32001R1157



Official Journal L 157 , 14/06/2001 P. 0008 - 0012


Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1157/2001

tat-13 ta’ Ġunju 2001

li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2316/1999 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1251/1999 li jistabbilixxi sistema ta’ appoġġ għal produtturi ta’ ċerti uċuħ tar-raba’ tal-bagħli u jidderoga mir-Regolament (KEE) Nru 3887/92 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni ta’ amministrazzjoni integrata u sistema ta’ kontroll għal ċerti skemi ta’ għajnuna tal-Komunità

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1251/1999 tat-30 ta’ Mejju 1999 li jistabbilixxi sistema ta’ appoġġ għall-produtturi ta’ ċerti wċuħ tar-raba’ tal-bagħli [1], kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 1038/2001 [2], u b’mod partikolari l-Artikolu 9 tiegħu,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3508/92 tas-27 ta’ Novembru 1992 li jistabbilixxi amministrazzjoni integrata u sistema ta’ kontroll għal ċerti skemi ta’ għajnuna tal-Komunità [3], kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 495/2001 [4], u b’mod partikolari l-Artikolu 12 tiegħu,

Billi:

(1) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2316/1999 [5], kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 556/2001 [6], li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1251/1999 f’dak li jirrigwardja l-kondizzjonijiet għall-għoti ta’ pagamenti taż-żona għal ċerti uċuħ tal-ħrit u jistabbilixxi l-kondizzjonijiet li jirregolaw it-twarrib.

(2) L-Arikolu 3(1)(ċ) tar-Regolament (KE) Nru 2316/1999 jistabbilixxi li ż-żoni involuti għandhom ikunu kkultivati, ta’ l-anqas sal-bidu tal-ħruġ tal-fjuri, permezz ta’ kondizzjonijiet ta’ tkabir normali jew sat-30 ta’ Ġunju fil-każ ta’ ċerti wċuħ, sa wara l-istadju tat-tisjir lattiku fil-każ ta’ pjanti tal-proteini u għal mill-anqas 10 ġranet wara t-tmiem tal-fjuri fil-każ tal-qanneb.

L-esperjenza wriet li f’ċerti każijiet, bħala riżultat ta’ kondizzjonijiet eċċezzjonali tat-temp, l-uċuħ tal-ħrit normalment ikkoltivati ma jkunux jilħqu dawk it-termini ta’ żmien. Sabiex id-dħul tal-bdiewa jkun anqas dipendenti fuq il-kondizzjonijiet tat-temp, żoni bħal dawn għandhom jibqgħu eliġibli taħt ċerti kondizzjonijiet.

(3) Sabiex jiġi evitat li l-għajnuna tiġi mħallsa flimkien ma’ ħaxix tal-ħażna permezz ta’ miżuri differenti, ħbula ta’ raba’ rreġistrati għall-produzjoni ta’ żerriegħa ċċertifikata bi qbil mad-Direttiva tal-Kunsill 66/401/KEE ta’ l-14 ta’ Ġunju 1966 għall-kummerċ ta’ żrieragħ ta’ l-għalf [7], kif l-aħħar emendata bid-Direttiva 98/96/KE [8], m’għandhomx ikunu eliġibbli għall-pagamenti għaż-żoni.

(4) Ir-Regolament (KE) Nru 1038/20001 jippermetti lill-produtturi organiċi juzaw uċuħ legumeni mkabbra fuq żoni mwarrba. Dawk l-uċuħ u l-kondizzjonijiet li jirregolaw l-għoti ta’ għajnuna għandhom jiġu stabbiliti.

(5) Sabiex il-produtturi kollha jkunu jistgħu jieħdu vantaġġ mill-possibiltà stabbilita fir-Regolament (KE) Nru 1038/2001, limitu ġdid taż-żmien għandu jkun permess għall-emendi ta’ applikazzjonijiet ta’ pagamenti ta’ żoni bħal ma hu stabbilit fl-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 3887/92 [9], kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 2721/2000 [10].

(6) Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 823/2001 ta’ l-24 ta’ April 2001 li jemenda r-Regolament (KEE) Nru 738/93 li jemenda l-miżuri tranżitorji li jirregolaw l-organiżazzjoni komuni tas-suq taċ-ċereali u ross fil-Portugall kif stabbilit fir-Regolament (KEE) Nru 3653/90 [11] iżomm għas-sena tal-bejgħ 2001/02 ir-rata ta’ għajnuna speċjali applikabbli għall-2000/01. Fl-interessi tal-konsistenza, is-suppliment ta’ għajnuna għal twarrib obbligatorju fil-Portugall stabbilit fir-Regolament (KE) Nru 2316/1999 għandu jiġi aġġustat.

(7) Varjetà ġdida ta’ qanneb imkabbar għall-fibra tista’ titqies bħala li hija eliġibbli għall-għajnuna. Għandha tiġi miżjuda mal-lista ta’ varjetajiet eliġibbli permezz ta’ skema ta’ għajnuna kif stabbilit fl-Anness XII tar-Regolament (KE) Nru 2316/1999.

(8) Sabiex din il-varjetà ġdida tkun tista’ tintuża fis-sena tal-bejgħ 2001/02, din għandha tiġi inkorporata retroattivament b’effett mill-15 ta’ Mejju 2001 bi qbil ma’ l-Artikolu 7a(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 2316/1999.

(9) Il-miżuri stabbiliti f’dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat tat-Tmexxija taċ-Ċereali u l-Kumitat tal-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Gwida u Garanzija,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

L- Artikolu 1

Ir-Regolament (KE) Nru 2316/1999 huwa hawnhekk emdendat kif ġej:

1. Il-paragrafu 1a segwenti għandu jiddaħħal fl-Artikolu 3:

"1a Minkejja l-paragrafu 1(ċ), iż-żoni miżrugħa għal kollox li l-uċuħ tagħhom, ikkoltivati skond l-istandards lokali, ma jkunux jilħqu l-limiti taż-żmien għad-diversi tipi ta’ uċuħ f’dak il-paragrafu bħala riżultat ta’ kondizzjonijiet eċċezzjonali tat-temp magħrufa mill-Istati Membri għandhom jibqgħu eliġibli għal pagamenti taż-żona kemm-il darba ż-żoni involuti ma jintużaw għal ebda skop ieħor sa dawk il-limiti taż-żmien."

2. Is-sentenza li ġejja hija miżjuda ma’ l-Artikolu 7(1):

"Żoni rreġistrati għat-tkabbir ta’ żerriegħa ċċertifikata tal-ħaxix bi qbil mad-Direttiva 66/401/KEE matul is-sena tal-bejgħ f’dan il-każ m’għandiex tikkwalifika għal pagamenti taż-żona."

3. L-Artikolu 23a li ġej għandu jiġi mdaħħal:

"L- Artikolu 23a

1. Sabiex jiġi applikat it-tieni inċiż ta’ l-Artikolu 6(3) tar-Regolament (KE) Nru 1251/1999, uċuħ legumeni ta’ l-għalf tfisser żona miżrugħa b’wieħed jew aktar mill-ispeċi mniżżla fl-Anness XIV. Żriegħ f’taħlita ma’ ċereali u/jew ħxejjex għandu jitħalla jsir bil-kundizzjoni li:

(a) iż-żona tkun miżrugħa prinċipalment b’legumeni ta’ l-għalf;

(b) ma jkunux jistgħu jinħasdu separatament.

Meta l-istandards speċifiċi ambjentali stabbiliti mill-Istati Membri għall-uċuħ organiċi jistabbilixxu massimu fuq żona miżrugħa b’legumeni ta’ l-għalf, il-kondizzjonijiet li jirrigwardaw iż-żoni miżrugħa prinċipalment b’legumeni ta’ l-għalf stabbiliti f’(a) għandhom jintlaħqu jekk mill-anqas 85 % tal-limitu stabbilit mill-Istati Membri jkun milħuq.

2. Iż-żoni li fihom l-uċuħ legumeni ta’ l-għalf li ssir referenza għalihom fil-paragrafu 1 jikkwalifikaw bejn il-15 ta’ Jannar u l-31 ta’ Awissu taħt l-ikema ta’ għajnuna stabbilita fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 603/95 tal-21 ta’ Frar 1995 dwar l-organiżazzjoni komuni tas-suq ta’ l-għalf imnixxef [12] m’għandhomx jikkwalifikaw għal pagamenti taż-żona."

4. Fl-Anness IX, il-figura "6,75" għas-suppliment f’euro għal twarrib fil-Portugall għall-2001/02 hija mibdula b’"9,64".

5. L-Anness XI huwa mibdul bl-Anness I ta’ dan.

6. Fil-punt 1 ta’ l-Anness XII, "Rosalin" hija miżjuda mal-varjetajiet ta’ qanneb imkabbra għall-fibra.

7. L-Anness XIV ġdid qiegħed jiġi miżjud, li jinkludi t-test muri fl-Anness II ta’ dan.

L- Artikolu 2

Minkejja l-Artikolu 4(2)(a) tar-Regolament (KEE) Nru 3887/92, l-applikazzjonijiet għal għajnuna taż-żona ippreżentati fir-rigward tas-sena tal-bejgħ 2001/02 u li jkopru impriżi li jikkonformaw mad-dispożizzjonijiet kollha tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2092/91 [13] jistgħu jiġu emendati sabiex jinkludu oqsma ġodda ddikjarati bħala mwarrba.

Dikjarazzjonijiet ta’ emendi għandhom jiġu ppreżentati sa’ l-1 ta’ Lulju 2001 l-aktar tard.

L- Artikolu 3

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Għandu jibda japplika mis-sena tal-bejgħ 2001/02. L-Artikolu 1(2) għandu japplika mis-sena tal-bejgħ 2002/03.

L-Artikolu 1(6) għandu japplika mill-15 ta’ Mejju 2001.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussel, fit-13 ta’ Ġunju 2001.

Għall-Kummissjoni

Franz Fischler

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 160, tas-26.6.1999, p. 1.

[2] ĠU L 145, tal-31.5.2001, p. 16.

[3] ĠU L 355, tal-5.12.1992, p. 1.

[4] ĠU L 72, ta’ l-14.3.2001, p. 6.

[5] ĠU L 280, tat-30.10.1999, p. 43.

[6] ĠU L 82, tat-22.3.2001, p. 13.

[7] ĠU 125, tal- 11.7.1966, p. 2298/66.

[8] ĠU L 25, ta’ l-1.2.1999, p. 27.

[9] ĠU L 391, tal-31.12.1992, p. 36.

[10] ĠU L 314, ta’ l-14.12.2000, p. 2.

[11] ĠU L 120, tat-28.4.2001, p. 2.

[12] ĠU L 63, tal-21.3.1995, p. 1.

[13] ĠU L 198 tat-22.7.1991, p. 1.

--------------------------------------------------

L-ANNESS I

"

L-ANNESS XI

(L-Artikolu 26(1))

INFORMAZZJONI LI TRID TIĠI KOMUNIKATA LILL-KUMMISSJONI

L-informazzjoni għandha tiġi ppreżentata fil-forma ta’ serje ta’ tabelli mfassla skond il-mudell deskritt hawn isfel:

- l-ewwel sett ta’ tabelli li jagħtu informazzjoni fuq livell tar-reġjun ta’ produzzjoni skond it-tifsira ta’ l-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 1251/1999,

- it-tieni sett ta’ tabelli li jagħtu informazzjoni dwar kull reġjun taż-żona bażi skond it-tifsira ta’ l-Anness VI ta’ dan ir-Regolament,

- tabella waħda li tqassar l-informazzjoni għal kull Stat Membru.

It-tabelli għandhom jintbagħtu fil-forma ta’ kopja stampata u f’forma kompjuterizzata.

Il-formoli għaż-żoni:

5 = 1 + 2 + 3 + 4

10 = 7 + 8 + 9

16 = 17 + 18

21 = 5 + 10 + 11 + 12 + 13 + 14 + 15 + 16 + 20

Noti:

Kull tabella għandha tikkwota ir-reġjun inkwestjoni.

Il-ħsad li jintuża għall-kalkolu tal-ħlasijiet taż-żona skond ir-Regolament (KE) Nru 1251/1999.

Id-distinzjoni bejn art saqwija u art mhux saqwija għandha ssir biss fil-każ ta’ reġjuni li fihom t-tnejn. F’dak il-każ:

(d) = (e) + (f)

(j) = (k) + (l)

Il-linja 1 għandha x’taqsam biss ma’ qamħ ta’ l-Awstralja eliġibbli għas-suppliment għall-ħlas taż-żona stabbilit fl-ewwel paragrafu ta’ l-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 1251/1999.

Il-linja 2 għandha x’taqsam biss ma’ qamħ ta’ l-Awstralja eliġibbli għall-għajnuna speċjali stabbilita fir-raba’ paragrafu ta’ l-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 1251/1999.

Il-linja 19 għandha x’taqsam biss ma’ żoni mwarrba jew miżrugħa bis-siġar skond l-Artikoli 22, 23, 24 u 31 tar-Regolament Nru 1257/1999 u li jgħoddu bħala art tal-ħrit mwarrba skond l-Artikolu 6(8) tar-Regolament (KE) Nru 1251/1999.

Il-linja 20 taqbel maż-żoni li għalihom ssir referenza fit-tieni subparagrafu ta’ l-Artikolu 2(4) tar-Regolament (KE) Nru 1251/1999.

Għandha tintbagħat ukoll informazzjoni dwar produtturi li ma japplikawx għall-għajnuna għal kull ettaru taħt is-sistema ta’ appoġġ għal ċerti wċuħ tal-ħrit (Regolament (KE) Nru 1251/1999). Din l-informazzjoni, li għandha tingħata taħt "Oħrajn" fil-kolonni "m" u "n", għandha x’taqsam prinċipalment ma’ l-uċuħ tal-ħrit iddikjarati bħala żoni ta’ l-għalf għall-iskopijiet tal-kisba tal-premi għall-produzzjoni taċ-ċanga/vitella u laħam tan-nagħaġ.

Il-linja 23 għandha x’taqsam ma’ art imwarrba għall-produzzjoni ta’ uċuħ li ma jittieklux u li fuqhom ma jsiru ebda pagamenti skond ir-regoli li jimplimentaw l-Artikolu 6(3) tar-Regolament (KE) Nru 1251/1999 (eż. pitravi taz-zokkor, artiċoks ta’ Ġerusalem u għeruq taċ-ċikwejra).

Il-linja 24 għandha x’taqsam ma’ art imwarrba u użata għat-tkabbir ta’ legumi ta’ l-għalf skond it-tieni inċiż ta’ l-Artikolu 6(3) tar-Regolament (KE) Nru 1251/1999.

+++++ TIFF +++++

"

--------------------------------------------------

L-ANNESS II

"

L-ANNESS XIV

Legumi ta’ l-għalf li għalihom issir referenza fl-Artikolu 23a

Kodiċi NM | |

071390 | Vicia spp,. Eskluża l-Vicia faba u l-Vicia sativa,, maħsuda meta tilħaq il-maturità sħiħa Vicia sativa mhux maħsuda meta tilħaq il-maturità sħiħa |

ex12092950 | Lupinus spp. Minbarra lupini ħelwin |

ex12149099 | Medicago spp. Trifolium spp. Lathyrus spp. Melilotus spp. Onobrychis spp. Ornithopus sativus Hedysarum coronarium Lotus corniculatus Galega orientalis Trigonella foenum-graecum Vigna sinensis |

"

--------------------------------------------------