 1999 dwar l-iffinanzjar tal-politika komuni agrikola [6]."

L- Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum li jiġi wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fil-Lussemburgu, fid-19 ta’ Ġunju 2001.

Għall-Kunsill

Il-President

M. Winberg

[1] Opinjoni mogħtija fis-16 ta’ Mejju 2001 (għadha mhux ippublikata fil-Gurnal Uffiċjali).

[2] ĠU L 311, tat-12.12.2000, p. 9.

[3] Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2201/96 tat-28 ta’ Ottubru 1996 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti ta’ frott u ħxejjex proċessati (ĠU L 297, tal-21.11.1996, p. 29). Ir-Regolament kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KEE) Nru 2699/2000 (ĠU L 311, tat-12.12.2000, p. 9).

[4] Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 729/70 tal-21 ta’ April 1970 dwar l-iffinanzjar tal-politika komuni agrikola (ĠU L 94, tat-28.4.1970, p. 13). Ir-Regolament kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KEE) Nru 1287/95 (ĠU L 125, tat-8.6.1995, p. 1).

[5] ĠU L 160, tas-26.6.1999, p. 103.

[6] ĠU L 160, tas-26.6.1999, p. 103.

--------------------------------------------------