32001R0653



Official Journal L 091 , 31/03/2001 P. 0062 - 0063


Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru. 653/2001

tat-30 ta’ Marzu 2001

li jistabbilixxi l-ammont massimu ta’ għajnuna kompensatorja li jirriżulta mir-rata tal-kambju tal-lira sterlina applikabbli fil-31 ta’ Diċembru 2000 u l-fl-1 ta’ Jannar 2001.

IL-KOMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkonsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkonsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru. 2799/98 tal-15 ta’ Diċembru 1998 li jistabbilixxi arranġamenti agrimonetarji għall-euro [1], u b’mod partikolari Artikolu 5 tiegħu,

Billi:

(1) Artikolu 5(1) tar-Regolament (KE) Nru. 2799/98 jiddikjara li ħlas kompensatorju jista’ jsir f’każijiet fejn ir-rata tal-kambju applikabbli fid-data tal-ġrajja operattiva tkun inqas minn dik preċedentement applikabbli. Madankollu, din id-dispożizzjoni mhix applikabbli għal ammonti li għalihom rata iktar baxxa mir-rata l-ġdida kienet applikabbli matul l-24 xahar li jiġu eżatt qabel ma r-rata l-ġdida daħlet fis-seħħ.

(2) ir-rata tal-kambju għal-lira sterlina applikabbli fid-dati tal-ġrajja operattiva tal-31 ta’ Diċembru 2000 u l-1 ta’ Jannar 2001 kienet iktar baxxa minn dawk applikabbli qabel.

(3) il-ħlas kompensatorju għandu jsir skond il-kondizzjonijiet preskritti fir-Regolament (KE) Nru. 2799/98 u fir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru. 2808/98 tat-22 ta’ Diċembru 1998 li jistabbilixxi regoli dettaljatigħall-applikazzjoni tas-sistema agrimonetarja għall-euro fl-agrikoltura [2], kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru. 2452/2000 [3].

(4) l-ammonti tal-ħlas kompensatorju huma stabbiliti skond Artikoli 5 u 9 tar-Regolament (KE) Nru. 2799/98 u skond Artikolu 10 tar-Regolament (KE) Nru. 2808/98.

(5) il-miżuri provduti f’dan ir-Regolament huma skond l-opinjonijiet tal-Kumitati tat-Tmexxija konċernati,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-ammonti massimi ta’ l-ewwel parti tal-ħlas kompensatorju li r-Renju Unit jista’ jħallas b’riżultat tat-tnaqqis rekordjat fid-dati tal-ġrajja operattiva tal-31 ta’ Diċembru 2000 u l-1 ta’ Jannar 2001 fir-rata tal-kambju għal-lira sterlina mqabbla mar-rata applikabbli qabel huma elenkati fl-Anness li jinsab ma’ dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fjs-seba’ jum mill-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussel, 30 ta’ Marzu 2001.

Għall-Kummissjoni

Franz Fischler

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 349, ta’ l-24.12.1998, p. 1.

[2] ĠU L 349, ta’ l-24.12.1998, p. 36.

[3] ĠU L 282, tat-8.11.2000, p. 9.

--------------------------------------------------

ANNESS

L-ammonti massimi ta' l-ewwel parti tal-ħlas kompensatorju f'miljuni ta' euros

Miżuri | Renju Unit |

Tip | Regolament |

Premium ta' baqar li jreddgħu | Artikolu 6(1), Regolament (KE) Nru. 1254/1999 | 4,958688 |

Premium addizzjonali ta' baqar li jreddgħu | Artikolu 6(5), Regolament (KE) Nru. 1254/1999 | 0,157920 |

Premiums ta' bovini maskili | Artikolu 4, Regolament (KE) Nru. 1254/1999 | 5,922000 |

Premium ta' korrezzjoni statistika tal-varjazzjonijiet staġunali | Artikolu 5, Regolament (KE) Nru. 1254/1999 | 0,000000 |

Premium ta' estensifikazzjoni | Artikolu 13, Regolament (KE) Nru. 1254/1999 | 3,182088 |

Bdiewa żgħażagħ u żoni żvantaġġati | Artikoli 8 u 13, Regolament (KE) Nru. 1257/1999 | 1,099518 |

| Regolament (KE) Nru. 950/97 | 1,074290 |

Irtirar kmieni mix-xogħol | Artikolu 10, Regolament (KE) Nru. 1257/1999 | |

Agro-ambjent | Artikolu 22, Regolament (KE) Nru. 1257/1999 | 1,683822 |

Taħwil ta' siġar | Artikolu 29, Regolament (KE) Nru. 1257/1999 | 0,475734 |

Premium ta' nagħaġ u mogħoż | Regolament (KE) Nru. 872/84 | 6,470989 |

Premium mħallas f'daqqa dwar nagħaġ | Regolament (KEE) Nru. 1323/90 | 1,595146 |

--------------------------------------------------