32001R1082



Official Journal L 149 , 02/06/2001 P. 0019 - 0020


Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1082/2001

ta’ l-1 ta’ Ġunju 2001

li jemenda r-Regolament (KE) Nru 562/2000 li jistabbilixxi regoli ddettaljati sabiex jiġi applikat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1254/1999 rigward ix-xiri għall-ħażna tal-laħam taċ-ċanga u li jikkorreġi r-Regolament (KE) Nru 590/2001 li jidderoga minn u jemenda r-Regolament (KE) Nru 562/2000

IL-KUMMISSJONI TA’ KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1254/1999 tas-17 ta’ Mejju 1999 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq fil-laħam taċ-ċanga u l-vitella [1], u b’mod partikolari l-Artikoli 47(8) tiegħu,

Billi:

(1) Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 562/2000 [2], kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 590/2001 [3], jistabbilixxi regoli ddettaljati sabiex jiġi applikat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1254/1999 rigward ix-xiri għall-ħażna tal-laħam taċ-ċanga. B’mod partikolari, l-Artikolu 17 tar-Regolament (KE) Nru 562/2000 jistabbilixxi ċerti kondizzjonijiet dwar il-kontrolli u l-ispezzjonijiet preliminarji.

(2) B’deroga mill-Artikolu 4(2) tar-Regolament (KE) Nru 562/2000, l-Artikolu 1(2)(b) tar-Regolament (KE) Nru 590/2001, kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 826/2001 [4], jipprovdi għax-xiri għall-ħażna ta’ kwarti ta’ quddiem b’ħames kustilji. Sabiex tiġi ċċarata s-sitwazzjoni rigward l-ispezzjonijiet preliminarji fil-każ tat-teħid taħt il-kontroll tal-kwarti, ir-regoli jridu jiġu emendati.

(3) L-Artikolu 1(2)(b) tal-verżjoni bl-Ingliż tar-Regolament (KEC) Nru 590/2001 fih żball. Barra minn hekk, il-kelma "l-Artikolu" fl-aħħar subparagrafu ta’ l-Artikolu 1(7) tar-Regolament (KE) Nru 590/2001 għandha tinbidel bil-kelma "il-paragrafu".

(4) Ir-Regolament (KE) Nru 562/2000 u r-Regolament (KE) Nru 590/2001 għandhom għalhekk jiġu emendati u kkorreġuti rispettivament.

(5) Minħabba kif żviluppaw l-avvenimenti, dan ir-Regolament irid jidħol fis-seħħ minnufih.

(6) Il-miżuri pprovvduti f’dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Maniġerjali tal-Laħam taċ-Ċanga u l-Vitella,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

L- Artikolu 1

It-tieni subparagrafu ta’ l-Artikolu 17(3) tar-Regolament (KE) Nru 562/2000 jiġi mibdul bit-test li ġej:

"Dawn l-ispezzjonijiet għandhom ikopru l-kunsinni sa 20 tunnellata metrika tan-nofs karkassi kif stabbilit mill-aġenzija ta’ l-intervent. Madankollu, meta l-offerta tinvolvi l-kwarti, l-aġenzija ta’ l-intervent tista’ tippermetti kunsinna ta’ aktar minn 20 tunnellata metrika ta’ nofs karkassi. Meta jiġu rrifjutati iktar minn 20 % tan-numru totali tan-nofs karkassi f’kull kunsinna spezzjonata, għandha tiġi rrifjutata l-kunsinna kollha skond il-paragrafu 6."

L- Artikolu 2

Ir-Regolament (EC) Nru 590/2001 huwa kkorreġut kif ġej:

1. (Jirrigwarda l-verżjoni bl-Ingliż biss).

L-Artikolu 1(2)(b) għandu jinqara kif ġej:

"(b) Dan li ġej jista’ jinxtara għall-intervent: il-kwarti ta’ quddiem b’ħames kustilji miksuba bl-użu ta’ qatgħa dritta mill-karkassi jew min-nofs karkassi riferiti fl-Artikolu 4(2) tar-Regolament (KE) Nru 562/2000; il-prezz tal-kwarti ta’ quddiem għandu jiġi kkalkolat billi jiġi applikat il-koeffiċjent ta’ 0,80 għall-prezz tal-karkassi."

2. L-ewwel frazi introduttorja ta’ l-aħħar subparagrafu ta’ l-Artikolu 1(7) għandha tinqara kif ġej:

"Barra minn hekk, rigward il-prodotti mixtrija skond dan il-paragrafu:"

L- Artikolu 3

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Dan ir-Regolament għandu jkun jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussel, fl-1 ta’ Ġunju 2001.

Għall-Kummissjoni

Franz Fischler

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 160, tas-26.6.1999, p. 21.

[2] ĠU L 68, tas-16.3.2000, p. 22.

[3] ĠU L 86, tas-27.3.2001, p. 30.

[4] ĠU L 120, tat-28.4.2001, p. 7.

--------------------------------------------------