Official Journal L 094 , 04/04/2001 P. 0021 - 0021
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 681/2001 tat-3 ta’ April 2001 li jidderoga temporanjament minn Regolament (KE) Nru 1370/95 li jippreskrivi regoli fid-dettall għall-implimentazzjoni tas-sistema ta’ liċenzji ta’ esportazzjoni fis-settur tal-laħam tal-majjal IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ, Wara li kkunsidrat it-Trattat li jwaqqaf il-Komunita Ewropea, Wara li kkunsidrat Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2759/75 tad-29 ta’ Ottubru 1975 dwar l-organiżżazzjoni komuni tas-suq dwar il-laħam tal-majjal( [1]), kif l-aħħar emendat b’Regolament (KE) Nru 1365/2000( [2]), u b ‘mod partikolari l-Artikolu 8(2), l-Artikolu 13(12) u l-Artikolu 22 tiegħu, Filwaqt li: (1) l-Artikolu 3(3) ta’ Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1370/95( [3]), kif l-aħħar emendat b’Regolament (KE) Nru 2898/2000( [4]), jipprovdi li liċenzji ta’ esportazzjoni għandhom jiġu maħruġa nhar l-Erbgħa tal-ġimgħa ta’ wara li fiha jkunu ddaħħlu l-applikazzjonijiet għal liċenzji, sakemm ma jittieħdu l-ebda miżuri mill-Kummissjoni fil-frattemp. (2) Minħabba d-dati tal-vaganzi pubbliċi fl-2001 u l-pubblikazzjoni irregolari konsegwenti tal-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej, il-perjodu li għandu jiġi kkunsidrat huwa qasir wisq sabiex jiżgura amministrazzjoni tas-suq effettiva u għandu jiġi mtawwal temporanjament. (3) Il-miżuri li għalihom hemm provdut f’dan ir-Regolament huma bi qbil ma’ l-opinjoni tal-Kumitat Amministrattiv dwar il-Laħam tal-Majjal, ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT: Artikolu 1 Minkejja l-Artikolu 3(3) ta’ Regolament (KE) Nru 1370/95, liċenzji li għalihom jiddaħħlu applikazzjonijiet matul il-perjodi ta’ wara għandhom jinħarġu fid-dati indikati, sakemm ma tittieħed l-ebda waħda mill-miżuri speċjali li hemm referenza għalihom fil-paragrafu 4 ta’ dak l-Artikolu qabel id-dati konċernati: - mid-9 sat-13 ta’ April 2001, għandhom jinħarġu nhar id-19 ta’ April 2001, - mit-23 sas-27 ta’ April 2001, għandhom jinħarġu nhar l-4 ta’ Mejju 2001, - mit-28 ta’ Mejju sa l-1 ta’ Ġunju 2001, għandhom jinħarġu nhar is-7 ta’ Ġunju 2001, - mis-17 sal-21 ta’ Diċembru 2001, għandhom jinħarġu nhar it-3 ta’ Jannar 2002, - mill-24 sat-28 ta’ Diċembru 2001, għandhom jinħarġu nhar is-7 ta’ Jannar 2002, Artikolu 2 Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet ġurnata ta’ wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej. Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha. Magħmul fi Brussel, nhar it-3 ta’ April 2001. Għall-Kummissjoni Franz Fischler Membru tal-Kummissjoni [1] ĠU L 282, ta’ l-1.11.1975, p. 1. [2] ĠU L 156, tad-29.6.2000, p. 5. [3] ĠU L 133, tas-17.6.1995, p. 9. [4] ĠU L 336, tat-30.12.2000, p. 32. --------------------------------------------------