32001R1205



Official Journal L 163 , 20/06/2001 P. 0014 - 0015


Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1205/2001

tad-19 ta' Ġunju 2001

li jemenda għall-ewwel darba, ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2488/2000 li jżomm fondi ffriżati fejn għandu x'jaqsam is-Sur Milosevic u dawk il-persuni assoċjati miegħu u li jħassar ir-Regolamenti (KE) Nri 1294/1999 u 607/2000 u l-Artikolu 2 tar-Regolament (KE) Nru 926/98

IL-KUMMISJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi il-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2488/2000 ta' l-10 ta' Novembru 2000 li jżomm fondi ffriżati fejn għandu x'jaqsam is-Sur Milosevic u dawk il-persuni assoċjati miegħu u li jħassar ir-Regolamenti (KE) Nri 1294/1999 u 607/2000 u l-Artikolu 2 tar-Regolament (KE) Nru 926/98 [1], u b'mod partikolari l-Artikolu 4(2)(a) tiegħu,

Billi:

(1) Skond l-Artikolu 1 tar-Regolament (KE) Nru 2488/2000 il-fondi kollha u r-riżorsi finanzjarji oħra miżmuma barra ir-Repubblika Federali tal-Jugoslavja li jappartjenu għas-Sinjur Milosevic u għall-persuni naturali assoċjati miegħu, għandhom jiġu ffriżati u dawn il-persuni m' għandhomx jagħmlu użu jew jibbenefikaw minnhom, kif elenkat fl-Anness I għar-Regolament. Il-Kummissjoni hija awtorizzata li temenda dak l-Anness, filwaqt li tagħti kas tad-deċiżjonijiet li jimplimentaw il-Pożizzjoni Komuni 2000/696/CFSP [2].

(2) Permezz tal-Pożizzjoni Komuni 2001/155/CFSP [3], il-Kunsill emenda id-dispożizzjonijiet tal-Pożizzjoni Komuni 2000/696/CFSP tiegħu fir-rigward tal-projbizzjoni mid-dħul fl-Unjoni Ewropea. Huwa għalhekk xieraq li jiġi emendat ir-Regolament (KE) Nru 2488/2000.

(3) Il-miżuri pprovdut f'dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Amministrattiv li hemm riferenza għalih fl-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 2488/2000,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 2488/2000 huwa mibdul bit-test fl-Anness ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussel, fid-19 ta' Ġunju 2001.

Għall-Kummissjoni

Christopher Patten

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 287, ta' l-14.11.2000, p. 19.

[2] ĠU L 287, ta' l-14.11.2000, p. 1.

[3] ĠU L 57, tas-27.2.2001, p. 3.

--------------------------------------------------

L-ANNESS

"

L-ANNESS I

Milosevic, Slobodan | Ex-President tar-Repubblika Federali tal-Jugoslavja, imwieled f'Pozarevac, Ir-Repubblika tas-Serbja, nhar l-20 ta' Awissu 1941 |

Gajic-Milosevic, Milica | Mart ibnu, imwielda fl-1970 |

Markovic, Mirjana | Martu, imwielda nhar l-10 ta' Lulju 1942 |

Milosevic, Borislav | Ħuħ, imwieled fl-1936 |

Milosevic, Marija | Bintu, imwielda fl-1965 |

Milosevic, Marko | Ibnu, imwieled nhar it-2 ta' Lulju 1974 |

Milutinovic, Milan | President tas-Serbja, imwieled f'Belgrad, Repubblika tas-Serbja, nhar id-19 ta' Diċembru 1942 |

Ojdanic, Dragoljub | Ex-Ministru tad-Difiża, imwieled f'Ravni, Repubblika tas-Serbja, nhar l-1 ta' Ġunju 1941 |

Sainovic, Nikola | Ex-Deputat Prim Ministru, imwieled f'Bor, Repubblika tas-Serbja, nhar is-7 ta' Diċembru 1948 |

Stojilkovic, Vlajko | Ex-Ministru ta' l-Intern, imwieled f'Mala Krsna, Repubblika tas-Serbja, fl-1937 |

Mrksic, Mile | Akkużat mit-Tribunal Internazzjonali tal-Kriminal għall-ex Jugoslavja (IT-95-13a), imwieled viċin Vriginmost, il-Kroazja, nhar l-20 ta' Lulju 1947 |

Radic, Miroslav | Akkużat mit-Tribunal Internazzjonali tal-Kriminal għall-ex Jugoslavja (IT-95-13a), imwieled nhar l-1 ta' Jannar 1961 |

Sljivancanin, Veselin | Akkużat mit-Tribunal Internazzjonali tal-Kriminal għall-ex Jugoslavja (IT-95-13a), imwieled viċin Zabljak, Ir-Repubblika tal-Montenegro, nhar it-13 ta' Ġunju 1953' |

"

--------------------------------------------------