32001R0909



Official Journal L 127 , 09/05/2001 P. 0035 - 0037


Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 909/2001

tat-8 ta' Mejju 2001

li jagħti bidu għal investigazzjoni dwar l-allegat tidwir tal-miżuri kontra d-dumping imposti mir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 368/98 dwar l-importazzjoni tal-glifosat li joriġina fir-Repubblika Popolari taċ-Ċina millimportazzjoni tal-glifosat ikkunsinnat mill-Malasja jew mit-Tajwan, liema importazzjoni tkun suġġett għar-reġistrazzjoni

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunitajiet Ewropej,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 384/96 tat-22 ta' Diċembru 1995 dwar il-protezzjoni kontra importazzjonijiet li jifqgħu s-suq minn pajjiżi terzi mhux Membri tal-Komunità Ewropea [1], kif emendat l-aħħar skond ir-Regolament (KE) Nru 2238/2000 [2], u b'mod partikolari l-Artikolu 13(3) u l-Artikolu 14(5) tiegħu,

Wara li kkonsultat il-Kumitat Kunsultattiv,

Billi:

A. TALBA

(1) Il-Kummissjoni rċeviet talba skond l-Artikolu 13(3) tar-Regolament (KE) Nru 384/96 ("ir-Reġolament Bażiku") sabiex tinvestiga l-allegazzjoni fit-tidwir tal-miżuri kontra d-dumping taż-żibel imposti fuq importazzjonijiet ta' glifosat li joriġina mir Repubblika Popolari taċ-Ċina

(2) It-talba ġiet imressqa fis-26 ta' Marzu 2001 mill-Assoċjazzjoni Ewropea tal-Glifosat (EGA) f'isem proporzjon maġġuri tal-Kumunità Prodotturi tal-Glifosat.

B. PRODOTT

(3) Il-Prodott ikkonċernat bl-allegazzjoni fit-tidwir huwa l-glifosat, li jista' jiġi magħmul f'diversi gradi u forom ta' konċentrazzjoni, li minnhom l-iżjed importanti huma dawn li ġejjin: formulat (ġeneralment b'36 % kontenut ta' Glifosat), melħ (b'62 %), kejk (b'84 %) u aċidu (95 %), bħalissa klassifikati fil-kodiċi NM ex29310095 (kodiċi TARIC 2931009580) u ex38083027 (kodiċi TARIC 3808302710). Dawn il-kodiċi huma mogħtija biss għal skopijiet ta' informazzjoni.

C. MIŻURI EŻISTENTI

(4) Il-miżuri fis-seħħ bħalissa u li allegatament qed jiġu mdawra huma l-miżuri kontra d-dumping imposti mir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 368/98 [3], kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1086/2000 [4]. Dan ir-Regolament żied ir-rata tad-dazju applikabbli skond l-Artikolu 12 tar-Regolament bażiku.

D. RAĠUNIJIET

(5) It-talba fiha evidenza biżżejjed li l-miżuri kontra d-dumping fuq importazzjonijiet tal-glifosat li jorigina fir-Repubblika Popolari taċ-Ċina qegħdin jiġu mdawra jew permezz ta' trasbord mill-Malasja jew mit-Tajwan jew formulati fil-Malasja jew fit-Tajwan ta' glifosat li joriġina fir-Repubblika Popolari taċ-Ċina għall-esportazzjoni mill-ġdid lejn il-Komunità, li għaliha jidher ma hemmx kawża dovuta jew ġustifikazzjoni ekonomika biżżejjed.

(6) L-evidenza mogħtija hi kif gej:

(a) it-talba turi li kien hemm bidla sinifikanti fix-xejra tal-kummerċ li tinvolvi esportazzjonijiet mir-Repubblika Popolari taċ-¬ina, mill-Malasja u mit-Tajwan lejn il-Komunità li saru wara li ġew imposti l-miżuri. L-importazzjonijiet mill-Malasja u mit-Tajwan żdiedu b'mod sinifikanti filwaqt li l-importazzjonijiet mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina naqsu b'mod konsiderevoli.

Din il-bidla fix-xejra tal-kummerċ tidher li ġejja mit-trasbord ta' glifosat li joriġina mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina u li jgħaddi mill-Malasja jew mit-Tajwan u anke mill-formulazzjoni fil-Malasja jew fit-Tajwan ta' ġlifosat li joriġina mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina. Il-formulazzjoni hija proċess relattivament sempliċi li jikkonsisti fit-taħlit tal-melħ glifosat ma' l-ilma u ma' surfactant. Jidher illi l-kawża dovuta jew il-ġustifikazzjoni ekonomika hi insuffiċenti għal dawn il-metodi barra mill-eżistenza tad-dazju kontra d-dumping fuq il-glifosat li joriġina fir-Repubblika Popolari taċ-Ċina;

(b) barra min hekk, it-talba fiha evidenza biżżejjed illi l-effetti remedjali ta' l-eżistenza ta' dazju kontra d-dumping fuq il-glifosat qed jiddgħajfu kemm fil-kwantitajiet kif ukoll fil-prezz. Jidher illi volumi sinifikanti ta' importazzjonijiet ta' glifosat mill-Malasja u mit-Tajwan issostitwew importazzjonijiet mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina. Minbarra dan, hemm xhieda suffiċenti illi din iż-żieda fl-importazzjoni qed issir bi prezzijiet bil-bosta taħt il-prezzijiet li ma jikkawżawx ħsara stabbiliti fl-investigazzjoni oriġinali;

(ċ) fl-aħħar, it-talba fiha evidenza biżżejjed li turi li d-dumping qiegħed isir b'relazzjoni għall-valur normali stabbilit qabel, għal importazzjonijiet ikkunsinnati mill-Malasja jew mit-Tajwan.

E. PROĊEDURA

(7) Milli jidher hawn fuq, il-Kummissjoni kkonkludiet illi teżisti evidenza biżżejjed sabiex tiġġustifika l-bidu ta' investigazzjoni skond l-Artikolu 13 tar-Regolament Bażiku u biex l-importazzjonijiet ta' glifosat ikkunsinnati mill-Malasja jew mit-Tajwan, kemm jekk iddikkjarat illi joriġina mil-Malasja jew mit-Tajwan u kemm jekk le, ikunu suġġetti għar-reġistrazzjoni skond l-Artikolu 14(5) tar-Regolament Bażiku.

(i) Kwestjonarji

(8) Sabiex tinkiseb l-informazzjoni li jidhrilha li hija neċċessarja għall-investiġazzjoni tagħha, il-Kummissjoni ser tibgħat kwestjonarji lill-produtturi u esportaturi fir-Repubblika Popolari taċ-Ċina li l-Kummissjoni taf bihom, lill-awtoritajiet tar-Repubbika Popolari taċ-Ċina, tal-Malasja u tat-TajwanL-informazzjoni, kif xieraq, tista' tinkiseb ukoll mill-industrija tal-Komunità.

(9) F'kull każ, kull persuna interessata għandha tikkuntattja lill-Kummissjoni minnufih, iżda mhux wara l-perjodu ta' żmien kif stipulat fl-Artikolu 3 sabiex isibu jekk humiex imsemmija fit-talba u, jekk ikun neċessarju, jitolbu kwestjonarju fil-perjodu ta' żmien kif stipulat fl-Artikolu 3(1) ta' dan ir-Regolament, sakemm il-perjodu ta' żmien stipulat fl-Artikolu 3(2) ta' dan ir-Regolament ikun japplika għal kull min hu interessat.

(10) L-awtoritajiet tar-Repubblika Popolari taċ-Ċina kif ukoll tal-Malasja u tat-Tajwan ser jiġu notifikati bil-bidu ta' l-investigazzjoni u ser jingħataw b'kopja tat-talba.

(ii) Ġbir ta' informazzjoni u ż-żamma tas-seduti

(11) Kull persuna interessata qegħda hawnhekk tiġi mistiedna sabiex tagħti l-opinjoni tagħha bil-miktub u sabiex tipprovdi evidenza li ssostniha. Barra minn hekk, il-Kummissjoni tista' tisma' persuni interessati, bil-kondizzjoni li dawn jagħmlu talba bil-miktub u juru li hemm raġunijiet partikolari għalfejn għandhom jinstemgħu.

(iii) Ċertifikati kontra t-tidwir

(12) Skond l-Artikolu 13(4) tar-Regolament bażiku, ċertifikati li jeżentaw importazzjonijiet tal-prodotti kkonċernati mir-registrazzjoni jew mill-miżuri jistgħu joħorgu, mill-awtoritajiet tal-klijenti lil importaturi jekk l-importazzjoni ma' tkunx tikkonsisti f'tidwir.

(13) Minħabba l-fatt illi qabel l-ħrug ta' dawn iċ-ċertifikati jirrikjedu awtorizazzjoni mill-istituzzjonijiet tal-Komunità, it-talba għal din l-awtorizazzjoni għandha tiġi indirizzata lill-Kummissjoni kmieni kemm jista' jkun fil-proċess ta' l-investigazzjoni sabiex ikunu jistgħhu jiġu kkunsidrati fuq bażi ta' vvalutazzjoni tal-meriti.

F. REGISTRAZZJONI

(14) Skond l-Artikolu 14(5) tar-Regolament bażiku, importazzjonijiet tal-prodott konċernat għandhom jiġu suġġetti għar-reġistrazzjoni sabiex jassiguraw illi, jekk l-investigazzjoni tirriżulta f'tidwir, dazju li jitħallas kontra d-dumping jista' jiġi ntaxxat bil-quddiem mid-data meta bdiet l-investigazzjoni fuq gliteru kkunsinnat mill-Malasja jew Tajwan.

Ġ. LIMITI TA' ŻMIEN

(15) Fl-interess ta' l-amministrazzjoni tas-smiegħ, il-ħin limitat għandu jkun stipulat ġewwa liema:

- persuni interessati jistgħu jagħmlu lilhom nfushom magħrufa mal-Kummissjoni, jippreżentaw l-ħsibijiet tagħhom bil-miktub u jagħtu risposti tal-kwestjonarju jew kwalunkwe informazzjoni li għandha tiġi kkunsidrata waqt l-investigazzjoni,

- persuni nteressati jistgħu jagħmlu talba bil-miktub biex jinstemgħu mill-Kummissjoni.

H. NUQQAS TA' KOPERAZZJONI

(16) F'każijiet fejn persuni interessati jirrifjutaw aċċess għal jew inkella ma' jipprovdux l-informazzjoni neċessarja fi żmien il-ħin stipulat, jew sinifikament ifixxklu l-investiġazzjoni, sejbiet finali jew provviżorji, affermattivi jew neġattivi, jistgħu jiġu magħmula skond l-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku, fuq il-bażi ta' fatti li jinsabu disponibbli. Fejn jinstab illi kwalunkwe persuni interessati jkunu pprovdew informazzjoni falza jew qarrieqa, l-informazzjoni m'għandhiex tiġi meqjusa u użu jista' jkun magħmul tal-fatti disponibbli,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Investigazzjoni hawnhekk mibdija skond l-Artikolu 13(3) tar-Regolament (KE) Nru 384/96, rigward importazzjonijiet ġewwa l-Komunità ta' ġlifosat li jaqa' ġewwa kodiċi NM ex29310095 (TARIC Kodiċi 2931009580) u ex38083027 (TARIC Kodiċi 3808302710), kunsinnati mill-Malasja jew Tajwan, kemm jekk iddikjarati lli joriġinaw mill-Malasja jew Tajwan jew le.

Artikolu 2

1. L-awtoritajiet tal-Klijenti hawnhekk ordnati, skond l-Artikolu 13(3) u l-Artikolu 14(5) tar-Regolament (KE) Nru 384/96, sabiex jieħdu l-passi xierqa sabiex jirreġistraw l-importazzjonijiet ġewwa l-Komunità identifikati fl-Artikolu 1ta' dan ir-Regolament.

2. Ir-Registrazzjoni tispiċċa disa' xhur mid-data tal-bidu fis-seħħ ta' dan ir-Regolament.

3. Importazzjonijiet m'għandhomx jkunu suġġetti għar-reġistrazzjoni fejn ikunu msieħba ma' ċertifikat tal-klijent maħruġ skond l-Artikolu 13(4) tar-Regolament (KE) Nru 384/96.

Artikolu 3

1. Kwestjonarji għandhom jiġu mitluba mill-Kummissjoni fi żmien 15 il-ġurnata mid-data tal-pubblikazzjoni ta' dan ir-Regolament fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunità Ewropea.

2. Persuni interessati, jekk ir-rappreżentazzjonijiet tagħhom għandhom jiġu meqjusa waqt l-investiġazzjoni, għandhom jagħmlu lilhom nfushom magħrufa billi jikkuntatjaw lill-Kummissjoni, jippreżentaw il-ħsibijiet tagħhom bil-miktub u jagħtu risposta tal-kwestjonarju jew kwalunkwe informazzjoni fi żmien 40 ġurnata mid-data tal-pubblikazzjoni ta' dan ir-Regolament fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunità Ewropea, sakemm m'hemmx espressament xort'oħra.

3. Persuni nteressati jistgħu wkoll japplikaw sabiex jistemgħu mill-Kummissjoni fi żmien l-istess perjodu limitat ta' 40 ġurnata.

4. Kwalunkwe informazzjoni relatata mal-każ, kwalunkwe talba għal seduta jew għal kwestjanarju kif ukoll kull talba għal awtorizazzjoni ta' ċertifikati kontra tidwir għandhom ikunu magħmula bil-miktub (mhux b'formal elettroniku, fejn m'hemmx espressament xort'oħra), għandhom jindikaw l-isem, l-indirizz, e-mail address, telefon, fax u/jew numri tat-telefon u għandhom jintbagħtu fl-address li ġej:

Kummissjoni Ewropea Kummerċ

Direttorat Ġenerali

Diretturati B u C

TERV 0/13

Rue de la Loi/Wetstraat 200

B-1049 Brussel

Fax (32-2) 295 65 05

Telex COMEU B 21877.

Artikolu 4

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum ta' wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussel, 8 May 2001.

Għall-Kummissjoni

Pascal Lamy

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 56, 06.03.96, p. 1.

[2] ĠU L 257, 11.10.00, p. 2.

[3] ĠU L 47, 18.02.98, p. 1.

[4] ĠU L 124, 25.05.00, p. 1.

--------------------------------------------------