Official Journal L 118 , 27/04/2001 P. 0006 - 0011
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 807/2001 tal-25 ta’ April 2001 li jemenda Annessi I, II u III għar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2377/90 li jistabbilixxi proċedura tal-Komunità għat-twaqqif ta’ limiti massimi ta’ residwu għal prodotti mediċinali veterinarji f’affarijiet ta’ l-ikel li ġejjin mill-annimali. (Test b’rilevanza ŻEE) IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ, Wara li kkunsidrat it-Trattat li jwaqqaf il-Komunità Ewropea, Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2377/90 tas-26 ta’ Ġunju 1990 li jistabbilixxi proċedura tal-Komunità għat-twaqqif tal-limiti massimi ta’ residwi għal prodotti mediċinali veterinarji f’affarijiet ta’ l-ikel li ġejjin mill-annimali [1], kif l-aħħar emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 750/2001 [2] u b’mod partikolari Artikoli 6, 7 u 8 dwar dan, Billi: (1) B’mod konformi mar-Regolament (KEE) Nru 2377/90, limiti massimi ta’ residwu jridu jiġu stabbiliti progressivament għal kull sustanza farmakoloġikament attiva li hi wżata ġewwa l-Komunità għal prodotti mediċinali veterinarji maħsuba għat-teħid minn annimali li jipproduċu l-ikel. (2) Limiti massimi ta’ residwu għandhom jiġu stabbiliti biss wara l-eżami fi ħdan il-Kumitat għal Prodotti Mediċinali Veterinarji fuq l-informazzjoni rilevanti kollha li tikkonċerna s-sigurtà ta’ residwi tas-sustanza konċernata għall-konsumatur dwar prodotti ta’ l-ikel li ġejjin mill-annimali u l-impatt ta’ residwi fuq l-ipproċessar industrijali ta’ affarijiet ta’ l-ikel. (3) Fit-twaqqif tal-limiti massimi ta’ residwu għal residwi ta’ prodotti mediċinali veterinarji f’oġġetti ta’ l-ikel ġejjin mill-annimali, huwa meħtieġ li jiġi speċifikat l-ispeċi ta’ l-annimal fejn residwi jistgħu jkunu preżenti, il-livelli li jistgħu jkunu preżenti f’kull wieħed mit-tessuti tal-laħam rilevanti miksuba mill-annimal ittrattat (tessut bersalll) u n-natura tar-residwu li hi rilevanti għall-monitoraġġ ta’ residwi (residwu markatur); (4) Għall-kontroll ta’ residwi, kif provdut fil-leġislazzjoni approprjata tal-Komunità, il-limiti massimi ta’ residwu għandhom ġeneralment ikunu stabbiliti għat-tessuti bersallji tal-fwied u tal-kliewi. Madanakollu, il-fwied u l-kliewi huma ta’ spiss imneħħija mill-karkassi li huma f’kummerċ internazzjonali, u l-limiti massimi ta’ residwi għandhom għalhekk ikunu dejjem stabbiliti għall-muskoli u għall-grass. (5) Fil-kaz ta’ prodotti mediċinali veterinarji maħsuba għall-għasafar li jbidu, annimali li jagħmlu l-ħalib jew naħal tal-għasel, limiti massimi ta’ residwu għandhom ukoll jiġu stabbiliti għal bajd, ħalib jew għasel. (6) Cefoperazone, cyhalothrin, lincomycin, nafcillin, neotobimin, phoxim, tiamulin u cyfluthrin għandhom ikunu mdaħħla f’Anness I għal-Regolament (KEE) Nru. 2377/90; (7) "Aċidi sulfoniċi alkyl benżini linejari b’kejl alkyl ta’ katini li jvarjaw minn C9 sa C13 li jikkontjenu inqas minn 2,5 % ta’ ktajjen itwal minn C13" għandhom jiġu mdaħħla f’Anness II għar-Regolament (KEE) Nru. 2377/90. (8) Sabiex tippermetti għat-tlestija ta’ l-istudji xjentifiċi, it-tul tal-validità tal-limiti massimi proviżorji ta’ residwu mfissra qabel f’Anness III għar-Regolament (KEE) Nru 2377/90 għandu jiġi estiż għal cefacetrile, acidu oxoliniku u permethrin. (9) Perijodu adegwat għandu jiġi permess qabel id-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament sabiex jippermetti lill-Istati Membri jagħmlu kull bidla li tista’ tkun meħtieġa għall-awtorizzazzjonijiet li ġew mogħtija b’mod konformi mad-Direttiva tal-Kunsill 81/851/KEE [3], kif l-aħħar emendat mid-Direttiva tal-Kummissjoni 2000/37/KE [4], biex jittieħed kont tad-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament biex jitqiegħed il-prodott mediċinali veterinarju konċernat fis-suq. (10) Il-miżuri li għalihom hemm ipprovdut f’dan ir-Regolament huma skond il-fehma tal-Kumitat Permanenti fuq Prodotti Mediċinali Veterinarji, ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT: Artikolu 1 Annessi I, II u III għar-Regolament (KEE) Nru 2377/90 huma emendati kif stabbilit fl-Anness hawnhekk. Artikolu 2 Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej. Għandu japplika mis-60 jum ta’ wara l-pubblikazzjoni tiegħu. Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha. Magħmul fi Brussel, fil-25 ta’ April 2001. Għall-Kummissjoni Erkki Liikanen Membru tal-Kummissjoni [1] ĠU L 224, tat-18.8.1990, p.1 [2] ĠU L 109, tad-19.4.2001, p. 35. [3] ĠU L 317, tas-6.11.1981, p 1. [4] ĠU L 139, ta’ l-10.6.2000, p. 25. -------------------------------------------------- ANNESS A. Anness I għar-Regolament (KEE) Nru 2377/90 hu emendat kif ġej: 1. Aġenti anti-infettivi 1.2. Antibijotiċi 1.2.1. Peniċillini "Sustanza(i) farmakoloġikament attiva(i) | Residwu markatur | Speċi ta' annimal | LMR | Tessut bersall | Disposizzjonijiet oħra | Nafcillin | Nafcillin | Bovini | 300 µg/kg | Muskolu | Għal użu intramammarju biss | 300 µg/kg | Grass | 300 µg/kg | Fwied | 300 µg/kg | Kliewi | 30 µg/kg | Ħalib" | 1.2.2. Cephalosporins "Sustanza(i) farmakoloġikament attiva(i) | Residwu markatur | Speċi ta' annimal | LMR | Tessut bersall | Disposizzjonijiet oħra | Cefoperazone | Cefoperazone | Bovini | 50 µg/kg | Ħalib" | | 1.2.8. Prewromutilines "Sustanza(i) farmakoloġikament attiva(i) | Residwu markatur | Speċi ta' annimal | LMR | Tessut bersall | Disposizzjonijiet oħra | Tiamulin | Somma ta' metaboliti li jistgħu jiġu idrolizzati għal 8- hydroxymutilin | Dundjan | 100 µg/kg | Muskolu | | 100 µg/kg | Ġilda u grass | | 300 µg/kg | Fwied" | | 1.2.9. Linkosamides "Sustanza(i) farmakoloġikament attiva(i) | Residwu markatur | Speċi ta' annimal | LMR | Tessut bersall | Disposizzjonijiet oħra | Lincomycin | Lincomycin | Ovini | 100 µg/kg | Muskolu | | 50 µg/kg | Grass | | 500 µg/kg | Fwied | | 1500 µg/kg | Kliewi | | 150 µg/kg | Ħalib | | Qżieqez | 100 µg/kg | Muskolu | | 50 µg/kg | Ġilda u grass | | 500 µg/kg | Fwied | | 1500 µg/kg | Kliewi | | Tiġieġ | 100 µg/kg | Muskolu | | 50 µg/kg | Ġilda u grass | | 500 µg/kg | Fwied | | 1500 µg/kg | Kliewi | | 50 µg/kg | Bajd" | | 2. Aġenti antiparassitiċi 2.1. Aġenti li jaġixxu kontra l-endoparassiti 2.1.3. Benzimidazoles u pro-benzimidazoles "Sustanza(i) farmakoloġikament attiva(i) | Residwu markatur | Speċi ta' annimal | LMR | Tessut bersall | Disposizzjonijiet oħra | Netobimin | Somma ta' albendazole oxide, albendazole sulphone u albendazole2-aminosulphone, imfissra bħala albendazole | Dundjan | 100 µg/kg | Muskolu | Għal użu orali biss | 100 µg/kg | Grass | 1000 µg/kg | Fwied | 500 µg/kg | Kliewi | 100 µg/kg | Ħalib" | 2.2. Aġenti li jaġixxu kontra l-ektoparassiti 2.2.1. Organofosfati "Sustanza(i) farmakoloġikament attiva(i) | Residwu markatur | Speċi ta' annimal | LMR | Tessut bersall | Disposizzjonijiet oħra | Phoxim | Phoxim | Ovini | 50 µg/kg | Muskolu | Mhux għal użu fuq annimali li minnhom il-ħalib jinġieb għal konsum uman | 400 µg/kg | Grass | 50 µg/kg | Kliewi | Qżieqez | 20 µg/kg | Muskolu | 700 µg/kg | Ġilda u grass | 20 µg/kg | Fwied | 20 µg/kg | Kliewi" | 2.2.3. Piretrojdi "Sustanza(i) farmakoloġikament attiva(i) | Residwu markatur | Speċi ta' annimal | LMR | Tessut bersall | Disposizzjonijiet oħra | Cyhalothrin | Cyhalothrin (somma ta'l-isomeri) | Bovini | 500 µg/kg | Grass | Aktar disposizzjonijiet għad-Direttiva tal-Kunsill 94/29/EC għandhom jiġu osservati | 50 µg/kg | Kliewi | 50 µg/kg | Ħalib | 10 µg/kg | Muskolu | Cyfluthrin | Cyfluthrin (somma ta'l-isomeri) | Bovini | 50 µg/kg | Grass | 10 µg/kg | Fwied | 10 µg/kg | Kliewi | 20 µg/kg | Ħalib" | B. Anness II għar-Regolament (KEE) Nru 2377/90 hu emendat kif ġej: 2. Komposti organiċi "Sustanza(i) farmakoloġikament attiva(i) | Speċi ta' annimal | Disposizzjonijiet oħra | Aċidi sulfoniċi tal-alkyl benzene lineari ta' tul katinali alkyl li jvarja minn C9 sa C13, li jkun fihom inqas minn 2,5 % tal-katini itwal minn C13 | Bovini | Għal użu topikali biss" | Ċ. Anness III għar-Regolament (KEE) Nru 2377/90 hu emendat kif ġej: 1. Aġenti anti-infettivi 1.2. Antibijotiċi 1.2.4. Ceflasporini "Sustanza(i) farmakoloġikament attiva(i) | Residwu markatur | Speċi ta' annimal | LMR | Tessut bersall | Disposizzjonijiet oħra | Cefacetrile | Cefacetrile | Bovini | 125 µg/kg | Ħalib | LMR proviżorji jiskadu fl- 1.1.2002. Għal użu intramammarju biss" | 1.2.6. Kwinoloni "Sustanza(i) farmakoloġikament attiva(i) | Residwu markatur | Speċi ta' annimal | LMR | Tessut bersall | Disposizzjonijiet oħra | Aċidu Oxoliniku | Aċidu oxoliniku | Bovini | 100 µg/kg | Muskolu | LMR proviżorji jiskadu fl- 1.1.2003 Mhux għal użu f'annimali li l-ħalib tagħhom jiġi prodott għal konsum uman | 50 µg/kg | Grass | 150 µg/kg | Fwied | 150 µg/kg | Kliewi | Qżieqez | 100 µg/kg | Muskolu | 50 µg/kg | Ġilda u grass | 150 µg/kg | Fwied | 150 µg/kg | Kliewi | Tiġieġ | 100 µg/kg | Muskolu | 50 µg/kg | Ġilda u grass | 150 µg/kg | Fwied | 150 µg/kg | Kliewi | 50 µg/kg | Bajd | Ħut bil-ġwienaħ | 300 µg/kg | Muskolu u ġilda fi proporzjon naturali" | 2. Aġenti antiparassitiċi 2.2. Aġenti li jaġixxu kontra l-ektoparassiti 2.2.3. Piretrojdi "Sustanza(i) farmakoloġikament attiva(i) | Residwu markatur | Speċi ta' annimal | LMR | Tessut bersall | Disposizzjonijiet oħra | Permethrin | Permethrin (somma tal-isomeri) | Tiġieġ, qżieqez | 50 µg/kg | Muskolu | LMR proviżorji jiskadu fl- 1.1.2003 | 500µg/kg | Ġilda u grass | 50 µg/kg | Fwied | 50 µg/kg | Kliewi | Bovini, kaprini | 50 µg/kg | Muskolu | LMR proviżorji jiskadu fl- 1.1.2003 | 500 µg/kg | Grass | 50 µg/kg | i Fwied | 50 µg/kg | Kliew | 50 µg/kg | Ħalib | Aktar disposizzjonijiet did-Direttiva tal-Kummissjoni 98/82/KE għandhom jiġu osservati (ĠU L 290, 29.10.1998, p. 25) | Tiġieġ | 50 µg/kg | Bajd | LMR proviżorji jiskadu fl- 1.1.2003" | --------------------------------------------------