32001R1121



Official Journal L 153 , 08/06/2001 P. 0012 - 0012


Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Numru 1121/2001

tas-7 ta’ Ġunju 2001

li jiffissa l-koeffiċjenti ta’aġġustament li għandhom ikunu applikati għal kull kwantità ta’ referenza ta’l-operatur tradizzjonali taħt il-kwoti ta’ tariffi għall-importazzjoni tal-banana

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KEE) Numru 404/93 tat-13 ta’ Frar 1993 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq tal-banana [1], kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Numru 216/2001 [2],

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Numru 896/2001 tas-7 ta’ Mejju 2001 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Numru 404/93 dwar l-importazzjoni tal-banana fil-Komunità [3], u partikularment l-Artikolu 5(2) tiegħu,

Billi:

(1) Skond l-Artikolu 5(2) tar-Regolament (KE) Numru 896/2001, fid-dawl tal-kwantitajiet totali disponibbli taħt il-kwoti tat-tariffi A/B u C u ta’ l-informazzjoni li waslet minn għand l-Istati Membri dwar is-somma tal-kwantitajiet ta’ referenza stabbilita għall-operaturi tradizzjonali A/B u għall-operaturi tradizzjonali C rispettivament skond l-Artikolu 4(1) u (2) ta’ dak ir-Regolament, il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi, meta xieraq, koeffiċjent wieħed ta’ aġġustament li għandu jiġi applikat għall-kwantità ta’ referenza ta’ kull operatur.

(2) Skond l-informazzjoni mibgħuta mill-Istati Membri taħt l-Artikolu 5(1) tar-Regolament (KE) Numru 896/2001, is-somma tal-kwantitajiet ta’ referenza hija 1964154 tunnellati metriċi għall-operaturi tradizzjonali A/B u 725180 tunnellati metriċi għall-operaturi tradizzjonali C. Il-Koeffiċjent ta’ l-aġġustament għandu għalhekk ikun iffissat biex ikun applikat għal kwantità ta’ referenza ta’ kull operatur f’kull waħda miż-żewġ kategoriji ta’ l-operatur tradizzjonali.

(3) Ta’ min ifakkar li, għat-tieni nofs tal-2001, il-kwantità ta’ referenza għal kull operatur tradizzjonali hija suġġetta ghall-Artikolu 28(2) tar-Regolament (KE) Numru 896/2001.

(4) Dan ir-Regolament għandu jibda jseħħ mingħajr telf ta’ żmien, minħabba l-I skadenzi stabbiliti fir-Regolament (KE) Numru 896/2001.

(5) Il-miżuri intiżi f’dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat ta’ Ġestjoni għall-Banana,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

L- Artikolu 1

1. Għall-kwoti tat-tariffi A/B u C stabbiliti fl-Artikolu 18 tar-Regolament (KEE) Numru 404/93, il-koeffiċjent ta’ l-aġġustament stabbilit fl-Artikolu 5(2) tar-Regolament (KE) Numru 896/2001 għandu jkun:

- għal kull operatur tradizzjonali A/B: 1,07883,

- għal kull operatur tradizzjonali C: 0,97286.

2. Għat-tieni nofs tal-2001 il-kwantità ta’ referenza għal kull operatur tradizzjonali stabbilita skond l-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Numru 896/2001 għandha, wara l-applikazzjoni tal-paragrafu 1, tkun aġġustata bil-koeffiċjent stabbilit fl-Artikolu 28(2) tar-Regolament (KE) Numru 896/2001.

L- Artikolu 2

Dan ir-Regolament ghandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussel, fis-7 ta’ Ġunju 2001.

Għall-Kummissjoni

Franz Fischler

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 47, tal-25.2.1993, p. 1.

[2] ĠU L 31, tat-2.2.2001, p. 2.

[3] ĠU L 126, tat-8.5.2001, p. 6.

--------------------------------------------------