32001R0716



Official Journal L 100 , 11/04/2001 P. 0009 - 0010


Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Numru 716/2001

tal-10 ta’ April 2001

li jemenda r-Regolament (KE) Numru 2789/1999 li jistabbilixxi il-marketing standard tal-għeneb tal-mejda

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Numru 2200/96 tat-28 ta’ Ottubru 1996 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq fil-frott u l-ħxejjex [1], kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Numru 2826/2000 [2], u partikularment l-Artikolu 2(2) tiegħu,

Billi:

(1) L-Anness tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Numru 2789/1999 tat-22 ta’ Diċembru 1999 li jistabbilixxi il-marketing standard ta’ l-għeneb tal-mejda [3] jistabbilixxi dispożizzjoni dwar l-għażla skond id-daqs, il-preżentazzjoni u l-ittikkettjar ta’ l-għeneb tal-mejda.

(2) Sabiex tkun assigurata t-trasparenza fis-suq dinji, dawk id-dispożizzjonijiet għandhom jiġu emendati. L-istandard għal-għeneb tal-mejda rakkomandat mill-Kommissjoni Ekonomika tan-Nazzjonijiet Uniti għall-Ewropa, reċentement kien emendat biex jippermetti taħlita f’kull pakkett ta’ l-għeneb tal-mejda tal-varjetajiet Chasselas rouge u Chasselas blanc, biex jaħseb għal tikketti speċjali għall-għeneb ikkultivat taħt is-serra u għalhekk soġġetti għal regoli speċjali dwar l-għażla skond id-daqs, kif ukoll biex jiċċaraw ċerti dispożizzjonijiet dwar pakketti żgħar għall-konsumatur.

(3) Il-produzzjoni ta’ diversi varjetajiet ġodda qiegħda tikber. Dawk il-varjetajiet għandhom għalhekk ikunu inklużi fil-lista ta’ varjetajiet li hemm fl-Appendiċi għall-istandard tal-Komunità għal-għeneb tal-mejda, jew bħala varjetajiet ta’ frotta kbira jew varjetajiet ta’ frotta żgħira.

(4) Il-miżuri ntiżi f’dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat ta’ Ġestjoni għal Frott u l-Ħxejjex,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness tar-Regolament (KE) Numru 2789/1999 huwa emendat kif ġej:

1. Fit-titolu III (Dispożizzjonijiet dwar l-għażla tad-daqs), ir-raba’ subparagrafu huwa mibdul bit-test li ġej:

"Għal klassijiet kollha: f’kull pakkett għall-konsumatur, il-piż net ta’ mhux aktar minn 1 kg, mazz wieħed taħt il-piż minimu huwa permissibbli biex jaġġusta il-piż indikat, sakemm il-mazz jissodisfa l-kondizzjonijiet l-oħra kollha għall-klassi speċifikata."

2. Fit-titolu V (Dispożizzjonijiet dwar il-preżentazzjoni, il-parti A (Uniformità), it-tieni subparagrafu huwa mibdul bit-test li ġej:

"Fil-każ ta’ għeneb ippakkjat f’pakketi żgħar għall-konsumatur, piż net ta’ mhux aktar minn 1 kg, l-uniformità tal-varjetà u l-oriġni mhumiex meħtieġa."

3. Fit-titolu V (Dispożizzjonijiet dwar il-preżentazzjoni), il-parti A (Uniformità), is-subparagrafu li ġej huwa miżjud wara t-tielet subparagrafu:

"L-inklużjoni f’kull pakkett ta’ għenieqed ta’ kuluri differenti għal-skopijiet dekorattivi għandhom ikunu permissibli fil-każ tal-varjetà Chasselas."

4. Fit-titolu VI (Provvedimenti dwar l-ittabellar), il-parti B (in-natura tal-prodott), id-daħla li ġejja hija miżjuda:

"— "taħt is-serra", "fejn applikabbli"."

5. Fl-Appendiċi, il-parti 2 (a) (Varjetajiet ta’ frotta kbira), il-varjetajiet li ġejjin huma miżjuda:

"Danuta" wara "Danlas",

"Isa" wara "Imperial Napoleon",

"Ora" wara "Olivette noire",

"Prima" wara "Planta Nova".

6. Fl-Appendiċi, il-parti 2(b) (varjetajiet ta’ frotta żgħira), il-varjeta "Exalta" hija miżjuda wara "Delizia di Vaprio".

7. Fit-titolu IV (Dispożizzjonijiet dwar it-tolleranzi), il-parti B hija mibdula bit-test li ġej:

"B. Tolleranzi fid-daqs

(i) Klassi "Extra" u Klassi I

10 % fit-toqol ta’ mazzi li ma jissodisfawx il-kondizzjonijiet tad-daqs tal-klassi, imma li jissodisfaw dawk tal-klassi immedjatament taħthom.

(ii) Klassi II

10 % fit-toqol ta’ mazzi li ma jissodisfawx il-kondizzjonijiet tad-daqs tal-klassi, imma li jiżnu mhux anqas minn 75 g."

Artikolu 2

Dan ir-Regolament ghandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum ta’ wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Dan ir-Regolament ghandu japplika mil-ewwel jum ta’ l-ewwel xhar minn meta jidħol fis-seħħ.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussel, fl-10 ta’ April 2001.

Għall-Kummissjoni

Franz Fischler

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 297, tal-21.11.1996, p. 1.

[2] ĠU L 328, tat-23.12.2000, p. 2.

[3] ĠU L 336, tad-29.12.1999, p. 13.

--------------------------------------------------