32001R1192



Official Journal L 162 , 19/06/2001 P. 0005 - 0006


Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1192/2001

tat-18 ta’ Ġunju 2001

li jemenda r-Regolament (KEE) Nru 2219/92 li jippreskrivi regoli dettaljati għall-applikazjoni ta’ l-arranġamenti speċifiċi ta’ provvista għal Madejra konnessi ma’ prodotti tal-ħalib u li jistabbilixxu l-bilanċ previst tal-provvista

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunita Ewropea,

Wara li kunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1600/92 tal-15 ta’ Ġunju 1992 dwar miżuri speċifiċi għall-Azores u Madejra li għandhom x’jaqsmu ma’ ċerti prodotti agrikoli [1], kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 2826/2000 [2], u b’mod partikolari l-Artikolu 10 tiegħu,

Billi:

(1) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 1696/92 [3], kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KEE) Nru 2596/93 [4], b’mod partikolari jippreskrivi regoli dettaljati għall-applikazzjoni ta’ l-arranġamenti speċifiċi għall-provvista ta’ ċerti prodotti agrikoli lill-Azores u Madejra.

(2) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2219/92 [5], kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 1030/2001 [6], b’mod partikolari jippreskrivi regoli dettaljati għall-applikazzjoni ta’ l-arranġamenti speċifiċi għall-provvista ta’ prodotti tal-ħalib lil Madejra u jistabbilixxi l-bilanċ previst tal-provvista għal Madejra għal perjodu l-1 ta’ Lulju 2000 sat-30 ta’ Ġunju 2001.

(3) Dak il-bilanċ ta’ provvista jista’ jkun irrivedut fejn ikun ipprovat meħtieġ, u l-kwantitajiet ta’ prodotti aġġustati matul is-sena ġewwa l-kwantitajiet ġenerali stabbiliti konformi mar-rekwiżiti tar-reġjun. Biex ikunu sodisfatti r-rekwiżiti ta’ prodotti tal-ħalib ta’ Madejra, il-kwantitajiet stmati ta’ prodotti tali fil-bilanċ previst ta’ provvista għandu jkun aġġustat. L-Anness I mar-Regolament (KEE) Nru 2219/92 għandu skond hekk ikun emendat.

(4) Il-miżuri provduti f’dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat ta’ Amministrazzjoni tal-Ħalib u l-Prodotti mill-Ħalib,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness I mar-Regolament (KEE) Nru 2219/92 huwa b’dan issostitwit bl-Anness li ġej.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Għandu japplika mill-1 ta’ Lulju 2000.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussel, fit-18 ta’ Ġunju 2001.

Għall-Kummissjoni

Franz Fischler

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 173, tas-27.6.1992, p. 1.

[2] ĠU L 328, tat-23.12.2000, p. 2.

[3] ĠU L 179, ta’ l-1.7.1992, p. 6.

[4] ĠU L 238, tat-23.9.1993, p. 24.

[5] ĠU L 218, ta’ l-1.8.1992, p. 75.

[6] ĠU L 144, tat-30.5.2001, p. 3.

--------------------------------------------------

L-ANNESS

"

L-ANNESS I

Bilanċ ta’ provvista ta’ prodotti mill-ħalib għal Madeira għall-perjodu l-1 ta’ Lulju 2000 sat-30 ta’ Ġunju 2001

(tunnellati metriċi) |

CN code - Kodiċi tan-NK | Deskrizzjoni | Kwantita |

0401 | Ħalib u smin tal-ħalib, mhux ikkonċentrat lanqas fih zokkor jew xi ħaġa oħra miżjudaMaterja għal tiswir ħelu | 12000 |

ex0402 | Trab tal-ħalib xkumat | 800 |

ex0402 | Trab tal-ħalib mhux xkumat | 700 |

0405 | Butir u xaħmijiet u żjut oħra derivati mill-ħalib; spreads ta' prodotti tal-ħalib | 1200 |

0406 | Ġobon | 1650 |

"

--------------------------------------------------