32001R1036



Official Journal L 145 , 31/05/2001 P. 0010 - 0011


Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1036/2001

tat-22 ta' Mejju 2001

li jipprojbixxi l-importazzjoni ta' tonn alalunga ta' l-Atlantiku li joriġina fil-Belize, il-Kambodja, il-Ginea Ekwatorjali, Saint Vincent u l-Grenadines u l-Ħonduras

IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi il-Komunità Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 133 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni,

Billi:

(1) Ir-riżorsi tas-sajd, li huma riżors naturali eżawribbli, ikollhom jiġu mħarsa fl-interess tal-ekwilibriji bijoloġiċi u sigurtà ta' l-ikel globali.

(2) Fl-1998 il-Kummissjoni Internazzjonali għall-Konservazzjoni tat-Tonn ta' l-Atlantiku (ICCAT), li magħha l-Komunità Ewropea hija Parti Kontraenti, adottat ir-Riżoluzzjoni 98-18 relatata mal-qabdiet mhux rapportati u mhux regolati ta' tonn minn bastimenti bit-tkarkir fuq skala kbira fl-inħawi tal-Konvenzjoni.

(3) Il-ħażniet relatati ma jistgħux jiġu mmaneġġjati effettivament mill-Partijiet Kontraenti ta' l-ICCAT, li s-sajjieda tagħhom huma obbligati li jnaqqsu l-qabdiet tagħhom ta' tonn ta' l-Atlantiku, kemm-il darba l-Partijiet mhux Kontraenti kollha ma jikkoperawx ma' l-ICCAT u jkunu konformi mal-miżuri tagħha ta' konservazzjoni u mmaniġġjar.

(4) L-ICCAT indikat lill-Belize, il-Kambodja, il-Ginea Ekwatorjali, Saint Vincent u l-Grenadines u l-Ħonduras bħala l-pajjiżi li l-bastimenti tagħhom jistadu għat-tonn allunga ta' l-Atlantiku b'mod li jnaqqas l-effikaċja tal-miżuri ta' l-organizzazzjoni għall-konservazzjoni tat-tonn, waqt li ssostanzjat is-sejbiet tagħha b'data relatata ma' qbid, negozju u l-osservazzjoni ta' bastimenti.

(5) L-attentati ta' l-ICCAT biex tinkoraġġixxi ħamsa mis-sitt Stati msemmija biex ikunu konformi mal-miżuri għall-konservazzjoni u l-immaniġġjar tal-pixxispad ta' l-Atlantiku ma swew għal xejn. Il-Ħonduras ingħata aktar żmien biex jagħti provi li qiegħed jikkonforma mal-miżuri ta' konservazzjoni u mmaniġġjar. Bħala konsegwenza, ir-riżultat tal-miżuri tal-pajjiż għandhom ikunu riveduti fil-laqgħa annwali ta' l-2001.

(6) L-ICCAT irrakkomandat il-Partijiet Kontraenti biex jieħdu miżuri xierqa biex jipprojbixxu oġġetti importati ta' prodotti ta' tonn alalunga mill-Atlantiku li joriġina fil-Belize, il-Kambodja, il-Ginea Ekwatorjali, Saint Vincent u l-Grenadines u l-Ħonduras. Dawn il-miżuri jitneħħew hekk kif jiġi stabbilit illi l-pajjiżi fil-kwistjoni jkunu ġabu l-prattiċi tas-sajd tagħhom konformi mal-miżuri ta' l-ICCAT. Dawn il-miżuri għandhom jiġu implementati mill-Komunità, li għandha l-kompetenza unika f'dan ir-rigward.

(7) Fil-każ ta' prodotti ta' tonn alalunga mill-Atlantiku li joriġinaw mill-Ħonduras, il-projbizzjoni ta' l-ICCAT għandha tidħol fis-seħħ fl-1 ta' Jannar 2002, kemm-il darba l-pajjiż jista' jagħti provi dokumentati fil-laqgħa ta' l-2001 ta' l-ICCAT li l-attivitajiet tas-sajd tiegħu nġiebu konformi mal-miżuri ta' l-immaniġġjar u konservazzjoni ta' l-ICCAT.

(8) Dawn il-miżuri huma kompatibbli ma' l-obbligi tal-Komunità skond ftehim internazzjonali oħra,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

1. Ir-rilaxx fiċ-ċirkulazzjoni libera fil-Komunità ta' tonn alalunga ta' l-Atlantiku (Thunnus obesus) tal-kodiċi CN ex03019990, ex03023919, ex03023999, ex03034941, ex03034943, ex03034949, ex03034990, ex03041038, ex03041098, ex03042045, ex03049097, ex03052000, ex03053090, ex03054980, ex03055990, ex03056990, ex16041411, ex16041416, ex16041418 u ex16042070 li joriġinaw mill-Belize, il-Kambodja, il-Ginea Ekwatorjali u Saint Vincent u l-Grenadines huwa b’dan ipprojbit.

2. L-inżul fuq l-art tal-prodotti msemmija fil-1 għall-finijiet ta' tranżitu mill-Komunità huwa b'dan ipprojbit.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament ma jkunx japplika għall-kwantitajiet tal-prodotti msemmija fl-Artikolu 1(1) li jistgħu jintwerew għas-sodisfazzjoni ta' l-awtoritajiet kompetenti nazzjonali li kienu fi triqithom għal territorju tal-Komunità fid-data tad-dħul fis-seħħ tiegħu u li huma rilaxxati għal ċirkulazzjoni libera mhux aktar tard minn erbatax-il jum wara dik id-data.

Artikolu 3

L-Artikoli 1 u 2 għandhom japplikaw għal tonn alalunga ta' l-Atlantiku (Thunnus obesus) taċ-ċifrarji CN ex03019990, ex03023919, ex03023999, ex03034941, ex03034943ex03034949, ex03034990, ex03041038, ex03041098, ex03042045, ex03049097, ex03052000, ex03053090, ex03054980, ex03055990, ex03056990, ex16041411, ex16041416, ex16041418 u ex16042070 li joriġina mill-Ħonduras.

Artikolu 4

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-1 ta' Lulju 2001.

L-Artikolu 3 għandu japplika mill-1 ta' Jannar 2002.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussel, it-22 Mejju 2001.

Għall-Kunsill

Il-President

M. Winberg

--------------------------------------------------