32001R1162



Official Journal L 159 , 15/06/2001 P. 0004 - 0009


Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1162/2001

ta' l-14 ta' Ġunju 2001

li jistabbilixxi l-miżuri għall-irkuprar ta' l-istokk tal-merluzz fis-sub-żoni III, IV, V, VI u VII ta' l-ICES u d-diviżjonijiet VIII a, b, d, e ta' l-ICES u l-kondizzjonijiet assoċjati għall-kontroll ta' l-attivitajiet tad-dgħajjes tas-sajd

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabilixxi il-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidraw ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3760/92 ta' l-20 ta' Diċembru 1992 li jistabbilixxi sistema Komunitarja għas-sajd u l-akkwakultura [1], kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 1181/98 [2], u b' mod partikolari l-Artikolu 15(1) tiegħu,

Billi:

(1) F'Novembru 2000, il-Kunsill Internazzjonli għall-Esplorazzjoni tal-Baħar indika li l-istokk tal-merluzz fis-sub-żoni III, IV, V, VI u VII ta' l-ICES u d-diviżjonijiet VIII a, b, d, e ta' l-ICES huwa f'riskju serju li jikkollassa.

(2) Il-maġġoranza ta' dan l-istokk tal-merluzz tgħix fis-sub-żoni V, VI u VII ta' l-ICES u d-diviżjonijiet VIII a, b, d, e ta' l-ICES.

(3) Fil-laqgħa tal-Kunsill ta' l-14 u l-15 ta' Diċembru 2000, il-Kummissjoni u l-Kunsill innotaw il-ħtieġa urġenti biex jitwaqqaf pjan biex dan l-istokk tal-merluzz jirkupra.

(4) Il-ħtieġa immedjata hija li jitnaqqsu l-qabdiet ta' merluzz żgħir billi:

- tkun stabbilita żieda ġenerali fid-daqs tax-xbiek ta' l-ixbieki tat-tkarkir użati biex jaqbdu l-merluzz li minħbba f'hekk hemm bżonn deroga mill-kondizzjonijiet rigward il-qisien tax-xbiek tax-xbieki ta' gerijiet ittowjati mniżżla fl-Annessi I u II tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 850/98 tat-30 ta' Marzu 1998 għall-konservazzjoni tar-riżorsi tas-sajd permezz ta' miżuri ta' natura teknika għall-protezzjoni ta' organiżmi marini żgħar fl-eta' [3] kif l-aħħar emendat bir-Regolament 973/2001 [4],

- ikunu stabbiliti żoni ġeografiċi fejn ikun hemm kwantità kbira ta' merluzz żgħir u jkun speċifikat li s-sajd bl-ixbieki tat-tkarkir isir f'dawn il-żoni biss jekk ix-xbieki huma ta' daqs għoli ta' malji,

- li jkunu stabbiliti kondizzjonijiet addizzjonali biex ikun żgurat li l-qabda tal-merluzz żgħir bit-tartarun bit-travu wieħed titnaqqas.

(5) Biex jipprovdu informazzjoni tal-qabdiet ta' merluzz żghir b'xi dgħajjes li jimmiraw għall-merluzz u minn dgħajjes oħrajn li jimmiraw għall-awisti tan-Norveġja, osservaturi għandhom jitpoġġew abbord id-dgħajjes li huma ngaġġati f'dawn l-attivitajiet, wara li jkun ikkunsidrat il-livell ta' l-attività tas-sajd minn kull Stat Membru li qed jistad fil-żoni skond il-każ.

(6) Miżuri addizzjonali ta' kontroll ma' dawk imniżżla fir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2847/93 tat-12 ta' Ottubru 1993 li jwaqqaf sistema ta' kontroll li trid tiġi applikata għall-politika komuni dwar is-sajd [5], kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 2846/98 [6], u programmi speċifiċi ta' kontroll iddefiniti skond l-Artikolu 34c ta' l-imsemmi Regolament huma meħtieġa biex jiżguraw il-konformità mal-miżuri mniżżla f'dan ir-Regolament.

(7) Iktar miżuri ta' konservazzjoni li jaffettwaw is-sajd tan-Nephrops, li jinvolvi qabdiet sinifikanti magħhom ta' merluzz, jistgħu jkunu proposti minħabba l-parir xjentifiku riċenti mill-ICES u r-riżultati ta' l-eżamijiet ta' tagħmir tas-sajd iktar selettiv li għaddejjin bħalissa.

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Dan ir-Regolament għandu jgħodd għad-dgħajjes tas-sajd li joperaw fis-sub-żoni V u VI tal-ICES u d-diviżjonijiet VII b, ċ, f, g, h, j, k ta' l-ICES u d-diviżjonijiet VIII a, b, d, e ta' l-ICES.

Artikolu 2

1. Minkejja l-kondizzjonijiet imniżżla fl-Artikolu 4(4) u l-Artikolu 15 tar-Regolament (KE) Nru 850/98, qabdiet ta' merluzz (Merluccius merluccius) li jinżammu abbord kull dgħajsa li qed iġġorr xi gear ittowjat b'daqs ta' malji ta' 55 mm sa 99 mm ma jistgħux ikunu aktar minn 20 % tat-toqol tal-qabdiet kollha ta' l-organiżmi tal-baħar li nżammu abbord.

2. Il-kondizzjonijiet tal-paragrafu 1 ma jgħoddux għal xi dgħajsa ta' tul inqas minn 12-il metru b'kollox li tidħol lura l-port fi żmien 24 siegħa mit-tluq l-iktar riċenti tagħha mill-port.

Artikolu 3

Hu pprojbit li jintużaw:

(a) ħlief fis-sub-żoni V u VI ta' l-ICES, xi xbieki tat-tkarkir bil-cod-end u/jew biċċiet ta' estenzjoni għajr tartaruni bit-travu b'daqs ta' malji iktar minn 55 mm li mhix magħmula minn materjal tax-xbieki bi spaga waħda li minnhom l-ebda spaga hija ta' ħxuna iktar minn 6 mm jew ta' materjal tax-xbieki bi spag doppju li minnhom l-ebda spag hu ta' ħxuna iktar minn 4 mm;

(b) xi xbieki ta' qrib qiegħ il-baħar tat-tkarkir ħlief għal tartatuni bit-travu li fihom ikollhom cod-end b'medda ta' qies tal-malji tax-xbiek ta' 70 mm sa 89 mm li għandhom iktar minn 120 malja f'kull ċirkonferenza ta' l-imsemmi cod-end esklużi fejn jingħaqdu u ċ-ċmusi;

(ċ) xi xibka ta' qrib il-qiegħ tat-tkarkir li tinkludi xi malji individwali kwadrilaterali li l-iżbarri tax-xbiek m'humiex bejn wieħed u ieħor ta' l-istess tul;

(d) xi xibka ta' qrib il-qiegħ tat-tkarkir li magħha titwaħħal cod-end b'malji ta' daqs inqas minn 100 mm hija mwaħħla b'xi mod barra meħjuta f'dik il-parti ta' ġewwa tax-xibka tat-tarf fejn jinqabad il-merluzz.

Artikolu 4

Huma pprojbit li jinġarr abbord jew jintuża xi tartarun bit-travu b'daqs ta' malji daqs jew iktar minn 70 mm sakemm in-nofs kollu ta' fuq tal-biċċa ta' wara ta' tali xibka jikkonsisti minn pannell ta' materjal tax-xbieki li minnu l-ebda malji individwali ma jkunu ta' daqs tax-xbiek ta' inqas minn 180 mm imwaħħal:

- direttament mal-linja tar-ras tax-xibka, jew

- ma' mhux iktar minn tliet ringieli ta' materjal tax-xbieki ta' kull daqs ta' malji mwaħħal direttament mal-linja tar-ras tax-xibka.

Il-pannell tax-xbiek jestendi lejn in-naħa ta' wara tax-xibka għall-inqas għan-numru tax-xbiek determinati minn:

(a) it-tul f'metri tat-travu tax-xibka diviż bi 12;

(b) ir-riżultat miksub f'(a) immoltiplikat b'5,400;

(ċ) ir-riżultat miksub f'(b) diviż mid-daqs tal-malji, f'millimetri, ta' l-inqas malji fil-pannell;

(d) xi deċimali jew frazzjonijiet oħra fir-riżultat miksub f'(ċ) ikunu njorati.

Artikolu 5

1. Għall-finijiet tal-paragrafu 2, il-meded ġeografiċi li ġejjin huma definiti:

(a) il-medda ġewwa l-linji dritti li jgħaqqdu wara xulxin il-kordinati ġeografiċi li ġejjin u li jeskludu kull parti minn dik il-medda li tinsab fil-limitu ta' 12-il mil nawtiku kkalkolat mil-linji tal-bażi ta' l-Irlanda:

53° 30′T, 11° 00′P

53° 30′T, 12° 00′P

53° 00′T, 12° 00′P

51° 00′T, 11° 00′P

49° 30′T, 11° 00′P

49° 30′T, 07° 00′P

51° 00′T, 07° 00′P

51° 00′T, 10° 30′P

51° 30′T, 11° 00′P

53° 30′T, 11° 00′P;

(b) il-medda ġewwa l-linji dritti li jgħaqqdu wara xulxin il-kordinati ġeografiċi li ġejjin u li jeskludu kull parti minn dik il-medda li tinsab fil-limitu ta' 12-il mil nawtiku kkalkolat mil-linji tal-bażi ta' Franza:

48° 00′T, 06° 00′P

48° 00′T, 07° 00′P

45° 00′T, 02° 00′P

44° 00′T, 02° 00′P

il-punt fuq il-kosta ta' Franza fi 44° 00′T

il-punt fuq il-kosta ta' Franza fi 45° 30′T

45° 30′T, 02° 00′P

45° 45′T, 02° 00′P

48° 00′T, 06° 00′P.

Għal skopijiet ta' indikazzjoni, mappa tal-meded fuq imsemmija hija pprovduta fl-Anness I.

2. Ġewwa l-meded definiti fil-paragrafu 1:

- huwa ppprojbit li jsir xi sajd bl-użu ta' xi xibka tat-tkarkir b'daqs tal-malji fil-medda minn 55 mm sa 99 mm,

- huwa pprojbit li tgħaddas, parzjalment jew kollha, jew b'mod ieħor tuża għal xi skop ieħor xi xibka tat-tkarkir li għandha daqs tal-malji fil-medda minn 55 mm sa 99 mm,

- ix-xbieki kollha tat-tkarkir bid-daqs tal-malji fil-medda minn 55 mm sa 99 mm jistgħu jintrabtu u jinħażnu skond id-disposizzjonijiet imniżżla fl-Artikolu 20(1) tar-Regolament (KEE) Nru 2847/93.

Ġewwa l-medda definita fil-paragrafu 1(a):

- huwa pprojbit li jsir xi sajd bl-użu ta' xi tagħmir fiss b'daqs tal-malji inqas minn 120 mm,

- huwa pprojbit li tgħaddas, parzjalment jew kollha, jew b'mod ieħor tuża għal xi skop ieħor, xi tagħmir fiss b'daqs tal-malji inqas minn 120 mm,

- it-tagħmir fiss kollu bid-daqs tal-malji anqas minn 120 mm jintrabat u jinħażen skond id-disposizzjonijiet imniżżla fl-Artikolu 20(1) tar-Regolament (KEE) Nru 2847/93.

Ġewwa l-medda ddefinita fil-paragrafu 1(b):

- huwa pprojbit li ssir xi attivita' tas-sajd bl-użu ta' xi tagħmir fiss b'daqs tax-xbiek inqas minn 100 mm,

- huwa pprojbit li tgħaddas, parzjalment jew kollha, jew b'mod ieħor tuża għal xi skop ieħor, xi tagħmir fiss b'daqs tal-malji inqas minn 100 mm,

- it-tagħmir fiss kollu bid-daqs tal-malji anqas minn 100 mm jintrabat u jinħażen skond id-disposizzjonijiet imniżżla fl-Artikolu 20(1) tar-Regolament (KEE) Nru 2847/93.

Artikolu 6

1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li kemm idumu n-numru tal-vjaġġi indikati fl-Anness II, mill-anqas osservatur wieħed abbord id-dgħajjes tas-sajd tal-Komunità li jtajru l-bandiera tagħhom u li jużaw ix-xbieki tat-tkarkir b'daqs tal-malji fil-medda minn 70 mm sa 99 mm f'kull waħda mill-meded ġeografiċi ġewwa l-linji dritti li jgħaqqdu wara xulxin il-kordinati ġeografiċi li ġejjin:

(a) il-punt fuq il-kosta ta' l-Irlanda fi 53° 30′T

53° 30′T, 11° 00′P

51° 30′T, 11° 00′P

51° 00′T, 10° 30′P

51° 00′T, 07° 00′P

il-punt fuq il-kosta ta' l-Irlanda fi 07° 00′P;

(b) il-punt fuq il-kosta ta' Franza fi 48° 00′T

48° 00′T, 06° 00′P

45° 45′T, 02° 00′P

45° 30′T, 02° 00′P

il-punt fuq il-kosta ta' Franza fi 45° 30′T.

2. L-Istati Membri kkonċernati jiżguraw li kemm idumu mill-anqas 10 vjaġġi osservatur wieħed jew iżjed huma abbord, kemm ġewwa u barra l-meded ġeografiċi definit fl-Artikolu 5, dgħajsa tas-sajd tal-Komunità li jtajru l-bandiera tagħhom u li jistadu b'tartarun tal-qiegħ li fiha mill-anqas ringiela waħda tax-xbiek b'daqs tax-xbiek aktar minn 350 mm hija mwaħħla direttament mal-linja tar-ras u li tinġarr f'daqqa minn żewġ dgħajjes tas-sajd.

3. Kull Stat Membru għandu jistabbilixxi pjan biex jittieħdu l-kampjuni biex ikunu implimentati l-kondizzjonijiet imniżżla fil-paragrafi 1 u 2, jindikaw, inter alia, kif huma mqassmin l-osservaturi mal-meded ġeografiċi u jibagħtuh lill-Kummissjoni għall-approvazzjoni.

4. L-osservaturi għandhom jirrekordjaw għal kull operazzjoni tat-tagħmir tas-sajd, id-daqs tax-xbiek tat-tartarun u l-post ġeografiku ta' l-operazzjoni u jimplimentaw proċedura ddisinjata sew għat-teħid tal-kampjuni biex jistmaw:

(a) il-kwantità totali bil-piż tal-merluzz, ta' l-awisti tan-Norveġja u l-organiżmi tal-baħar l-oħra kollha li nqabdu minn kull operazzjoni tat-tagħmir tas-sajd;

(b) it-tul sa l-eqreb ċentimetru taħt it-tul assolut tal-merluzz li jinqbad minn kull operazzjoni tat-tagħmir tas-sajd;

(ċ) il-kwantità totali bil-piż tal-merluzz, ta' l-awisti tan-Norveġja u l-organiżmi tal-baħar l-oħra kollha li ttellgħu l-art;

(d) it-tul sa l-eqreb ċentimetru taħt it-tul assolut tal-merluzz li ttella' l-art.

5. Il-kaptan tad-dgħajsa tas-sajd tal-Komunità innominata biex tilqa' osservatur abbord għandu jiffaċilita l-wasla u t-tluq ta' l-osservatur u jipprovdi lill-osservatur bil-faċilitajiet xierqa għall-akkomodazzjoni u x-xogħol.

6. Għall-iskopijiet ta' indikazzjoni, il-meded riferuti fil-paragrafu 1 huma indikati fl-Anness.

Artikolu 7

1. l-Istati Membri għandhom jiżguraw li fuq in-numru ta' okkażjonijiet indikati fl-Anness III, li jtellgħu l-art id-dgħajjes li joperaw ix-xbieki tat-tkarkir bid-daqs tal-malji fil-medda minn 70 mm sa 99 mm fil-meded iddefiniti fl-Artikolu 6, paragrafu 1 mingħajr osservatur abbord jittieħdu l-kampjuni tiegħu hekk kif jittellgħu l-art.

Għal dan l-iskop, kull Stat Membru għandu jistabbilixxi pjan ta' teħid ta' kampjuni, li jindika, inter alia, id-distribuzzjoni tal-kampjuni minn kull medda ġeografika, u jintbagħat lill-Kummissjoni għall-approvazzjoni.

2. It-teħid tal-kampjuni għandu jkun iddisinjat biex jipprovdi stimi ta':

(a) il-kwantità totali tal-merluzz, ta' l-awisti tan-Norveġja u l-organiżmi tal-baħar l-oħra kollha li ttellgħu l-art;

(b) it-tul sa l-eqreb ċentimetru taħt it-tul assolut tal-merluzz li ttella' l-art.

Artikolu 8

L-Istati Membri għandhom jibagħtu lill-Kummissjoni fi żmien 220 ġurnata minn meta jidħol fis-seħħ dan ir-Regolament, rapport komprensiv ta' l-attivitjiet u l-iskoperti ta' l-osservatur assenjat lid-dgħajjes tal-Komunità li jtajru l-bandiera tagħhom u tat-teħid tagħhom tal-kampjuni minn dak li ttella' l-art.

Artikolu 9

1. Kull Stat Membru għandu jieħu l-azzjoni meħtieġa biex jagħmilha obbligatorja għal kaptan jew ir-rappreżentant tiegħu tad-dgħajjes tas-sajd li jtajru l-bandiera tiegħu li bi ħsiebhom jistadu jew lestew is-sajd skond il-kondizzjonijiet imniżżla fl-Artikolu 5 biex jikkomunikaw id-dettalji tad-dħul fi u l-ħruġ mill-meded iddefiniti fl-Artikolu 5, paragrafu 1.

2. Il-komunikazzjoni rriferuta fil-paragrafu 1 tinkludi:

- l-isem tad-dgħajsa,

- il-kodiċi (dħul "ġewwa", ħruġ "barra"),

- id-data, il-ħin u l-post ġeografiku,

- l-isem tal-kaptan,

Kaptan tad-dgħajjes tas-sajd tal-Komunità għandu jirrekordja din l-informazzjoni u l-ħin tat-trasmissjoni tat-tali komunikazzjoni fuq ir-reġistru.

3. Dgħajsa mgħammra b'sistema ta' sorveljanza awtomatika li taħdem b'ħin reali rrikonoxxuta taħt il-liġijiet tal-Komunità għandha tkun eżenti mill-kondizzjonijiet imniżżla fil-paragrafu 1.

4. Il-komunikazzjoni rriferita fil-paragrafu 1 issir mill-kaptan jew ir-rappreżentant tad-dgħajsa kkonċernata fl-istess ħin lill-Stat tal-bandiera u l-Istat Membru tal-kosta jew l-Istat Membru responsabbli mill-awtoritajiet li qed jissorveljaw fejn id-dgħajsa twettaq l-attivitajiet tas-sajd tagħha fl-ibħra taħt is-sovranità jew ġurisdizzjoni ta' dak l-Istat Membru jew dawk l-Istati Membri.

Artikolu 10

1. Huwa pprojbit li jinżamm abbord dgħajsa tas-sajd tal-Komunità xi kwantita ta' merluzz imħallat jew flimkien ma xi speċi oħra ta' organiżmi tal-baħar.

2. Il-kaptani tad-dgħajjes tas-sajd tal-Komunità għandhom jipprovdu l-għajnuna meħtieġa lill-ispetturi ta' l-Istati Membri biex il-kwantitajiet iddikjarati fir-reġistru u l-qabdiet tal-merluzz li jinżamm abbord ikunu jistgħu jiġu eżaminati ma' xulxin għal skopijiet ta' verifika.

Artikolu 11

1. Il-kaptan ta' dgħajsa tas-sajd tal-Komunità, jew ir-rappreżentant tiegħu, li jixtieq f'xi okkażjoni li jtella' l-art 250 kg jew iżjed ta' merluzz f'kull Stat Membru għandu javża, mill-inqas erba' sigħat qabel ma jtella' l-art, l-awtoritajiet kompetenti ta' dak l-Istat Membru ta':

- il-post fejn se jittella' l-art,

- il-ħin stmat meta għandhom jaslu f'dak il-post,

- il-kwantitajiet tal-merluzz miżmuma abbord,

- il-kwantitajiet tal-merluzz li għandhom jittellgħu l-art.

2. Kull meta f'xi okkażjoni aktar minn 500 kg ta' merluzz għandhom jittellgħu l-art minn dgħajsa tas-sajd tal-Komunità, il-kaptan ta' l-imsemmija dgħajsa għandu jiżgura li dak li jittella' l-art isir biss fil-portijiet innominati skond il-kondizzjonijiet imniżżla fl-Artikolu 12.

3. L-awtoritajiet kompetenti ta' Stat Membru li fih għandhom jittellgħu l-art 250 kg jew aktar ta' merluzz, jistgħu jeħtieġu li l-iżbark ma jibdiex qabel ikun awtorizzat mill-imsemmija awtorità.

Artikolu 12

1. Kull Stat Membru għandu jinnomina l-portijiet kull fejn jittella' l-art merluzz aktar minn 500 kg.

2. Kull Stat Membru għandu jibgħat lill-Kummissjoni fi żmien 15-il ġurnata mid-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament il-lista tal-portijiet innominati u, fi żmien kull 30 ġurnata wara, proċeduri assoċjati ta' spezzjoni u sorveljanza inklużi t-termini u l-kondizzjonijiet ikunu rrekordjati u rraportati kull kwantità ta' merluzz li tittella' l-art. Il-Kummissjoni għandha tibgħat din l-informazzjoni lill-Istati Membri kollha.

Artikolu 13

1. Fejn il-merluzz li jittella' l-art mhux offrut għall-bejgħ għall-ewwel darba bil-bejgħ bl-irkant, kif ipprovdut bl-Artikolu 9(2) tar-Regolament (KEE) Nru 2847/93, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li:

- il-post fejn il-piż tal-kwantitajiet tal-merluzz li jittella' l-art huwa magħżul mill-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istat Membru fejn se jittella' l-art,

- il-kwanitajiet involuti huma minnufih avżati liċ-ċentri ta' l-irkant jew xi korp ieħor innominat mill-awtoritajiet kompetenti.

2. L-awtoritajiet kompetenti ta' Stat Membru jistgħu jeħtieġu li kull kwantità tal-merluzz li l-ewwel ittellgħet l-art f'dak l-Istat Membru tintiżen qabel tkun ittrasportata x'imkien ieħor.

3. Minkejja l-kondizzjonijiet imniżżla fl-Artikolu 13 tar-Regolament (KEE) Nru 2847/93, il-kwantitajiet kollha tal-merluzz li jinġarru f'post barra dak fejn ittellgħu l-art jew importati għandhom ikunu akkumpanjati b'kopja ta' waħda mid-dikjarazzjonijiet ipprovduti fl-Artikolu 8(1) tar-Regolament (KEE) Nru 2847/93 rigward il-kwantitajiet tal-merluzz ittrasportat. Huwa pprojbit li tintuża kopj tad-dokument T2M kif imsemmi fl-Artikolu 13, paragrafu 4(b) tar-Regolament (KEE) Nru 2847/93 fil-każ ta' trasport tal-kwantitajiet tal-merluzz.

Artikolu 14

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ ġurnata wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Iżda:

- L-Artikoli 10 u 11 jibdew jgħoddu mill-ħmistax-il ġurnata ta' wara l-pubblikazzjoni ta' dan ir-Regolament fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej,

- l-Artikoli 2, 3, 4, 5 u 9 għandhom jibdew jgħoddu mill-1 ta' Settembru 2001.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussel, fl-14 ta' Ġunju 2001.

Għall-Kummissjoni

Franz Fischler

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 389, tal-31.12.1992, p. 1.

[2] ĠU L 164, tad-9.6.1998, p. 1.

[3] ĠU L 125, tas-27.4.1998, p. 1.

[4] ĠU L 137, tad-19.5.2001, p. 1.

[5] ĠU L 261, ta' l-20.10.1993, p. 1.

[6] ĠU L 358, tal-31.12.1998, p. 5.

--------------------------------------------------

ANNESS I

KAXXI TAL-MERLUZZ

+++++ TIFF +++++

--------------------------------------------------

ANNESS II

IN-NUMRU MINIMU TAL-VJAĠĠI LI FUQHOM GĦANDHOM JITPOĠĠEW L-OSSERVATURI

Il-Belġju | 5 |

Franza | 50 |

L-Irlanda | 50 |

L-Olanda | 5 |

Spanja | 20 |

Ir-Renju Unit | 20 |

--------------------------------------------------

ANNESS III

IN-NUMRU MINIMU TA' L-OKKAŻJONIJIET META KAMPJUNI TAL-ĦUT LI JITTELLA' L-ART GĦANDHOM JITTIEĦDU

Il-Belġju | 10 |

Franza | 100 |

L-Irlanda | 100 |

L-Olanda | 10 |

Spanja | 40 |

Ir-Renju Unit | 40 |

--------------------------------------------------