32001R0654



Official Journal L 091 , 31/03/2001 P. 0064 - 0065


Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) NUMRU 654/2001

tat-30 ta’ Marzu 2001

li jiffissa l-ammont massimu ta’ għajnuna kompensatorja għar-rivalwazzjonijiet ġmielhom tal-lira sterlina u l-krona Svediża fl-2000

IL-KOMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkonsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkonsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Numru 2799/98 tal-15 ta’ Diċembru 1998 li jistabbilixxi arranġamenti agrimonetarji għall-euro [1], b’mod partikolari Artikolu 4(2) tiegħu,

Billi:

(1) Rivalwazzjoni ġmielha, kif definita f’Artikolu 1(f) tar-Regolament (KE) Numru 2799/98, seħħet fl-2000 għal-lira sterlina u l-krona Svediża.

(2) Ir-Regolament (KE) Numru 2799/98 jipprovdi li l-Istati Membri jistgħu jagħtu għajnuna b’kumpens lil bdiewa f’każi ta’ revalwazzjoni ġmielha. Tali għajnuna għandha tingħata skond il-kondizzjonijiet preskritti f’dak ir-Regolament u fir-Regolament tal-Kommissjoni (KE) Numru 2808/98 tat-22 ta’ Diċembru 1998 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tas-sistema agrimonetarja għall-euro fl-agrikoltura [2], kif l-aħħar emendat mir-Regolament (KE) Numru 2452/2000 [3].

(3) L-ammonti massimi ta’ l-ewwel porzjon ta’ għajnuna kompensatorja huma stabbiliti skond Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Numru 2799/98.

(4) Skond Artikolu 4(3) u Artikolu 4(6)(a) ta’ dak ir-Regolament, l-ammonti konċernati għandhom jitnaqqsu jew jiġu kanċellati għal settur fejn il-prezz tas-suq għall-Istat Membru konċernat kien fuq medja daqs jew ogħla mill-prezzijiet medji tas-suq fl-Istati Membri li l-muniti tagħhom ma kienux rivalwati mhux ħażin matul l-istess perjodu. Dawk il-kondizzjonijiet m’humiex imwettqa fis-setturi taċ-ċanga u l-vitella, iċ-ċereali u l-ħalib u l-prodotti tal-ħalib fiż-żewġ pajjiżi konċernati. L-ammonti ta’ hawn fuq għalhekk ma jeħtiġux jiġu aġġustati.

(5) Taħt Artikolu 4(3) u Artikolu 4(6)(b) ta’ dak ir-Regolament, l-ammont ta’ porzjon wieħed jew iżjed jista’ jitnaqqas fejn ikun osservat li r-relazzjoni bejn id-data tar-rivalwazzjoni u d-dati tal-ġrajjiet operattivi fis-settur kkonċernat tkun tali li ma jkun hemm ebda ġustifikazzjoni biex wieħed jikkonkludi li r-rivalwazzjoni kellha impatt matul il-perijodu kollu taħt konsiderazzjoni. Dik il-kondizzjoni hija sodisfatta għas-settur taz-zokkor li għalih ir-rata attwalment kienet tapplika matul is-sena tas-suq 2000/01 tkun għadha mhix magħrufa. L-ammonti massimi ta’ l-ewwel porzjon msemmi fis-subparagrafu ta’ qabel ta’ l-aħħar ta’ Artikolu 4(6) tar-Regolament (KE) Numru 2799/98 u li jservu bħala bażi biex jiġu kalkulati it-tieni u t-tielet porzjonijiet li jkunu ġew iffissati jekk il-punt (b) ma kienx ġie applikat għandhom għalhekk ukoll ikunu ffissati.

(6) Il-perjodu msemmi fl-ewwel subparagrafu ta’ Artikolu 8(1) tar-Regolament (KE) Numru 2808/98, li għandu jkun perjodu stipulat qabel ma jingħataw ħlasijiet kompensatorji, għandu jkun stabbilit.

(7) Il-miżuri li għalihom jipprovdi dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitati ta’ Ġestjoni konċernati,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Għar-Renju Unit, l-ammont massimu ta’ l-ewwel porzjon tal-għajnuna kompensatorja msemmija f’Artikolu 4(3) tar-Regolament (KE) Numru 2799/98 għandu jkun EUR 224,12 miljuni fil-każ tar-rivalwazzjoni ġmielha li seħħet fl-2000.

L-ammont massimu msemmi fis-subparagrafu ta’ qabel ta’ l-aħħar ta’ Artikolu 4(6) tar- Regolament (KE) Numru 2799/98 u li jservi bħala bażi biex jiġu kalkulati t-tieni u t-tielet porzjonijiet ta’ għajnuna kompensatorja għandu jkun EUR 235,35 miljuni fil-każ ta’ rivalwazzjoni ġmielha li seħħet fl-2000.

Artikolu 2

Għall-Isvezja, l-ammont massimu ta’ l-ewwel porzjon tal-għajnuna kompensatorja msemmija f’Artikolu 4(3) tar- Regolament (KE) Numru 2799/98 għandu jkun EUR 11,12 miljuni fil-każ tar-rivalwazzjoni ġmielha li seħħet fl-2000.

L-ammont massimu msemmi fis-subparagrafu ta’ qabel ta’ l-aħħar ta’ Artikolu 4(6) tar- Regolament (KE) Numru 2799/98 u li jservi bħala bażi biex jiġu kalkulati t-tieni u t-tielet porzjonijiet ta’ għajnuna kompensatorja għandu jkun EUR 11,84 miljuni fil-każ ta’ rivalwazzjoni ġmielha li seħħet fl-2000.

Artikolu 3

Il-perjodu msemmi fl-ewwel subparagrafu ta’ Artikolu 8(1) tar-Regolament (KE) Numru 2808/98 għandu jintemm mhux aktar tard mill-31 ta’ Diċembru 2000.

Artikolu 4

Dan ir-Regolament ghandu jidħol fis-seħħ fis-seba’ jum mill-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussel, fit-30 ta’ Marzu 2001.

Għall-Kummissjoni

Franz Fischler

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 349, ta’ l-24.12.1998, p. 1.

[2] ĠU L 349, ta’ l-24.12.1998, p. 36.

[3] ĠU L 282, tat-8.11.2000, p. 9.

--------------------------------------------------